EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0692

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 692/2003 tat-8 ta’ April 2003 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini għall-Prodotti ta’ l-Agrikoltura u l-ikel

ĠU L 99, 17.4.2003, p. 1–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/03/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0510

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/692/oj

32003R0692



Official Journal L 099 , 17/04/2003 P. 0001 - 0007


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 692/2003

tat-8 ta’ April 2003

li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini għall-Prodotti ta’ l-Agrikoltura u l-ikel

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’ mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [4],

Billi:

(1) Il-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 [5] ma jkopri la l-prodotti vitikulturali u lanqas xorb ta’ spirti; madankollu sabiex jiġi evitat nuqqas fid-dispożizzjonijiet protettivi tal-Komunità, il-ħall magħmul mill-imbid għandu jiġi inkluż fl-iskop definit fl-Artikolu 1 tiegħu. Biex jintlaħqu l-aspettazzjonijiet ta’ xi produtturi, intwera wkoll meħtieġ li l-lista ta’ prodotti agrikolturali msemmija fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 tiġi estiża. Huwa wkoll xieraq li l-lista msemmija fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament tiġi estiża biex tinkludi oġġetti ta’ l-ikel li jirriżutalw minn prodotti msemmijin fl-Anness I tat-Trattat li għaddew biss minn trasformazzjoni ħafifa.

(2) L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 li jelenka t-tipi ta’ oġġetti ta’ l-ikel li jistgħu jiġu rreġistrati jinkludi ilmijiet naturali minerali u ilmijiet minn għejun. L-eżaminazzjoni ta’ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjonijiet għal dawn żvelat diversi diffikultajiet: l-użu ta’ ismijiet identiċi għal ilmijiet differenti u ta’ ismijiet inventati mhux koperti mid-dispożizzjonijiet ta’ l-imsemmi Regolament, u sejba li dawn il-prodotti mhumiex xierqa għar-reġistrazzjoni taħt l-imsemmi Regolament, notevolment minħabba l-konsegwenzi ta’ l-Artikolu 13. Dawn id-diffikultajiet wasslu għal diversi nuqqasijiet ta’ qbil fl-interessi fil-kors tal-ħidma dwar l-implimentazzjoni ta’ l-l-imsemmi Regolament.

(3) Ilmijiet minerali u ilmijiet minn għejun li huma diġa’ s-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-esplojtazzjoni u n-negozju ta’ ilmijiet naturali minerali [6]. Anke jekk dik id-Direttiva m’ għandhiex eżattament l-istess skop tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, iżda xorta tipprovdi regolamentazzjoni xierqa fuq livell Komunitarju; l-ismijiet ta’ ilmijiet minerali u ilmijiet minn għejun għalhekk m’ għandhomx jiġu rreġistrati. Ilmijiet minerali u ilmijiet minn għejun għamdhom għalhekk jitħassru mill-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Xi ismijiet diġa’ ġew ir-Reġistrati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 107/96 tat-12 ta’ Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-Oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 [7], u biex jiġu evitati l-inġurji għandu jkun hemm perjodu transitorju sal-31 ta’ Diċembru 2013; wara dan dawn l-ismijiet ma jibqgħux fuq ir-reġistru speċifikat fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

(4) L-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 fuh lista mhux eżawstiva ta’ l-informazzjoni li għandha tinkludi kwalunkwe speċifikazzjoni dwar il-prodott. F’xi każijiet, sabiex jiġu ppreservati l-karatteristiċi tipiċi tal-prodotti jew biex jiġu aċċertati t-traċċabilita’ jew il-kontroll, il-pakkeġġjar għandu jsir fil-post ġeografiku definit. Il-possibilita’ li jiġu inklużi dispożizzjonijiet li jirrelataw għall-imballaġġ fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, meta dawn iċ-ċirkostanzi huma preżenti u ġustifikabbi, għandhom jiġu previsti b’ mod espliċitu.

(5) Biex titħares l-eredita’ nazzjonali tal-produtturi ta’ l-Istati Membri, għandhom isiru dispożizzjonijiet xierqa għar-regolamentazzjoni ta’ każijiet fejn l-ismijiet ġeografiċi huma għal kollox jew parzjalment omonimi. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikopru kemm l-ismijiet li jilħqu r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni kif ukoll dawk li ma jagħmlux dan iżda li jilħqu rekwiżiti ta’ l-użu stabbiliti b’ mod preċiż.

