This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0561
Council Regulation (EC) No 561/2003 of 27 March 2003 amending, as regards exceptions to the freezing of funds and economic resources, Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with Usama bin Laden, the Al-Qaida network and the Taliban
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 tas-27 ta' Marzu 2003 li jemenda, għal dak li għandu x'jaqsam mal-eċċezzjonijiet għall-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi, ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 tas-27 ta' Marzu 2003 li jemenda, għal dak li għandu x'jaqsam mal-eċċezzjonijiet għall-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi, ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban
ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1–2
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32002R0881 | Żieda | artikolu 2 BI | 30/03/2003 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32003R0561R(01) | (ES) |
Official Journal L 082 , 29/03/2003 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 tas-27 ta' Marzu 2003 li jemenda, għal dak li għandu x'jaqsam mal-eċċezzjonijiet għall-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi, ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikoli 60, 301 u 308 tiegħu, Wara li kkonsidra l-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/402/PESK tas-27 ta' Mejju 2002 rigward miżuri restrittivi kontra Usama bin Laden, membri ta' l-organizzazzjoni Al-Qaida u t-Taliban u individwi oħra, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tirrevoka l-Poizzjonijiet Komuni 96/746/PESK, 1999/727/PESK, 2001/154/PESK u 2001/771/PESK [1], Wara li kkonsidra l-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/140/PESK tas-27 ta' Frar 2003 rigward eċċezzjonijiet għall-miżuri restrittivi imposti mill-Posizzjoni Komuni 2002/402/PESK [2], Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni [3], Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [4], Billi: (1) Il-Posizzjoni Komuni 2002/402/PESK tipprevedi, inter alia, li l-Komunità Ewropea għandha tieħu ċerti miżuri restrittivi, inkluż l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi, skond ir-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999), 1333 (2000) u 1390 (2002) tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Nazzjonijiet Uniti. (2) L-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi ġie implementat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 [5]. (3) Permezz tar-Riżoluzzjoni tiegħu 1452 (2002) ta' l-20 ta' Diċembru 2002, il-Kunsill tas-Sigurtà ppermetta ċerti eċċezzjonijiet għall-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi bir-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999), 1333 (2000) u 1390 (2002). (4) B'konsiderazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1452 (2002) hemm bżonn li jkunu aġġustati l-miżuri imposti mill-Komunità, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu li ġej għandu jiġi inserit fir-Regolament (KE) Nru 881/2002: "Artikolu 2a 1. L-Artikolu 2 mhux se japplika għal fondi jew riżorsi ekonomiċi fejn: (a) xi awtorità kompetenti ta' l-Istati Membri, kif imniżżla fl-Anness II, iddeterminat, fuq talba magħmula minn persuna naturali jew legali konċernata, li dawn il-fondi jew riżorsi ekonomiċi huma: i) neċessarji biex ikunu koperti spejjeż bażiċi, inkluż il-ħlas ta' oġġetti ta' l-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums ta' l-assigurazzjoni, u l-ispejjeż għas-servizzi pubbliċi; ii) maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' miżati xierqa professjonali u għar-rimbors ta' spejjeż li saru għad-dsiposizzjoni ta' servizzi legali; iii) maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' miżati jew ta' servizzi biex jibqgħu jinżammu l-fondi ffriżati u r-riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew iv) neċessarji għal spejjeż straordinarji; u (b) determinazzjoni bħal din ġiet innotifikata lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet; u (ċ) (i) fil-każ ta' determinazzjoni taħt punt (a)(i), (ii) jew (iii), il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma oġġezzjonax għad-determinazzjoni fi żmien 48 siegħa min-notifikazzjoni; jew (ii) fil-każ ta' determinazzjoni taħt punt (a)(iv), il-Kumitat tas-Sanzjonijiet approva d-determinazzjoni. 2. Kull persuna li tixtieq tibbenefika mid-disposizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tindirizza t-talba tagħha lill-awtorità kompetenti rilevanti ta' l-Istat Membru kif imniżżel fl-Anness II. L-awtorità kompetenti elenkata fl-Anness II għandha tinnotifika mill-ewwel bil-miktub kemm lill-persuna li għamlet it-talba, kif ukoll lil kull persuna, korp jew entita' magħrufa li huma direttament konċernati, jekk it-talba intlaqgħetx. L-awtorità kompetenti għandha tinforma wkoll lil Stati Membri oħra jekk it-talba għal eċċezzjoni bħal din intlaqgħetx. 3. Il-fondi maħruġa u trasferiti ġol-Komunità stess sabiex jintlaħqu l-ispejjeż jew li huma rikonoxxuti bis-saħħa ta' dan l-Artikolu mhux se jkunu suġġetti għal iktar miżuri restrittivi skond l-Artikolu 2. 4. L-Artikolu 2(2) m'għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta': (a) interessi jew qliegħ ieħor dovuti fuq dawk il-kontijiet; jew (b) pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehim jew obbligazzjonijiet li feġġew qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru suġġetti għad-disposizzjonijiet tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurta' tal-UN li ġew implementati suċċessivament permezz tar-Regolament (KE) Nru 337/2000 [6], ir-Regolament (KE) Nru 467/2001 [7] jew dan ir-Regolament. Bl-istess mod tal-kont li miegħu huma miżjudin, interessi bħal dawn, qliegħ u pagamenti oħra għandhom ikunu wkoll iffriżati." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Marzu 2003. Għall-Kunsill Il-President M. Stratakis [1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 4. [2] ĠU L 53, tat-28.2.2003, p. 62. [3] Proposta tat- 3.2.2003 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [4] Proposta tat- 13.3.2003 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [5] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9; Regolament kif ġie l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2003 (ĠO L 62, tas-6.3.2003, p. 24). [6] ĠU L 43, tas-16.2.2000, p. 1; Regolament kif ġie l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 467/2001. [7] ĠU L 67, tad-9.3.2001, p. 1; Regolament kif ġie l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 881/2002. --------------------------------------------------