Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1252

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1252/2003 tal-14 ta’ Lulju 2003 li jippreskrivi derogi mir-Regolament (KE) Nru 800/1999 dwar prodotti fil-għamla ta’ oġġetti li mhumiex imsemmija fl-L-Anness I tat-Trattat, liema oġġetti huma esportati lejn pajjiżi terzi b’eċċezzjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, l-Islovakkja u l-Islovenja

    ĠU L 175, 15.7.2003, p. 29–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1252/oj

    32003R1252



    Official Journal L 175 , 15/07/2003 P. 0029 - 0031


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1252/2003

    tal-14 ta’ Lulju 2003

    li jippreskrivi derogi mir-Regolament (KE) Nru 800/1999 dwar prodotti fil-għamla ta’ oġġetti li mhumiex imsemmija fl-L-Anness I tat-Trattat, liema oġġetti huma esportati lejn pajjiżi terzi b’eċċezzjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, l-Islovakkja u l-Islovenja

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jippreskrivi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-proċessar ta’ prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar mibdula mir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu.

    Billi:

    (1) L-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2000 tat-13 ta’ Lulju 2000 li jippreskrivi regolamenti komuni dettaljati għall-applikazzjoni tal-proċedura ta’ l-għotjiet ta’ rifużjoni ta’ l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli esportati f’forma ta’ oġġetti li mhumiex inklużi fl-Anness I tat-Trattat, u l-prinċipji li fuqhom jiġi stabilit l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet [3], kif l-aħħar mibdula mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 740/2003 [4] li jistabbilixxi li r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jippreskrivi regoli komuni dettaljati li japplikaw għas-sistean ta’ ħlasijiet lura (rifondi) fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli [5], kif l-aħħar amendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2003 [6], għandhom jgħoddu għall-esportazzjoni ta’ prodotti deskritti bħala merkanzija u li mhumiex inklużi fl-Anness I tat-Trattat.

    (2) L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, jipprovdi li d-dritt għal rifużjoni ta’ esportazzjoni tiġi mogħtija fuq importazzjoni f’pajjiżi terzi msemmija meta rifużjoni differenti tapplika għal dawk il-pajjiżi terzi. L-Artikoli 14, 15 u 16 tar-Regolament jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għal ħlas ta’ rifużjoni differenti, l-iktar fuq documenti li jridu jiġu mogħtija bħala prova ta’ twassil tal-merkanzija fid-destinazzjoni tagħha.

    (3) F’każ ta’ rifużjoni differenti, l-Artikoli 18(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 jgħidu li parti mir-rifużjoni, maħduma billi tintuża l-inqas rata ta’ rifużjoni, tiġi mħallsa fuq l-applikazzjoni ta’ l-esportatur meta prova tiġi pprovduta li l-prodott ħareġ mit-teritorju tad-dwana tal-Komunità’.

    (4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1039/2003 ta’ 2 ta’ Ġunju 2003 li jistabbilixxi mizuri awtonomi u transitorji dwar l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li huma maħduma fl-Estonja u l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli lill-Estonja [7], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1086/2003 tat-18 ta’Ġunju 2003 li jistabbilixxi miżuri awtonomi u transitorji dwar l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li huma maħduma fl-Islovenja u l-esportazzjoni ta ċerti prodotti agrikoli proċessati lill-Islovenja [8], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1087/2003 tat-18 ta’ Ġunju 2003 li jistabbilixxi miżuri awtonomi u transitorji dwar l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li huma maħduma fil-Latvja u l-esportazzjoni ta ċerti prodotti agrikoli proċessati lill-Latvja [9], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1088/2003 tat-18 ta’ Ġunju 2003 li jistabbilixxi miżuri awtonomi u transitorji dwar l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li huma maħduma fil-Litwanja u l-esportazzjoni ta ċerti prodotti agrikoli proċessati lill-Lituwanja [10], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1089/2003 tat-18 ta’ Ġunju 2003 li jistabbilixxi miżuri awtonomi u transitorji dwar l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li huma maħduma fl-Islovakkja u l-esportazzjoni ta ċerti prodotti agrikoli proċessati lill-Islovakkja [11] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1090/2003 tat-18 ta’ Ġunju 2003 li jistabbilixxi miżuri awtonomi u transitorji dwar l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati li huma maħduma fir-Repubblika Ceka u l-esportazzjoni ta ċerti prodotti agrikoli proċessati lir-Repubblika Ċeka [12] jipprovdu l-bażi awtonoma għat-tneħħija tar-rifużjoni fuq prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex imsemmija fl-Anness I tat-Trattat meta dawn huma esportati lejn Estonja, l-Islovenja, il-Latvja, il-Litwanja, Slovakkja u r-Repubblika Ċeka rispettivament, mill-1 ta’ Lulju 2003.