(6) L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat sabiex jirreferixxi għall-istandard EN 45011 b’ tali mod li jipprevedi għal emendi fil-futur.

(7) Jekk wara li juru raġuni tajba, grupp jew persuna naturali jew legali jixtiequ jirrinunzjaw ir-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika jew denominazzjoni ta’ l-oriġini, dak l-isem għandu jitħassar mir-reġistru tal-Komunità.

(8) Il-Ftehim dwar l-Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (Ftehim TRIPS 1994, li jinsab fl-Anness 1C tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ) fih dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-eżistenza, il-ksib, l-iskop, il-mantenuzzjon u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

(9) Il-protezzjoni provduta mir-reġistrazzjoni taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2081/92 hija miftħa għal ismijiet ta’ pajjiżi terzi’ bir-reċiproċita’ u taħt kondizzjonijiet ta’ ekwivalenza kif previst fl-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament. Dak l-Artikolu għandu jiġi supplimentat sabiex jiggarantixxi li l-proċedura Komunitarja tar-reġistrazzjoni hija disponibbli għall-pajjiżi li jilħqu dawk il-kondizzjonijiet.

(10) L-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 jispeċifika kif għandhom isiru l-oġġezzjonijiet u kif jiġu megħluba. Biex jintlaħqu l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 22 tal-Ftehim TRIPS għandu jiġi kkjarifikat li f’din il-materja il-persuni ta’ nazzjonalita tal-membri ta’ l-ODK huma koperti minn dawn l-arranġamenti u li d-dispożizzjonijiet in kwistjoni jgħoddu mingħajr preġudizzju għal ftehimiet internazzjonali, kif previst fl-Artikolu 12 ta’ l-imsemmi Regolament. Id-dritt ta’ l-oġġezzjonijiet għandu jingħata liċ-ċittadini tal-pajjiġi membri ta’ l-ODK b’ interess leġittimu fuq l-istess termini bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 7(4) ta’ l-imsemmi Regolament. Il-konformita’ ma’ dawn it-termini għandha tintwera rigward it-territorju tal-Komunità, li huwa t-territorju fejn tgħodd il-protezzjoni mogħtija taħt ir-Regolament.

(11) L-Artikolu 24(5) tal-Ftehim TRIPS jgħodd mhux biss għat-trademarks irreġistrati jew li għalihom saret applikazzjoni iżda wkoll għal dawk li għalihom ġew akkwistati d-drittijiet permezz ta’ l-użu qabel data speċifikata, notevolment dak tal-protezzjoni ta’ l-isem fil-pajiż ta’ l-oriġini. L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 għandu għalhekk jiġi emendat: id-data ta’ riferenza speċifikata issa għandha tinbidel għad-data tal-protezzjoni fil-pajjiż ta’ l-oriġini jew tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ l-indikazzjoni ġeografika jew id-denominazzjoni ta’ l-Oriġini, skond jekk l-isem jaqax taħt l-Artikolu 17 jew l-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament; ukoll, Fl-Artikolu 14(1) tiegħu, id-data ta’ riferenza għandha ssir id-data ta’ l-applikazzjoni minflok id-data ta’ l-ewwel pubblikazzjoni.

(12) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 għandhom jiġu addottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitazzjoni tal-poteri ta’ l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [8].

(13) Il-proċedura simplifikata prevista fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 għar-reġistrazzjoni ta’ ismijiet diġa’ protetti jew stabbiliti bl-użu fl-Istati Membri ma tipprovdix għal xi dritt ta’ oġġezzjoni. Għal raġunijiet ta’ sigurta’ legal u trasparenza għandha titħassar. Għal raġunijiet ta’ konsistenza il-perjodu transitorju ta’ ħames snin previst fl-Artikolu 13(2) fil-każ ta’ ismijiet irreġistrati taħt l-Artikolu 17 għandu jitħassar ukoll iżda mingħajr preġudizzju għal l-ispurgar ta’ dak il-perjodu rigward ismijiet diġa’ rreġistrati.

