Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0440

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 440/2003 ta’ l-10 ta’ Marzu 2003 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2676/90 li jiddetermina l-metodi tal-Komunità għall-analiżi ta’ l-inbejjed

ĠU L 66, 11.3.2003, p. 15–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0606

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/440/oj

32003R0440



Official Journal L 066 , 11/03/2003 P. 0015 - 0023


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 440/2003

ta’ l-10 ta’ Marzu 2003

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2676/90 li jiddetermina l-metodi tal-Komunità għall-analiżi ta’ l-inbejjed

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2585/2001 [2], u partikolarment l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 46 (3) tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2676/90 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1622/2000 [4], jiddeskrivi l-metodi ta’ l-analiżi.

(2) Il-metodu ta’ l-analiżi għall-aċidu D-maliku adattat għall-kejl ta’ livelli baxxi misjuba fl-inbejjed kien ġie żviluppat u vvalidat b’konformità ma kriterja internazzjonali rikonoxxuta. L-Uffiċċju Internazzjonali tad-Dwieli u l-Inbid adotta d-deskrizzjoni ta’ dan il-metodu ġdid fl-Assemblea Ġenerali tiegħu f’Ġunju 2002.

(3) Metodu ġdid għad-determinazzjoni tar-relattività ta’ iżotopu tal-karbonju ta’ l-etanol ta’ l-inbid jew ta’ l-etanol akwistat mill-fermentazzjoni ta’ masti ta’ l-għeneb, masti kkonċentrati ta’ l-għeneb jew masti kkonċentrati ta’ l-għeneb li jkunu ġew rattifikati, kien ġie żviluppat u vvalidat b’konformità ma kriterja internazzjonali rikonoxxuta. L-Uffiċċju Internazzjonali tad-Dwieli u l-Inbid adotta d-deskrizzjoni ta’ dan il-metodu ġdid fl-Assemblea Ġenerali tiegħu fl-2001.

(4) L-użu ta’ dawn il-metodi jista jassigura kontroll aħjar tal-kwalità u ta’ l-awtentiċità ta’ l-inbid u jipprevjenti kwistjonijiet maħluqha mil-applikazzjoni ta’ metodi ta’ testijiet ta’ anqas eżattezza, partikolarment f’dak li jirrigwardja t-tisħieħ b’taħlitiet ta’ zokkrijiet ta’ diversi oriġini u l-aċidifikazzjoni ta’ l-inbejjed bl-użu ta’ l-aċidu maliku.

(5) Il-metodu eżistenti dwar id-doża ta’ l-aċidu D-maliku deskritt fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2676/90 għandu jkun issupplementat bid-deskrizzjoni tal-proċedura għad-determinazzjoni ta’ livelli baxxi u d-deskrizzjoni ta’ metodu iżotopiku ġdid tal-karbonju fl-etanol għandha tkun miżjuda.

(6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huwa bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2676/90 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Fil-Kapitolu 20, "Aċidu D-maliku", il-punt 8 huwa mibdul bl-Anness I t’hawnhekk.

2. Il-Kapitolu 45 fl-Anness II t’hawnhekk huwa miżjud.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Marzu 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1.

[2] ĠU L 345, tad-29.12.2001, p. 10.

[3] ĠU L 272, tat-3.10.1990, p. 1.

[4] ĠU L 194, tal-31.7.2000, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"8. ID-DOSAĠĠ TA’ L-A¬IDU D-MALIKU (D(+)-A¬IDU MALIKU) F’INBEJJED B’LIVELLI BAXXI

8.1. QASAM TA’ L-APPLIKAZJONI

Il-metodu deskritt huwa applikat għad-dosaġġ, b’meżżi enżimatiċi, ta’ l-aċidu D-maliku ta’ nbejjed b’livelli taħt il-50 mg/l.

8.2. IL-PRINĊIPJU

Il-prinċipju tal-metodu huwa deskritt fil-punt 1. Il-formazzjoni ta’ NADH wara l-introduzzjoni fil-cuvette ta’ 50 mg/l ta’ aċidu D-maliku hija proporzjonali għall-kwantità ta’ D-malate preżenti u hija mkejjla fuq il-bażi taż-żieda ta’ l-assorbenza f’wavelength ta’ 340 nm.

8.3. REAĠENTI

Soluzzjoni ta’ 0,199 g/l aċidu D-maliku flimkien mar-reaġent indikat fil-punt 2.

8.4. APPARAT

L-apparat indikat fil-punt 3.

8.5. PREPARAZJONI TAL-KAMPJUN

Kif indikat fil-punt 4.

8.6. PROĊEDURA

Il-proċedura hija kif indikata fil-punt 5, imma bl-introduzzjoni fil-cuvette tal-kejl ta’ 50 mg/l ta’ aċidu D-maliku. (Introduzzjoni ta’ 0,025 ml ta’ soluzzjoni 0,199 g/l aċidu D-maliku, li twarrab volum ekwivalenti ta’ ilma); il-valuri akwistati huma mnaqqsa bi 50 mg/l.

