Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0871

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 871/2003 tal-20 ta’ Mejju 2003 li jawtorizza b’mod permanenti ossidu manganomanganiku addittiv fl-għalfTest b’rilevanza għall-ŻEE

    ĠU L 125, 21.5.2003, p. 3–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/07/2017; Imħassar b' 32017R1145

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/871/oj

    32003R0871



    Official Journal L 125 , 21/05/2003 P. 0003 - 0004


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 871/2003

    tal-20 ta’ Mejju 2003

    li jawtorizza b’mod permanenti ossidu manganomanganiku addittiv fl-għalf

    (Test b’rilevanza għall-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1756/2002 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 9(d) tiegħu,

    Billi:

    (1) Id-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi li addittivi ġodda jistgħu jkunu awtorizzati wara r-reviżjoni ta’ applikazzjoni magħmula skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva.

    (2) Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni kienet issottomessa għall-addittiv "ossidu manganomanganiku" bħala fonti ta’ manganiż, li jappartieni lill-grupp ta’ oligoelementi li tirreferi għalihom il-parti II ta’ l-Anness C tad-Direttiva 70/524/KEE.

    (3) Il-Kumitat Xjentifiku dwar Nutrizzjoni ta’ l-Annimali (KXNA) ta opinjoni dwar l-użu ta’ dan l-addittiv f’għalf fis-6 ta’ Frar 2002, li tikkonkludi li ossidu manganomanganiku ma jippreżentax riskju għas-saħħa ta’ l-annimal, saħħa tal-bniedem jew l-ambjent.

    (4) Il-valutazzjoni tat-talba għal awtorizzazzjoni ssottomessa fir-rigward ta’ ossidu manganomanganiku turi li dan l-addittiv, li jirreferi għalih l-Artikolu 2(aaaa), tissodisfa r-rekwiżiti preskritti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE, taħt il-kondizzjonijiet iddikjarati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. Dan l-addittiv għandu għalhekk ikun awtorizzat għal perjodu illimitat.

    (5) Il-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ossidu Manganomanganiku li jappartieni għall-grupp "oligoelementi", elenkati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament, huwa awtorizzat għal użu bħala addittiv fl-għalf taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regulament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fl-20 ta’ Mejju 2003.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1.

    [2] ĠU L 265, tat-3.10.2002, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Oligoelementi

    Nru tal-KE | Elementi | Addittivi | Formula kimika | Kontenut massimu ta' l-element f'mg/kg tal-għalfa sħiħa | Dispożizzjonijiet oħra | perjodu ta' awtorizzazzjoni |

    E5 | Manganiż-Mn | Ossidu manganomanganiku | MnO Mn2O3 | 150 (total) | | |

    --------------------------------------------------

    Top