(14) Ir-Regolament (KEE) Nru 2081/92 għandu għalhekk jiġi emendat kif indikat fuq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2081/92 huwa b’ dan emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1(1) għandu jinbidel b’ dan li ġej:

"1. Dan ir-Regolament istabbilixxi regolamenti dwar il-protezzjoni tad-denominazzjoni ta’ l-Oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikolturali maħsuba għall-konsum mill-bniemed imsemmija fl-Anness I tat-Trattat u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel imsemmija fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament u l-prodotti agrikolturali imsemmija fl-Anness II to this Regulata’ dan ir-Regolament.

Madankollu, dan ir-Regolament m’ għandux jgħodd għal prodotti tas-settur ta’ l-imbid, ħlief ħall prodott mill-imbid, jew għal xorb spiriti. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-imbid.

L-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu emendati bl-użu tal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 15."

2. L-Artikolu 4(2)(e) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"(e) deskrizzjoni tal-metodu tal-ksib tal-prodott arikolturali jew oġġett ta’ l-ikel u, jekk xieraq, il-metodi awtentiċi lokali li ma jinbidlux kif ukoll l-informazzjoni dwar il-pakkeġġhar, jekk il-grupp li qed jagħmel it-jistabilixxi u jiġġustifika li l-pakkeġġjar għandu jsir fiż-żona ġeografika limitata biex tiġi salvagwardjata l-kwalità’, tiġi aċċertata t-traċċabilita; jew jiġi aċċertat il-kontroll."

3. L-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(5) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Jekk l-applikazzjoni tirrigwarda isem li jindika wkoll żona ġeografika fuq fruntiera, jew isem tradizzjonali konness ma’ dik iż-żona ġeografika, li tinsab fi Stat Membru jew pajjiż terz ieħor magħruf taħt il-proċedura prevista fl-Artikolu 12(3), l-Istat Membru li lilu tkun intbagħtet l-applikazzjoni għandu jikkonsulta lill-Istat Membru jew il-pajjiż terz in kwistjoni qabel ma jittrażmetti l-applikazzjoni.

Jekk, wara l-konsultazzjonijiet, il-gruppi jew il-persuni naturali jew legali mill-Istati in kwistjoni jiftiehmu dwar soluzzjoni ġenerali, l-Istati in kwitsjoni jistgħu jagħmlu applikazzjoni konġunta lill-Kummissjoni għar-reġistrazzjoni.

Jistgħu jiġu addottati dispożizzjonijiet speċifiċi bil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15."

4. Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied wara l-Artikolu 6(1):

"Il-Kummissjoni għandha tippubblika kwalunkwe aplikazzjoni għar-reġistrazzjoni, fejn tgħid id-data li fiha tkun saret l-applikazzjoni."

5. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 6:

"6. Jekk l-applikazzjoni tikkonċerna omonimu ta’ isem diġa’ rreġistrat mill-Unjoni Ewropea jew minn pajjiż terz magħruf taħt il-proċedura prevista fl-Artikolu 12(3), il-Kummissjoni tista’ titlob l-opinjoni tal-Kumitat previst fl-Artikolu 15 qabel ir-reġistrazzjoni taħt il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Isem omonimu li jilħaq ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi rreġistrat b’ rigward dovut għall-użu lokali tradizzjonali, b’ mod partikolari:

- isem omonimu li jqarraq lill-pubbliku li jemmen li l-prodotti jiġu minn territorju ieħor m’ għandhomx jiġu rreġistrati ukoll jekk l-isem huwa preċiż sa fejn huma in kwistjoni l-kliem għat-territorju attwali, ir-reġjun jew post ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikolturali jew l-oġġetti ta’ l-ikel in kwistjoni;

- l-użu ta’ isem omonimu rreġistrat għandu jkun bla ħsara għall-fatt li jkun hemm distinzjoni ċara fil-prattika bejn l-omonimu rreġistrat sussegwetament u l-isem diġa’ rreġistrat, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li l-prodotti in kwistjoni jiġu ttrattati b’ mod ekwu u li l-konsumaturi ma jiġux imqarrqa."