    (5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 999/2003 tat-2 ta’ Ġunju 2003 li jistabbilixxi miżuri awtonomi u transitorji dwar l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati fl-Ungerija u l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli proċessati lejn l-Ungerija [13], jistabbilixxi bażi awtonoma għat-tneħħija tar-rifużjonijiet fuq merkanzija msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament meta l-merkanzija tkun esportata lejn l-Ungerija, mill-1 ta’ Lulju 2003.

    (6) Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, l-Islovakkja u l-Islovenja taw garanzija li jagħtu arranġamenti preferuti fuq importazzjoni ta’ certu merkanzija importata fit-territorji taghhom sakemm ma’ din il-merkanzija imsemmija ikun hemm documenti li jgħidu li din il-merkanzija mhiex eliġibbliu għal pagament ta’ rifużjoni fuq esportazzjoni.

    (7) Minħabba dawn ir-regolamenti, u bħala miżura transitorja sakemm iseħħ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, l-Estonja, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Islovakkja u l-Islovenja fl-Unjoni Ewropea, u sabiex ma jkunx hemm imposiżżjoni ta’ spejjeż żejda fuq min jaħdem fil-qasam kummerċjail ma pajjiżi terzi, huwa xieraq li jkun hemm deroga mir-Regolament (KE) Nru 800/1999 sakemm hemm il-prova meħtiega ta’ importazzjoni f’kaz ta’ rifużjonijiet differenti. Huwa wkoll xieraq, fejn rifużjonijiet fuq esportazzjoni mhumiex stabiliti għall-pajjiżi partikolari tad-destinazzjoni msemmija, li ma jingħatax kaz tal-fatt fejn l-iżgħar rata ta’ rifużjoni tkun determinata.

    (8) Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Amministrazzjoni fuq domandi orizzontali dwar il-kummerċ tal-prodotti agrikoli pprocessati mhux imsemmija fil-lista ta’ l-Anness I tat-Trattat,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Kawza tad-deroga minn l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, moqri flimkien ma’ l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1520/2000, billi d-differenzi fir-rifużjoni hum riżultat biss għax rifużjoni ma gietx stabbilita għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, l-Islovakkja jew l-Islovenja, fil-kaz ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, prova li l-proceduri ta’ importazzjoni tad-dwanaġew kompluti ma tkunx kondizzjoni għal pagament tar-rifużjoni fuq merkanzija msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Il-fatt li ebda rifużjoni ta’ esportazzjoni ma giet miftehma rigward l-esportazzjoni lejn ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Islovakkja jew l-Islovenja, fuq merkanzija msemmija fl-Anness ta’dan ir-Regolament m’għandux, fil-kaz ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, jigi kkunsidrat biex jistabilixxi l-inqas rata ta’ rifużjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Jigi applikat mill-1 Lulju 2003.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Lulju 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    Erkki Liikanen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 318, 20.12.93, p. 18.

    [2] ĠU L 298, 25.11.00, p. 5.

    [3] ĠU L 177, 15.7.00, p. 1.

    [4] ĠU L 106, 29.4.3, p. 12.

    [5] ĠU L 102, 17.4.99, p. 11.

    [6] ĠU L 67, 12.3.3, p. 3.

    [7] ĠU L 151, 19.6.3, p. 1.

    [8] ĠU L 163, 1.7.3, p. 1.

    [9] ĠU L 163, 1.7.3, p. 19.

    [10] ĠU L 163, 1.7.3, p. 38.

    [11] ĠU L 163, 1.7.3, p. 56.

    [12] ĠU L 163, 1.7.3, p. 73.

    [13] ĠU L 146, 13.6.3, p. 10.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Il-merkanzija kollha msemmija fl-Anness B għar-Regolament (KE) Nru 1520/2000, li huma protetti mill-arranġamenti għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Islovakkja jew l-Islovenja.

    Il-merkanzija kollha msemmija f’L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 999/2003 flimkien mal-merkanzija kollha msemmija fil-HS Intestatura: 0403, 1704, 1902, 1905 u 2208 (bl-eċċezjoni ta’ HS sotto titolu 220820) u l-merkanzija kollha taħt il-kodiċi NM 07104000, 07119030,20019030,20049010 u 20058000, li huma mħarsa mill-arranġamenti għall-Ungerija.

    --------------------------------------------------

    Top