8.7. VALIDAZZJONI NTERNA

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti sommarju tal-file tal-validazzjoni nterna dwar il-metodu għad-determinazzjoni tad-doża ta’ D(+)-aċidu maliku wara ż-żieda ta’ 50 mg/l ta’ l-iżomeru.

Medda tat-tħaddim | 0 mg sa 70 mg ta' aċidu D-maliku kull litru. Fi ħdan dawn il-limiti, il-metodu huwa lineari mal-koeffiċjent tal-korrelazzjoni ta' bejn 0,990 u 0,994 |

Kwantifikazzjoni tal-limitu | 24,4 mg/l |

Sejbien tal-limitu | 8,3 mg/l |

Sensittività | 0,0015 abs/mg/l |

Relattività ta' l-irkupru | 87,5 sa 115,0 % għal inbejjed bojod u 75 sa 105 % għal inbejjed ħomor |

Repetabbilità | = 12,4 mg/l għal inbejjed bojod (skond il-metodu OIV = 12,5 mg/l) = 12,6 mg/l għal inbejjed ħomor (skond il-metodu OIV = 12,7 mg/l) |

Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni | 4,2 % sa 7,6 % (nbejjed bojod u nbejjed ħomor) |

Varjabbilità intra-laboratorju | CV = 7,4 % (s = 4,4 mg/l; medja = 59,3 mg/l)”" |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

"45. ID-DETERMINAZZJONI BIL-MASSA TA’ L-ISPEKTROMETRIJA TA’ L-IŻOTOPU TAR-RELATTIVITÀ TA’ 13C/12C FL-ETANOL TA’ L-INBID JEW TA’ ĊETANOL AKWISTAT BIL-FERMENTAZZJONI TA’ MASTI, MASTI KKONĊENTRATI JEW IL-MASTI KKONĊENTRATI RATTIFIKATI

1. QASAM TA’ L-APPLIKAZJONI

Il-metodu jiffaċilita il-kejl tar-relattività ta’ l-iżotopju 13C/12C fl-etanol ta’ l-inbid u fl-etanol akwistat mill-fermentazzjoni ta’ prodotti tad-dwieli (masti, masti kkonċentrati, masti kkonċentrati rattifikati).

2. IN-NORMI TAR-REFERENZA

ISO: | 5725:1994 "Eżatezza (il-verità u l-preċiżjoni) tal-metodi tal-kejl u r-riżultati: Il-metodu bażiku għad0-determinazzjoni tar-repetabbilità u r-riproduċibbilità ta' metodu standard tal-kejl". |

V-PDB: | Vienna-Pee-Dee Belemnite (RPDB = 0,0112372). |

Il-Metodu 8 ta' l-Anness ta' dan ir-Regolament: | "Is-sejbien tat-tisħieħ ta' masti ta' l-għeneb, masti kkonċentrati ta' l-għeneb, masti kkonċentrati rattifikati ta' l-għeneb u nbejjed bl-applikazzjoni ta' reżonanza manjetika nukleari ta' deuterium (SNIF-NMR)." |

3. TERMINI U DEFINIZZJONIJIET

13C/12C | relattività tal-karbonju 13 (13C) ma l-iżotopi 12 (12C) tal-karbonju għal kampjun iddikkjarat. |

δ13C | il-kontenut tal-karbonju (13C) espress f'partijiet għal kull 1000 (‰) |

SNIF-NMR | il-frazzjonar ta' l-iżotopju naturali partikolari permezz ta' studju bir-reżonanza manjetika nukleari. |

V-PDB | Vienna-Pee-Dee Belemnite. PDB huwa l-materjal ta' referenza primarja għall-kejl tal-varjazzjonijiet naturali tal-kontenut ta' l-iżotopju 13 tal-karbonju, li jikkonsisti mill-karbonat tal-kalċju minn gwardja ta' belemnit Cretaċju mill-Pee Dee Formation fi South Carolina (USA). Ir-relattività ta' l-iżotopju 13C/12C jew ta' RPDB hija 0,0112372. Ir-riservi PDB kienu ġew eżawriti għal hafna żmien, imma dan baqgħa bħala r-referenza primarja għall-espressjoni tal-varjazzjonijiet naturali tal-kontenut ta' l-iżotopju 13 tal-karbonju li miegħu il-materjal ta' referenza disponibbli fl-Aġenzija Internazzjonali ta' l-Enerġija Atomika (IAEA) fi Vjenna (l-Awstria) huwa kkalibrat. L-indikazzjoni iżotopika tal-karbonju 13 li jseħħ naturalment huma konvenzjonalment espressi b'relazzjoni ma V-PDB. |