6. Is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ l-Artikolu 10(3):

"Il-verżjoni standard jew applikabbli ta’ l-istandard EN 45011, li l-korpijiet privati jridu jaderixxu għar-rekwiżiti tagħha għal skopijiet ta’ approvazzjoni, għandha tiġi stabbilita jew emendata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

L-istandard ekwivalenti jew il-verżjoni applikabbli ta’ l-istandard ekwivalenti fil-każ ta’ pajjiżi terzi magħrufin skond l-artikolu 12(3), li l-korpijiet privati jridu jaderixxu għar-rekwiżiti tagħha għal skopijiet ta’ approvazzjoni, għandhom jiġu stabbiliti jew emendati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15."

7. Dan li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 11(4):

"L-avviż ta’ kanċellament għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea."

8. Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej wara l-Artikolu 11:

"L-Artikolu 11a

Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15, il-Kummissjoni tista’ tikkanċella r-reġistrazzjoni ta’ isem fil-każijiet li ġejjin:

(a) Fejn l-Istat li ssottometta l-applikazzjoni oriġinali għar-reġistrazzjoni jivverifika li talba għall-kanċellament, magħmula mill-grupp jew minn persuna naturali jew legali in kwistjoni, hija ġġustifikata u jibagħtha lill-Kummissjoni.

(b) Għal raġunijiet fuq bażi soda, fejn il-konformita’ ma’ l-ispeċifikazjzonijiet stabbiliti għal prodott agrikulturali jew oġġett ta’ l-ikel li għandhom isem protett ma’ tistax tkompli tiġi aċċertata.

Jistgħu jiġu addottati dispożizzjonijiet speċifiċi bil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

L-avviż ta’ kanċellament għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea."

9. Fl-Artikolu 12, it-tieni inċiż tal-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"— il-pajjiż terz in kwistjoni għandu arranġamenti għall-ispezzjoni u dritt għal oġġezzjoni ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament,"

10. Fl-Artikolu 12, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3. Il-Kummissjoni għandha teżamina, fuq talba tal-pajjiż in kwistjoni, u skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 jekk pajjiż terz jissoddisfax il-kondizzjonijiet ta’ ekwivalenza u joffrix garanzija fis-sens tal-paragrafu 1 b’ riżultat tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tieħu. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi fl-affermattiv, għandha tgħodd il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12a."

11. L-Artikoli li ġejjin għndhom jiżdiedu wara l-Artikolu 12:

"L-Artikolu 12a

1. Fil-każ previst fl-Artikolu 12(3), jekk grupp jew persuna naturali jew legali kif imsemi fl-Artikolu 5(1) u (2) f’pajjiż terz jixtieq li jkollu isem irreġistrat taħt dan ir-Regolament għandu jibgħat applikazzjoni għal reġistrazzjoni lill-awtoritajiet fil-pajjiż fejn tinsab iż-żona ġeografika. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu akkumpanjati mill-ispeċifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 għal kull isem.

Jekk l-applikazzjoni tikkonċerna isem li tindika wkoll żona ġeografika fuq xi fruntiera jew isem tradizzonali konness ma’ dik iż-żona ġeografika ġewwa Stat Membru, il-pajjiż terz li lilu tkun intbagħtet l-applikazzjoni għandu jikkonsulta lill-Istat Membru in kwistjoni qabel ma jibgħat l-applikazzjoni.

Jekk, wara l-konsultazzjonijiet, il-gruppi jew il-persuni naturali jew legali mill-Istati in kwistjoni jaqblu dwar soluzzjoni ġenerali, l-Istati in kwistjoni jistgħu jissottomettu applikazzjoni konġunta lill-Kummissjoni għar-reġistrazzjoni.

Jistgħu jiġu addottati dispożizzjonijiet speċifiċi bil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

2. Jekk il-pajjiż terz imsemmi fil-paragrafu 1 iqis li r-rekwiżiti f’dan ir-Regolament huma sodisfatti, għandu jittrażmetti l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lill-Kummissjoni, akkumpanjata minn:

(a) deskrizzjoni tad-dispożizzjonijiet legali u l-użu li a bażi tagħhom id-denominazzjoni ta’ l-Oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika huma protetti jew stabbiliti ġewwa l-pajjiż,

(b) dikjarazzjoni li l-istrutturi previsti fl-Artikolu 10 huma stabbiliti fit-territorju tiehħu, u

(ċ) dokumenti oħrajn li fuqhom ikun ibbaża l-istima tiegħu.

