Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0350

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 350/2003 tal-25 ta' Frar 2003 li jemenda għat-tlettax il-darba Regolament tal-Kunsill (KE) Nmr 881/2002 li jimponi ċerta miżuri speċifiċi ta'ristrizzjoni kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nmr 467/2001

    ĠU L 51, 26.2.2003, p. 19–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/350/oj

    32003R0350



    Official Journal L 051 , 26/02/2003 P. 0019 - 0020


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 350/2003

    tal-25 ta' Frar 2003

    li jemenda għat-tlettax il-darba Regolament tal-Kunsill (KE) Nmr 881/2002 li jimponi ċerta miżuri speċifiċi ta'ristrizzjoni kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nmr 467/2001

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkonsidrat Regolament tal-Kunsill (KE) Nmr 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerta miżuri speċifiċi ta'ristrizzjoni kontra ċerti persuni w entitajiet assoċjata ma Usama bin Laden, in-network ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nmr 467/2001 tas-27 ta' Mejju 2002 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerta merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, isaħħaħ il-projbizzjoni ta' titjiriet fl-ispazju ta'l-ajru tagħhom u li jestendi l-friża tal-fondi u riżorsi finanzjarji oħra fejn għandu x'jaqsam it-Taliban ta'l-Afganistan [1], kif l-ahhar emendat minn Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nmr 342/2003 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-ewwel sotto-paragrafu, tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness I ta' Regulament (KE) Nmr 881/2002 jillista il-persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċI taħt dak ir-Regolament.

    (2) (2)) Fl-24 ta' Frar 2003, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu jappilka l-iffriżar ta' fondi u sorsi ekonomiċi u, għaldaqstant, l-Anness I għandu jkun emendat skond il-bżonn.

    (3) Sabiex jiżgura li l-miżuri maħsuba f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolameent għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I ta' Regolament (KE) Nmr 881/2002 huwa hawnhekk emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Frar 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Christopher Patten

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 49, tat-22.2.2003, p. 13.

    [2] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    L-Anness I ta' Regolament (KE) Nmr 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    Il-frażi li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura "Persuni legali, gruppi u entitajiet":

    Ansar al-Islam (magħrufa bħala d-Devoti ta' l-Islam, Jund al-Islam, is-Suldati ta' l-Islam, is-Sostenituri Kurdistani ta' l-Islam, is-Sostenituri ta' l-Islam fil-Kurdistan, dawk li jsegwu l-Islam fil-Kurdistan, it-Taliban tal-Kurdistan); lokalità: fil-Grigal ta' l-Iraq.

    --------------------------------------------------

    Top