m/z | ir-relattività ta' massa-għal-kambjament |

4. IL-PRINĊIPJU

Matul il-fotosintesis, l-assimilazzjoni tad-diossidu tal-karbonju mill-pjanti jseħħ permezz ta’ żewġ forom ewlenija ta’ metaboliżmu, il-metaboliżmu C3 (Iċ-ċiklu ta’ Calvin) u l-metaboliżmu C4 (Hatch u Slack). Dawn iż-żewġ mekkaniżmi ta’ fotosintesi jippreżentaw tip differenti tal-frazjonizzazzjoni tal-iżotopu. Il-prodotti tal-pjanti C4, bħal ma huwa z-zokkor u l-alkoħol akwistati bil-fermentazzjoni, għandhom livell għola tal-karbonju 13 milli minn prodotti simili tal-pjanti C3. Bosta mill-pjanti, inklużi d-dwieli u l-pitravi taz-zokkor, jappartieni għall-grupp C3. Il-kannamieli taz-zokkor u l-qamħ-ir-rum jappartieni għall-grupp C4. Il-kejl tal-kontenut tal-karbonju 13 jiffaċilta s-sejbien u l-evalutazzjoni taz-zokkrijiet ta’ l-oriġini C4 (l-iżoglukożju tal-kannamieli taz-zokkor jew tal-qamħ-ir-rum) miżjud ma prodotti ta’ l-għeneb (masti ta’ l-għeneb, inbejjed, eċċ.). L-informazzjoni dwar il-kontenut tal-karbonju 13 flimkien ma dak akwistat mill-SNIF-NMR tiffaċilita li l-kwantitajiet miżjuda ta’ taħlitiet ta’ zokkrijiet u alkoħol derivati mill-pjanti C3 u C4 li jkunu ddetterminati.

Il-kontenut tal-karbonju 13 huwa ddeterminat fuq id-diossidu tal-karbonju prodott matul il-kombustjoni sħiħa tal-kampjun. L-abbundanza tal-prinċipju ta’ l-iżotopomeri ta’ masses 44 (12C16O2), 45 (13C16O2 u 12C17O16O) u 46 (12C16O18O), li jirriżultaw mid-differenti tgħaqqid possibli ta’ l-iżotopi 18O, 17O, 16O, 13C u 12C, huma ddeterminati mill-kurrenti joniċi mkejla minn dawn it-tlett ġbir differenti tal-ispektometri tal-massa ta’ l-iżotopiċi. Il-kontribuzzjonijiet ta’ l-iżotopomeri 13C17O16O u 12C17O2 jistgħu jkunu mwarrba minħabba l-livelli baxxi tagħhom. Il-kurrent joniki għal m/z = 45 huwa kkorreġut għall-kontribuzzjoni ta’ 12C17O16O, li hija kkalkolata skond l-intensità tal-kurrent imkejla għal m/z = 46, waqt li tittieħed f’akkont l-abbundanza relattiva ta’ 18O u 17O (il-korrezzjoni Craig). It-tqabbil ma kalibrazzjoni ta’ referenza kontra r-referenza internazzjonali V-PDB tippermetti l-kalkolazzjoni tal-kontenut tal-karbonju 13 fuq l-iskala relattiva δ13C.

5. REAĠENTI

Il-materjali u l-konsumabbli jiddependu mill-apparat (il-punt 6) użat mill-laboratorju. Is-sistemi ġeneralment użati huma bbażati fuq l-analizzaturi elementali. Dawn is-sistemi jistgħu jkunu mgħammra sabiex jippermetti l-introduzzjoni ta’ kampjunu mqiegħda f’kapsoli ssiġillati tal-metal jew l-injezzjoni ta’ kampjuni likwidi permezz ta’ septum bl-użu ta’ siringa.

Jiddependi mit-tip ta’ l-istrument użat, dawn il-materjali ta’ referenza, reaġenti, u konsumabbli li ġejjin jistgħu jkunu wżati:

- materjali ta’ referenza

- disponibbli mill-IAEA:

Isem | Materjal | δ13C relattiv ma V-PDB (9) |

—IAEA-CH-6 | Sukrożju | - 10,4 ‰ |

—IAEA-CH-7 | Polietilin | - 31,8 ‰ |

—NBS22 | Żejt | - 29,7 ‰ |

—USGS24 | Graffit | - 16,1 ‰ |

- disponibbli mill-IRMM fi Geel (B) (Istitut għal Materjali ta’ Referenza u Kejl):

Isem | Materjal | δ13C relattiv ma V-PDB (9) |

—CRM/BCR 656 | Alkoħol ta' l-inbid | - 26,93 ‰ |

—CRM/BCR 657 | Glukożju | - 10,75 ‰ |

—CRM/BCR 660 | Soluzzjoni idro-alkoħolika (ASV 12 %) | - 26,72 ‰ |

- kampjun għal-ħdima standard b’relattività magħrufa ta’ 13C/12C ikalibrata kontra materjali ta’ referenza internazzjonali,