3. L-applikazzjoni u d-dokumenti kollha mibgħuta lill-Kummissjoni għandhom ikunu f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità jew akkumpanjati minn traduzzjoni f’f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità.

Artikolu 12b

1. Il-Kummissjoni għandha tivverifika fi żmien sitt xhur jekk ir-reġistrazzjoni mitluba mibgħuta mill-pajjiż terz ikunx jinsab fiha l-elementi kollha meħtieġa u għandha tinforma lill-pajjiż in kwistjoni dwar l-konklużjonijiet tagħha.

Jekk il-Kummissjoni:

(a) tikkonkludi li l-isem jilħaq il-kondizzjonijiet għall-protezzjoni, għandha tippubblika l-applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2). Qabel il-pubblikazzjoni il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Kumitat previst fl-Artikolu 15 għall-opinjoni tiegħu;

(b) tikkonkludi li l-isem ma jilħaqx il-kondizzjonijiet għall-protezzjoni, għandha tiddeċiedi, wara li tikkonsulta ‘l-pajjiż li jkun ittrażmetta l-applikazzjoni, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15, li ma tipproċedix bil-pubblikazzjoni kif previst f’ (a).

2. Fi żmien sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni kif previst fil-paragrafu 1(a), kwalunkwe persuna naturali jew legali li għandha interess leġittimu tista’ toġġezzjona għall-applikazzjoni ppubblikata skond il-paragrafu 1(a) fuq dawn il-kondizzjonijiet:

(a) fejn l-oġġezzjoni tiġi minn Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea jew membru ta’ l-ODK, għandhom jgħoddu l-Artikolu 7(1), (2) u (3) jew l-Artikolu 12d rispettivament:

(b) fejn l-oġġezzjoni tiġi minn pajjiż terz li jilħaq il-kondizzjonijiet ta’ l-ekwivalenza fl-Artikolu 12(3), prospett ta’ l-oġġezzjoni debitament sostanzjata għandha tiġi indirizzata lill-pajjiż fejn tirrisjedi jew fejn hija stabbilita l-persuna naturali jew legali, li għandu jibagħtha lill-Kummissjoni.

Id-dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet u tad-dokumenti kollha mibgħuta lill-Kummissjoni għandha tkun f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità jew akkumpanjata minn traduzzjoni f’f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità.

3. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-ammissibilita’ skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7(4). Dawk il-kriterji għandhom jintewerew rigward it-territorju tal-Komunità. Fejn hija ammissibbli oġġezzjoni waħda jew aktar, il-Kummissjoni għanda taddotta deċiżjoni skond il-stabbilita fl-Artikolu 15 wara li tikkonsulta ‘l-pajjiż li bagħat l-applikazzjoni, filwaqt li tqis l-użu tradizzjonali u imparzjali u r-risku attwali tal-konfużjoni fit-territorju Komunitarju. Jekk id-deċiżjoni hija li rreġistrazzjoni sseħħ, l-isem għandu jiġi entrat fir-reġistru previst fl-Artikolu 6(3) u ppubblikat skond l-Artikolu 6(4).

4. Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi ebda dikarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet, għandha tentra l-isem/ismijiet in kwistjoni fir-reġistru previst fl-Artikolu 6(3) u tippubblikah/ahom kif previst fl-Artikolu 6(4).

Artikolu 12c

Il-grupp jew il-persuna naturali jew legali msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) jistgħu jitolbu emenda ta’ l-ispeċifikazzjoni għal isem irreġstrat taħt l-Artikolu 12a u 12b, b’ mod partikolari biex jittieħed kont ta’ l-iżvilupp ta’ għarfien xjentifiku u tekniku jew biex tiġi riveduta ż-żona ġeografika.

Il-proċedura skond l-Artikolu 12a and 12c għandha tgħodd.

Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, skond il-proċedura ta’ l-Artikolu 15, ma tapplikax il-proċedura prevista fl-Artikolu 12a u 12b jekk l-emenda hija ta’ natura minuri.

