Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1350

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1350/2003 tat-30 ta’ Lulju 2003 jemenda r-Regolament (KE) Nru 97/95 fir-rigward tas-sena tal-marketing 2003/2004 għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata

    ĠU L 192, 31.7.2003, p. 7–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1350/oj

    32003R1350



    Official Journal L 192 , 31/07/2003 P. 0007 - 0007


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1350/2003

    tat-30 ta’ Lulju 2003

    jemenda r-Regolament (KE) Nru 97/95 fir-rigward tas-sena tal-marketing 2003/2004 għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1104/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8(5) fih imsemmi,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi sistema ta’ kwota f’relazzjoni mal-produzzjoni tal-lamtu mill-patata [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 962/2002 [4] u partikolarment l-Artikolu 8 fih imsemmi,

    Billi:

    (1) L-ammonti applikabbli għas-sena tal-marketing 2001/2002 fir-rigward tal-prezz minimu u l-ħlas lill-produttur, iffissat bir-Regolament (KEE) Nru 1766/92, u l-primjum għal-lamtu tal-patata, iffissat bir-Regolament (KE) Nru 1868/94, ma nbidlux għas-snin tal-marketing 2002/2003 u 2003/2004.

    (2) L-Anness II mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 97/95 tas-17 ta’ Jannar 1995 iressaq dawn ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 fir-rigward tal-prezz minimu u ħlas li jikkumpensa lill-produtturi tal-patata u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 li jistabbilixxi sistema ta’ kwota f’relazzjoni mal-produzzjoni tal-lamtu tal-patata [5], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1425/2002 [6], jistabbilixxi l-prezz minimu, l-primjum li għandu jitħallas lill-produttur tal-patata bbażat fuq il-kontenut tal-lamtu u l-piż underwater ta’ 5050 g ta’ patata sas-sena tal-marketing 2002/2003. Dak l-Anness għandu għalhekk jiġi emendat bl-iskop li jiġi applikat għas-sena tal-marketing 2003/2004 billi jintużaw l-istess ammonti bħal dawk applikati fis-snin tal-marketing 2001/2002 u 2002/2003.

    (3) Biex tiġi assigurata l-kontinwitá tas-snin tal-marketing, il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati mill-1 ta’ Lulju 2003.

    (4) Ir-Regolament (KE) Nru 97/95 għandu jiġi emendat skond dan t’hawn fuq.

    (5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 97/95 is-sottotitolu "Parti B: is-snin tal-marketing 2001/2002 u 2002/2003" huwa mibdul b’"Parti B: is-snin tal-marketing 2001/2002, 2002/2003 u 2003/2004".

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu jgħodd mill-1 ta’ Lulju 2003.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 30 ta’ Lulju 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 181, 1.7.92, p. 21.

    [2] ĠU L 158, 27.6.3, p. 1.

    [3] ĠU L 197, 30.7.94, p. 4.

    [4] ĠU L 149, 7.6.2, p. 1.

    [5] ĠU L 16, 24.1.95, p. 3.

    [6] ĠU L 206, 3.8.2, p. 3.

    --------------------------------------------------

    Top