- din li ġejja hija lista indikattiva ta’ konsumabbli għal sistemi ta’ nixxija-kontinwa:

- ħeljum għall-analiżi (CAS 07440-59-7),

- ossiġenu għall-analiżi (CAS 07782-44-7),

- diossidu tal-karbonju għall-analiżi, użat bħala gass sekondarju ta’ referenza għall-kontenut tal-karbonju 13 (CAS 00124-38-9),

- reaġent ta’ l-ossidazzjoni għall-form tas-sistema tal-kombustjoni, per eżempju l-ossidu tar-ramm (II) għal analiżi elementali (CAS 1317-38-0),

- dessikant għall-eliminazzjoni ta’ l-ilma prodott fil-kombustjoni, per eżempju anidron għall-analiżi elementali (perklorat tal-manjeżju) (CAS 10034-81-8) (Dan mhux meħtieġ għal apparat mgħammar b’sistema ta’ l-eliminazzjoni ta’ l-ilma li tuża nasses krioġeniċi jew kapillarji permeabbli selettivi).

6. APPARAT U TGĦAMIR

6.1. Spektrometru tal-massa relattiva ta’ l-iżotopju (IRMS)

L-ispektrometru tal-massa relattiva ta’ l-iżotopju (IRMS) kapaċi li jiddetermina r-relattività tal-kontenut 13C ta’ gass CO2 li jseħħ b’mod naturali b’eżattezza nterna ta’ 0,05 %O jew aħjar espressa bħala valur relattiv (il-punt 9). Eżattezza nterna hija hawn definita bħala d-differenza bejn iż-żewġ kejlijiet ta’ l-istess kampjun ta’ CO2. L-ispektrometru tal-massa wżat għall-kejl tar-relattività ta’ l-iżotopi huwa ġeneralment mgħammar b’kollettur tripplu sabiex simultanjament ikejjel l-intensitajiet għal m/z = 44, 45 u 46. L-ispektrometru tar-relattività tal-massa ta’ l-iżotopju għandu jew ikun mgħammar bi dħul doppju, sabiex alternattivament ikejjel il-kampjun mhux magħruf u kampjun ta’ referenza, jew użat bħala sistema integra li twettaq kombustjoni kwantittativa tal-kampjuni u tissepara d-diossidu tal-kabonju mill-prodotti l-oħrajn tal-kombustjoni qabel ma jsir il-kejl fl-ispektrometru tal-massa.

6.2. Apparat tal-kombustjoni

Apparat tal-kombustjoni kapaċi li kwantitattivament jikkonverti l-etanol f’diossidu tal-karbonju u jelimina l-prodotti l-oħrajn kollha tal-kombustjoni, inkluż l-ilma, mingħajr frazjonizzazzjoni iżotopika. L-apparat jista jew ikun ta’ sistema integrata ta’ nixxija kontinwa b’apparat tal-ispektrometrija tal-massa (il-punt 6.2.1) jew sistema ta’ kombustjoni seperata (il-punt 6.2.2). L-appart għandu jippermetti eżattezza ta’ mill-anqas dik indikata fil-(punt 11).

6.2.1. Sistemi ta’ nixxija kontinwa

Dawn jinkludu jew analizzatur elementali jew inkella kromatografiku tal-gass b’sistema ta’ kombustjoni online.

Dan l-apparat tal-laboratorju li ġej huma meħtieġ għal sistemi mgħammra għall-introduzzjoni ta’ kampjuni li jkunu f’kapsoli tal-metall:

- mikrosiringa jew mikropipetta kkalibrati bil-ponot xierqa,

- miżien b’eżattezza μg jew aħjar,

- pinzetta għall-enkapsulizzazzjoni,

- kapsoli tal-landa għal kampjuni likwidi,

- kapsoli tal-landa għal kampjuni solidi.

Nota:

sabiex ikun imnaqqas ir-riskju ta’ l-evaporazzjoni tal-kampjun u ta’ l-etanol, materjal assorbenti (per eżempju Chromosorb W 45-60 mesh) jista jkun imqiegħed fil-kapsoli, imma l-ewwel ikun ġie vverifikat permezz ta’ kejl mingħajr kampjun sabiex ikun aċċertat li ma jkunx fih kwantitsinifikanti ta’ karbonju li aktar li jaffettwa r-riżultati.

Dan it-tgħamir tal-laboratorju li ġej huwa meħtieġ meta jkun użat l-analizzatur elementali mgħammar b’injettur likwidu jew fil-każ ta’ sistema preparatorja ta’ kombustjoni kromatografika:

- siningi għal-likwidi,

- garafini mgħammra b’sistema ta’ għeluq li ma tippermettix arja u septa inerta.