Artikolu 12d

1. Fi żmien sitt xhur mid-data ta’ l-avviż tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea speċifikat fl-Artikolu 6(2) rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni sottomessa minn Stat Membru, kwalunkwe persuna naturali jew legali li għandha interess leġittimu u li hija minn pajjiż membru ta’ l-ODK jew pajjiż terz magħruf skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 12(3) tista’ toġġezzjona għar-reġistrazzjoni proposta billi tibgħat dikjarazzjoni debitament sostanzjata lill-pajjiż fejn tirrisjedi jew fejn hija stabbilita, li għandu jibagħtha, miktuba jew tradotta f’lingwa tal-Komunità, lill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw illi kwalunkwe persuna minn pajjiż membru ta’ l-ODK jew pajjiż terz magħruf skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 12(3) li jistgħu juru interess ekonomiku leġittimu huma awtorizzati li jikkonsultaw l-applikazzjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-ammissibilita’ ta’ l-oġġezzjonijiet skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7(4). Dawn il-kriterji għandhom jiġu ppruvati u stmati rigward it-territorju tal-Komunità.

3. Jekk oġġezzjoni hija ammissibbli, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta ‘l-pajjiż li jkun bagħatha, taddotta deċiżjoni bl-użu tal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 15, filwaqt li tqis l-użu tradizzjonali u imparzjali u r-risku attwali tal-konfużjoni fit-territorju Komunitarju. Jekk id-deċiżjoni hija li rreġistrazzjoni sseħħ, għandha ssir il-pubblikazzjoni skond l-Artikolu 6(4)."

12. L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 4 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"4. Fil-każ ta’ ismijiet li saret applikazzoni għalihom taħt l-Artikolu 5 jew l-Artikolu 12a, jista’ jsir provvediment għal terminu tranżitorju massimu ta’ ħames snin taħt l-Artikolu 7(5)(b) jew taħt l-Artikolu 12b(3) jew l-Artikolu 12d(3), unikament fejn dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet ġiet dikjarata ammissibbli a bażi tal-fatt li r-reġistrazzjoni ta’ l-isem propost jimperikola l-eżistenza ta’ isem għal kollox jew parzjalment omonimu jew l-eżistenza ta’ prodotti li ilhom legalment fis-suq għall-inqas għal ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 6(2).

Dan il-perjodu transitorju jista’ jiġi previst biss fejn l-impriżi legalment qiegħdu l-prodotti in kwisjoni fis-suq bl-użu ta’ l-ismijiet in kwistjoni kontinwament għal mhux inqas minn ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzkoni prevista fl-Artikolu 6(2)."

(b) Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

"5. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tippermetti, taħt il-proċedura prevista fl-Artikolu 15, il-koeżistenza ta’ isem irreġistrat u isem mhux irreġistrat li jiddeskrivi post fi Stat Membru jew f’pajjiż terz magħruf taħt il-proċedura prevista fl-Artikolu 12(3) fejn dak l-isem huwa identiku għall-isem irreġistrat, kemm-il darba jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

- l-isem identiku mhux irreġistrat ilu f’użu legali b’ mod konsistenti u ekwu għall-inqas għal 25 sena qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, u

- jintwera li l-iskop ta’ l-użu tieħgu ma kien fl-ebda żmien biex isir profitt mir-reputazzjoni ta’ l-isem irreġistrat u li l-pubbliku la tqarraq u lanqas seta’ jitqarraq rigward l-oriġini vera tal-prodott, u

- il-problema li tirriżulta mill-ismijiet identiċi qamet qabel ir-reġistrazzjoni ta’ l-isem.

L-isem irreġistrat u l-isem identiku mhux irreġistrat in kwistjoni jistgħu jikkoeżistu għal mhux aktar minn massimu ta’ ħmistax-il sena, wara liem żmien l-isem mhux irreġistrat għandu jieqaf jintuża.

L-użu ta’ l-isem ġeografiku mhux irreġistrat in kwistjoni għandu jiġi awtorizzat biss fejn il-pajjiż ta’ l-oriġini huwa b’ mod ċar u viżibbli indikat fuq it-tabella."

13. L-Artikolu 14 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. Fejn denominazzjoni ta’ l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika hija rreġistrata taħt dan ir-Regolament, kwalunkwe applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trademark li huwa għal prodott ta’ l-istess tip u li l-użu tiegħu jinvolvi waħda mis-sitwazzjonijiet indikati fl-Artikolu 13 għandha tiġi miċħuda wara d-data tas-sottomissjoni lill-Kummissjoni ta’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni ta’ l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika.

Trademarks irreġistrati bi vjolazzjoni ta’ l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu invalidati."

(b) Il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"2. B’qisien dovut għal-liġi tal-Komunità, trademark li l-użu tiegħu jinvolvi waħda mis-sitwazzjonijiet indikati fl-Artikolu 13 u li saret applikazzjoni għalih, irreġistrat jew stabbilit bl-użu, jekk dik il-possibilta’ hija prevista mil-leġiżlazzjoni in kwistjoni, bil-bwona fede fit-territorju tal-Komunità, jew qabel id-data tal-protezzjoni fil-pajjiż ta’ l-oriġini jew qabel id-data tas-sottomissjoni lill-Kummissjoni ta’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni ta’ l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, jista’ jkompli jintuża minkejja r-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, kemm-il darba ma teżisti ebda raġuni għall-invalidita’ jew għar-revoka tagħha, kif speċifikat mid-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1998 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trademarks [9] u/jew ir-Regolament tal-Kunsjll (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trademarks Komunitarji [10]."

14. L-Artikolu 15 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 15

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar id-denominazzjoni ta’ l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika komposta minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u presjeduta minn rappreżentant tal-Kummisssjoni.

2. Fejn issir riferenza għal dan l-Artikolu, għandhom jgħoddu l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu ta’ żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

4. Il-Kumitat jista’ jeżamina kwalunkwe materja oħra mogħtija lilu mill-President tagħha fuq l-inizzjattiva proprja jew fuq talba ta’ rappreżentant ta’ Stat Membru."

15. L-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 17 għandhom jiġu mħassra. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-Artikolu għandhom jibqgħu jgħoddu għal ismijiet irreġistrati jew għal ismijiet li għalihom tkun saret applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bil-proċedura prevista fl-Artikolu 17 qabel ma daħa fis-seħħ dan ir-Regolament.

16. L-Annessi I u II għandhom jiġu sostitwiti bl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Mingħajr preġudizzju għall-punt 16 ta’ l-Artikolu 1, l-Artikoli 5 u 17 għandhom jibqgħu jgħoddu għal applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ ismijiet ta’ ilmijiet naturali minerali u ilmijiet minn għejun fejn l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni saru qabel ma daħa fis-seħħ dan ir-Regolament.

Dawk l-ilmijiet naturali minerali u ilmijiet minn għejun li diġa’ ġew irreġistrati u dawk li x’ aktarx jistgħu jiġu rreġstrati minħabba l-applikazzjoni tat-tieni paragrafu għandhom jibqgħu jidhru fir-reġistru previst fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 u jibbenefikaw mill-protezzjoni moħtija minn dak ir-Regolament sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jkun vincolanti fil-intier tiegħu u jgħodd direttament fl-Istati Membri kollha.

Iffirmat il-Lussemburgu, fit-8 ta’ April 2003.

Għall-Kunsill

G. Drys

Il-President

[1] ĠU C 181 E, tat-30.7.2002, p. 275

[2] Opinjoni tal-5 ta’ Diċembru 2002 (għad mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 241, tas-7.10.2002, p. 57.

[4] Opinjoni tal-31 ta’ Lulju 2002 (għad mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[5] ĠU L 208, ta’ l-24.7.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2796/2000 (ĠU L 324, tal-21.12.2000, p. 26).

[6] ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/70/KE (ĠU L 299, tat-23.11.1996, p. 26).

[7] ĠU L 148, tal-21.6.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2703/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 25).

[8] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[9] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 1.

[10] ĠU L 11, ta’ l-14.1.1994, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"

L-ANNESS I

Oġġetti ta’ l-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1):

- Birra

- Xorb magħmul minn estratti tal-pjanti

- Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu u merkanzija oħra tal-furnara

- Gomom u reżini naturali

- Pasta tal-mustarda

- Għaġin.

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

"

L-ANNESS II

Prodotti Agrikolturali msemmija fl-Artikolu 1(1)

- Tiben

- Żjut essenzali

- Sufru

- Cochineal (Prodotti nejjin ta’l-orġini mill-Annimali)

- Fjuri u pjanti ornamentali

- Suf

- Osier.

"

--------------------------------------------------

Top