It-tgħamir tal-laboratorju indikat fil-listi ta’ hawn fuq huma eżempji u jistgħu jkunu mibdula b’apparat ieħor ta’ mġieba ekwivalenti, jiddependi mit-tip ta’ l-apparat tal-kombustjoni u tal-ispektrometru tal-massa wżat mil-laboratorju.

6.2.2. Sistema ta’ preparazzjoni separata

Il-kampjuni tad-diossidu tal-karbonju li jirriżultaw mill-kombustjoni tal-kampjuni li għandhom ikunu analizzati u l-kampjun ta’ referenza huma miġbura b’bozoz li huma mbgħad imqiegħda fid-dħul doppju tal-ispektrometru għall-analiżi ta’ l-iżotopiċi. Ħafna mill-apparat tal-kombustjoni deskritt fil-letteratura jista jkun wżat:

- sistema magħluqa ta’ kombustjoni mimlija b’ossiġenu ċirkolanti,

- analizzatur elementali bin-nixxija tal-ħeljum u l-ossiġenu,

- bozza ssiġġilata tal-ħġieġ mimlija bl-ossidu tar-ramm (II) bħala aġent ossidanti.

7. PREPARAZZJONI TAL-KAMPJUNU GĦAT-TESTIJIET

L-etanol għandu jkun estratt mill-inbid qabel ma jsir l-ittestjar ta’ l-iżotopi. Dan huwa mwettaq bid-distillazzjoni ta’ l-inbid kif deskritt fil-punt 3.1 tal-metodu Nru 8 (SNIF-NMR).

Fil-każ ta’ masti ta’ l-għeneb, il-masti kkonċentrati ta’ l-għeneb u l-masti kkonċentrati rettifikati ta’ l-għeneb, iz-zokkrijiet għandhom ikunu ffermentati l-ewwel fl-etanol kif deskritt fil-punt 3.2 tal-metodu Nru 8.

8. PROĊEDURA

Il-passi kollha tal-preparazzjoni għandhom jitwettqu mingħajr xi telf sinifikanti ta’ l-etanol minħabba l-evaporazzjoni li tkun tista tbiddel il-kompożizzjoni iżotopika tal-kampjun.

Din id-deskrizzjoni li ġejja tirreferi għall-proċeduri ġeneralment wżat għall-kombustjoni tal-kampjun ta’ l-etanol bl-użu tas-sistemi ta’ kombustjoni awtomatika kommerċjali. Il-metodi l-oħrajn kollha li jassiguraw li l-kampjun kollu ta’ l-etanol ikun ikkonvertit f’diossidu tal-karbonju mingħajr xi telf ta’ l-etanol minħabba l-evaporazzjoni jistgħu jkunu wżati għall-preparazzjoni tad-diossidu tal-karbonju għal analiżi iżotipika.

Proċedura esperimentali bbażata fuq l-użu ta’ l-analizzatur elementali:

(a) tqegħid tal-kampjuni f’kapsoli:

- ħu kapsoli, pinzetti u tilar tal-preparazzjoni, li kollha kemm huma għandhom ikunu nodfa,

- ħu kapsola ta’ daqs xieraq bl-użu tal-pinzetta,

- introduċi ammont xieraq ta’ likwidu fil-kapsola bl-użu ta’ mikropipetta,

- Nota:

3,84 mg ta’ etanol assolut jew 4,17 mg ta’ distillat b’qawwa alkoħolika ta’ 92 % m/m huma meħtieġa għall-akwist ta’ 2 mg ta’ karbonju Il-kwantità xierqa ta’ distillat għandha tkun ikkalkolata fuq dak il-bażi, skond il-kwantità ta’ karbonju meħtieġ meqjusa s-sensittività ta’ l-apparat ta’ l-ispektrometrija tal-massa,

- għalaq il-kapsola bil-pinzetta,

- kull kapsola għandha tkun kompletament issiġillata. Jekk le, għandha tkun imwarrba u kapsola ġdida ippreparata,

- żewġ kapsoli għandhom ikunu ppreparati għal kull kampjun,

- qiegħed il-kapsoli fil-post xieraq fuq it-tilar tal-kampjunar awtomatiku ta’ l-analizzatur elementali. Kull kapsola għandha tkun identifikata bir-reqqa b’numru serjali,

- sistematikament qiegħed il-kapsoli li jkun fihom ir-referenzi tax-xogħol fil-bidu u fit-tmien tas-serji tal-kampjunar,

- regolarment deffes il-kampjuni tal-kontroll fis-serje tal-kampjun;

(b) ivverifika u aġġusta l-analiżi elementali u l-apparat tal-ispekrometrija tal-massa:

- aġġusta t-temperatura tal-fran ta’ l-analizzatur elementali u n-nixxijat tal-ħeljum u l-ossiġenu għal kombustjoni voluntarja tal-kampjun,

- ivverifika l-analiżi elementali u s-sistema tal-ispektrometrija tal-massa għal xi ħruġ (per eżempju fil-verifika tal-kurrent joniku meta m/z = 28 for N2),

- aġġusta l-ispektrometru tal-massa biex ikejjel il-kurrenti jonoċi meta m/z = 44, 45 u 46,

- ivverifika s-sistema bl-użu ta’ kampjuni magħrufa ta’ kontroll qabel ma jibda l-kejl tal-kampjuni;

(ċ) twettieq ta’ serje ta’ kejl

Il-kampjuni mqiegħda fuq il-kapjunar awtomatiku ta’ l-analizzatur elementali (jew tal-kromatografija) huma ntrodotti wieħed wara l-ieħor. Id-diossidu tal-karbonju mill-kombustjoni ta’ kull kampjun hija msoffija lejn l-ispektrometru tal-massa li jkejjel il-kurrenti jonoċi. Il-kompjuter interfaced jirrekordja l-kurrenti joniċi u jikkalkola il-valur δ għal kull kampjun (il-punt 9).

9. KALKOLAZJONI

L-iskop ta’ dan il-metodu huwa li jkejjel ir-relattivitta’ iżotopju 13C/12C ta’ l-etanol estratt mill-inbid jew mill-prodotti derivati mill-għeneb wara l-fermentazzjoni. Ir-relattività ta’ l-iżotopu 13C/12C tista tkun espressa bid-derivattiv tagħha mir-referenza tax-xogħol. Id-devjazzjoni iżotopika tal-karbonju 13 (δ13C) hija mbagħad ikkalkolata fuq skala delta kull elf (δ/1000) bit-tqabbil tar-riżultati akwistati mill-kampjuni li għandhom ikun mkejjla ma dawk mir-referenza tax-xogħol preċedentament ikkalibrata fuq il-bażi tar-referenza internazzjonali primarja (V-PDB). Il-valuri δ13C huma espressi b’relattività tar-referenza tax-xogħol kif ġej:

δ13C sam/ref %O = 1000 × (Rsam-Rref)/Rref

meta Rsam u Rref huma rispettivament ir-relattivitta’ l-iżotopi 13C/12C tal-kampjun u tad-diossidu tal-karbonju wżat fil-kas ta’ referenza.

Il-valuri δ13C huma espressi b’relattività mal-V-PDB kif ġej:

δ13C sam/V-PDB %O = δ13C sam/ref + δ13C ref/V-PDB + δ13C sam/ref × δ13C ref/V-PDB)/1000,

meta δ13C ref/V-PDB hija d-devjazzjoni iżotipika preċedentament determinata tar-referenza tax-xogħol mill-V-PDB.

Varjazzjonijiet żgħar jistgħu iseħħu waqt il-kejl on-line minħabba kambjamenti fil-kondizzjonijiet strumentali. F’dan il-każ tal-valuri δ13C tal-kampjuni għandu jkun ikkorreġut skond id-differenza fil-valur δ13C imkejjel tal-kampjun tax-xogħol standard u l-valur vera tiegħu, preċedentament ikkalibrat kontra V-PDB bit-tqabbil ma wieħed mill-materjali ta’ referenza internazzjonali. Bejn iż-żewġ kejl tal-kampjun tax-xogħol standard, il-varjazzjoni, u għalhekk il-korrezzjoni li għandha tkun applikata għar-riżultati akwistati mill-kampjuni, tista tkun presunta li hija lineari. Kampjun tax-xogħol standard għandu jkun imkejjel fil-bidu u fit-tmiem tas-serje tal-kampjuni kollha. Korrezzjoni tista mbagħad tkun ikkalkolata fuq kull kampjun bl-użu ta’ l-interpolazzjoni lineari.

10. ASSIGURAZZJONI U KONTROLL TAL-KWALITÀ

Ivverifika li l-valur 13C għar-referenza tax-xogħol ma jkunx jiddifferixxi b’aktar minn 0,5 %O mill-valur ammessibbli. Jekk le, is-settings ta’ l-apparat tal-ispktrometrija għandhom ikunu vverifikati u, jekk meħtieġ, aġġustati.

Għal kull kampjun, ivverifika li d-differenza fir-riżultati għaż-żewġ kapsoli mkejjla suċċessivament tkun anqas minn 0,3 %O. Ir-riżultat finali għal kampjun partikolari huwa l-medja tal-valur għaż-żewġ kapsoli. Jekk id-devjazzjoni hija akbar minn 0,3 %O il-kejl għandu jkun imtenni.

Verifiki fuq il-kejl korrett jistgħu jkunu bbażati fuq il-kurrent joniku meta m/z = 44, li hija proporzjonali mal-kwantità ta’ karbonju njettat fl-analizatur elementali. Permezz ta’ kondizzjonijiet standard, il-kurrent joniku għandu jkun kważi kostanti għal-kampjuni analizzati. Devjazzjoni sinifikanti tista tkun indikattiva ta’ l-evaporazzjoni ta’ l-etanol (per eżempju siġill mhux perfett fuq kapsola) jew instabbilità ta’ l-analizzatur elementali jew ta’ l-ispektrometru tal-massa.

11. L-IMĠIEBA TAL-KARTTERISTIĊI TAL-METODU (Eżattezza)

Studju kollaborattiv inizjali (il-punt 11.1) kien imwettaq fuq distillati li kien fihom l-alkoħol ta’ oriġini mill-inbid u l-alkoħol mill-kannamieli u mill-pitravi, kif ukoll taħlitiet differenti ta’ alkoħol ta’ dawk it-tlett oriġini. Minħabba li dan l-istudju ma ħax akkont tal-proċedura tad-distillazzjoni, aktar informazzjoni minn studji intra-laboratorji oħrajn fuq l-inbid (il-punt 11.2) u, partikolarment, serje ta’ testijiet ta’ profiċjenza (il-punt 11.3) għal kejl iżotropiku kienu wkoll ikkunsidrati. Ir-riżultati juru li permezz ta’ kondizzjonijiet sodisfaċenti, u partikolarment dawk għall-kejl li jużaw SNIF-NMR, is-sistemi differenti tad-distillazzjoni ma jipproduċux varjazzjoni sinifikanti fid-determinazzjoni tal-valur δ13C ta’ l-etanol ta’ l-inbid. L-eżatezza tal-parametri osservati għall-inbid huma kważi identiċi għal dawk osservati fl-istudju konġunt fuq id-distillati (il-punt 11.1).

11.1. Studju konġunt fuq id-distillati

Sena tat-testijiet intra-laboratorju: | 1996 |

Numru ta' laboratorji: | 20 |

Numru ta' kamjuni: | Sitt kampjuni ta' tqabbil bi blindaġġ-doppju |

Analit: | δ13C ta' etanol |

Kodiċi tal-kampjun | Alkoħol ta' oriġini mill-inbid | Alkoħol mill-pitravi | Alkoħol mill-kannamieli taz-zokkor |

A & G | 80 % | 10 % | 10 % |

B & C | 90 % | 10 % | 0 % |

D & F | 0 % | 100 % | 0 % |

E & I | 90 % | 0 % | 10 % |

H & K | 100 % | 0 % | 0 % |

J & L | 0 % | 0 % | 100 % |

Kampjuni | A/G | B/C | D/F | E/I | H/K | J/L |

Numru ta' laboratorji miżmuma wara l-eleminazzjoni ta' riżultati aberrenti | 19 | 18 | 17 | 19 | 19 | 19 |

Numru ta' riżultati aċċettati | 38 | 36 | 34 | 38 | 38 | 38 |

Medja tal-valur (δ13C) ‰ | - 25,32 | - 26,75 | - 27,79 | - 25,26 | - 26,63 | - 12,54 |

Sr2 | 0,0064 | 0,0077 | 0,0031 | 0,0127 | 0,0069 | 0,0041 |

Repettabbillità standard tad-devjazzjoni (Sr) ‰ | 0,08 | 0,09 | 0,06 | 0,11 | 0,08 | 0,06 |

Limitu tar-repettabbillità r(2,8 × Sr) ‰ | 0,22 | 0,25 | 0,16 | 0,32 | 0,23 | 0,18 |

Sr2 | 0,0389 | 0,0309 | 0,0382 | 0,0459 | 0,0316 | 0,0584 |

Standard ta' riproduċċibbilitàdevjazzjoni (Sr) ‰ | 0,20 | 0,18 | 0,20 | 0,21 | 0,18 | 0,24 |

Limitu tar-riproduċċibbillità r(2,8 × Sr) | 0,55 | 0,49 | 0,55 | 0,60 | 0,50 | 0,68 |

11.2. L-istudju intra-laboratorju fuq żewġ imbejjed u alkoħol wieħed

Sena tat-testijiet intra-laboratorju: | 1996 |

Numru ta' laboratorji: | 14 għad-distillazzjoni ta' nbid li minn seba wkoll kejlu δ13C ta' etanol ta' l-inbid, |

Tmienja għall-kejl ta' δ13C kampjun ta' l-alkoħol, |

Numru ta' kamjuni: | Tlieta (inbid abjad ta' 9,3 % ASV, inbid abjad ta 9,6 % ASV u alkoħol ta' qawwa 93 % m/m). |

Analit: | δ13C ta' etanol |

Kampjuni | Inbid aħmar | Inbid abjad | Alkoħol |

Numru ta' laboratorji | 7 | 7 | 8 |

Numru ta' riżultati aċċettati | 7 | 7 | 8 |

Medja tal-valur (δ13C) ‰ | - 26,20 | - 26,20 | - 25,08 |

Varjazzjoni tar-riproduċċibbilità SR2 | 0,0525 | 0,0740 | 0,0962 |

Standard tar-riproduċċibbilità tad-devjazzjoni (SR) ‰ | 0,23 | 0,27 | 0,31 |

Limitu tar-riproduċċibbilità R (2,8 × SR) ‰ | 0,64 | 0,76 | 0,87 |

Sistemi differenti ta’ distillazzjoni kienu wżati mil-laboratorju parteċipanti. Id-determinazzjonijiet iżotopiċi (δ13C) imwettqa f’laboratorju wieħed fuq in-numru kollu ta’ distillati mibgħuta lura mill-parteċipanti ma jiżvelaw l-ebda valuri aberrenti jew valuri li jiddifferixxu sinifikament mill-valuri medji. Il-varjazzjoni fir-riżultati (S2 = 0,0059) hija komparabbli mal-varjanzi tar-repettabbilità Sr2 fl-istudju konġunt fuq distillati (il-punt 11.1).

11.3. Riżulati minn eżerċizzji mwettqa għal monitoraġġ tal-profiċjnza fl-imġieba tat-testijiet iżotopiċi

Sa minn Diċembru 1994, testijiet internazzjonali ta’ profiċjenza għad-determinazzjoni ta’ kejl iżotopiku għall-inbid u l-alkoħol (distillati ta’ 96 % ASV) kienu regolarment organizzati. Ir-riżultati jiffaċilitaw lil-laboratorji parteċipanti li jivverifikaw il-kwalità ta’ l-analiżi tagħhom. Riżultati statistiċi jippermettu l-apprezzament tal-varjazzjoni fil-kejl permezz ta’ kondizzjonijiet ta’ riproduċċibbilità u għalhekk estimi tal-parametri tal-varjanza u l-limiti tar-reproduċċibbilità. Ir-riżultati akwistati għad-determinazzjoni ta’ δ13C għall-inbid u d-distillat ta’ l-etanol huma riassunti fit-tabella li ġejja:

"N : "Numru ta' laboratorji parteċipanti.

Data | Inbejjed | Distillati |

N | SR | S2R | R | N | SR | S2R | R |

Diċembru 1994 | 6 | 0,210 | 0,044 | 0,59 | 6 | 0,151 | 0,023 | 0,42 |

Ġunju 1995 | 8 | 0,133 | 0,018 | 0,37 | 8 | 0,147 | 0,021 | 0,41 |

Diċembru 1995 | 7 | 0,075 | 0,006 | 0,21 | 8 | 0,115 | 0,013 | 0,32 |

Marzu 1996 | 9 | 0,249 | 0,062 | 0,70 | 11 | 0,278 | 0,077 | 0,78 |

Ġunju 1996 | 8 | 0,127 | 0,016 | 0,36 | 8 | 0,189 | 0,036 | 0,53 |

Settembru 1996 | 10 | 0,147 | 0,022 | 0,41 | 11 | 0,224 | 0,050 | 0,63 |

Diċembru 1996 | 10 | 0,330 | 0,109 | 0,92 | 9 | 0,057 | 0,003 | 0,16 |

Marzu 1997 | 10 | 0,069 | 0,005 | 0,19 | 8 | 0,059 | 0,003 | 0,16 |

Ġunju 1997 | 11 | 0,280 | 0,079 | 0,78 | 11 | 0,175 | 0,031 | 0,49 |

Settembru 1997 | 12 | 0,237 | 0,056 | 0,66 | 11 | 0,203 | 0,041 | 0,57 |

Diċembru 1997 | 11 | 0,127 | 0,016 | 0,36 | 12 | 0,156 | 0,024 | 0,44 |

Marzu 1998 | 12 | 0,285 | 0,081 | 0,80 | 13 | 0,245 | 0,060 | 0,69 |

Ġunju 1998 | 12 | 0,182 | 0,033 | 0,51 | 12 | 0,263 | 0,069 | 0,74 |

Settembru 1998 | 11 | 0,264 | 0,070 | 0,74 | 12 | 0,327 | 0,107 | 0,91 |

Medja peżata | | 0,215 | 0,046 | 0,60 | | 0,209 | 0,044 | 0,59 |

11.4. Limiti tar-repettabbilità u r-riproduċċibbilità

Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni minn testijiet differenti intra-laboratorji mogħtija fit-tabelli ta’ hawn fuq, dawn il-limiti li ġejjin ta’ repettabbilità u riproduċċibilità jistgħu jkunu stabbiliti għal dan il-metodu, inkluż l-istadju tad-distillazzjoni:

Limitu tar-repettabbillità r: 0,24

Limitu tar-riproduċċibbiità R: 0,6."

--------------------------------------------------

Top