Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0325

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 325/2003 ta’ l-20 ta’ Frar 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1291/2000 li jniżżel regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni u esportazzjoni u l-iffissar tac-ċertifikati bil-quddiem għall-prodotti agrikoli

ĠU L 47, 21.2.2003, p. 21–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/05/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0376

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/325/oj

32003R0325



Official Journal L 047 , 21/02/2003 P. 0021 - 0030


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 325/2003

ta’ l-20 ta’ Frar 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1291/2000 li jniżżel regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni u esportazzjoni u l-iffissar tac-ċertifikati bil-quddiem għall-prodotti agrikoli

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 ta’ 30 ta’ Ġunju fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif kien l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(11) tiegħu, u d-disposizzjonijiet korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti agrikoli,

Billi:

(1) L-Artikolu 50(1) tar-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jniżżel regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjoni ta’ l-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli [3], kif kien l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1253/2002 [4], jipprovdi li jekk il-perjodu taż-żmien ta’ 60 ġurnata li l-prodotti jkunu jridu diġa telqu mit-terittorju tad-dwana tal-Komunità, kif hemm imniżżel fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, jew sa ż-żmien ta’ 30 ġurnata li l-prodotti bilfors iridu jitqiegħdu f’maħżen għall-ħżin ta’ l-ikel, kif hemm imniżżel fl-Artikolu 40(1) ta’ dak ir-Regolament, ma jiġux osservati, mela r-rifużjoni għandha titnaqqas bi 15 %, segwit b’aktar tnaqqis għal kull ġurnata li tgħaddi minn fuq iż-zmien konċernat.

(2) Barra dan, fejn dawn il-limiti taż-żmien jinqabżu, it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 32(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 [5], kif kien l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2299/2001 [6], jipprovdi għall-multa li tikkonsisti fil-konfiska ta’ parti mill-garanzija ta’ l-esportazzjoni tal-liċenzja, segwita b’konfiska ta’ somm’ oħra għal kull ġurnata li tgħaddi minn fuq iż-żmien konċernat.

(3) L-akkumulazzjoni tal-multi li jiġu imposti kemm fuq ir-rifużjoni kif ukoll fuq il-garanzija tal-liċenzja meta wieħed u l-istess perjodu ta’ żmien jinqabeż hu ta’ piż kbir fuq l-esportaturi u ma jidhrux indispensabbli. Ir-regoli għaldaqstant għandhom ikunu ssimplifikati, u l-multa msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 li tolqot il-garanzija tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni ma għandhiex tgħodd f’dawn il-każijiet.

(4) L-Artikolu 35 (3) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 jsemmi li jekk il-liċenzja tintradd lill-korp tal-ħruġ ta’ liċenzji matul l-ewwel żewġ terzi taż-żmien validu tagħha, l-ammont li jikkorispondi mal-garanzija li trid tiġi konfiskata jitnaqqas 40 %, u jekk il-liċenzja tintradd matul l-aħħar terz taż-żmien validu tagħha jew matul ix-xahar ta’ wara d-data tal-għeluq, l-ammont li jikkorispondi għall-garanzija li trid tiġ kkonfiskata jitnaqqas b’25 %. Il-mekkaniżmu mdaħħal bl-Artikolu 35(3) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 hu maħsub sabiex jinkoraġġixxi lill-esportaturi jroddu l-liċenzji ta’ esportazzjoni mhux użati mingħajr dewmien lill-korp ta’ ħrug b’rifużjoni ffissata bil-quddiem ħalli jkun jista’ jsir użu sħiħ mill-oportunitajiet ta’ esportazzjoni għall-prodotti agrikoli li jikkwalifikaw għar-rifużjoni.

(5) F’każijiet fejn hemm żidiet sostanzjali fir-rifużjoni, applikazzjoni tal-mekkaniżmu provdut fl-Artikolu 35(3) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 jista’ jwassal għal spekulazzjoni sabiex jinkoraġġixxu l-esportaturi biex ma jagħmlux użu mil-liċenzji tagħhom u jrodduhom lura lill-korp tal-ħruġ jekk id-differenza bejn ir-rifużjoni l-ġdida li tista’ tkun riċevuta għall-prodott konċernat u r-rifużjoni ffissati bil-quddiem għall-istess prodott huwa akbar mill-ammont tal-garanzija konfiskata. Għaldaqstant miżuri xierqa għandhom jittieħdu biex jipprevenu applikazzjonijiet mhux xierqa ta’ dik id-disposizzjoni.

(6) L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, li jiffissa l-kwantitajiet massimi ta’ prodotti agrikoli li l-liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni jew ċertifikati ffissati bil-quddiem mhemmx għalfejn ikunu preżenti taħt ir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament, għandu jkun aġġornat.

(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandha tkun emendata kif suppost.

(8) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni kollu konċernat

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 hu hawnhekk emendat kif ġej:

1. Is-subparagrafu li ġej hu miżjud ma’ l-Artikolu 32(1):

"Il-garanzija ma għandhiex tkun konfiskata taħt it-tieni subparagrafu f’dawk il-każijiet ta’ kwantitajiet għal-liema r-rifużjoni hija mnaqqsa skond l-Artikolu 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 għan-nuqqas li ma jintlaħqux il-perentorji msemmijin fl-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 40(1) ta’ dak ir-Regolament";

2. is-subparagrifi li ġejjin huma miżjuda mal-Artikolu 35(3):

"L-ewwel subparagrafu għandu jgħodd għajr meta jkun temporanjament sospiż. Fejn ir-rifużjoni għall-prodott wieħed jew aktar tiżdied, il-Kummissjoni, fil-waqt li taġixxi mal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 136/66/KE jew l-Artikoli korrispondenti tar-Regolament l-ieħor fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq, tista’ tissospendi l-applikazzjoni ta’ l-ewwel subparagrafu għall-liċenzji applikati qabel ma jkun hemm iż-żieda fir-rifużjoni u mhux mrodda lura lill-korp tal-ħruġ sad-data ta’ qabel iż-żieda.

Liċenzji mmroddijin taħt l-Artikolu 25 għandhom jitqiesu li ntraddu lura lill-korp tal-ħruġ f’dik id-data fejn dan ta’ l-aħħar jirċievi applikazzjoni mil-liċenzjatur għar-rilaxx tal-ġaranzija";

3. L-Anness III għandu jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ gurnata ta’ wara li jkun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjail ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jgħodd għal-liċenzji applikati minn meta jidħol fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Frar 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, 1.7.1992, p. 21.

[2] ĠU L 193, 29.7.2000, p. 1.

[3] ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11.

[4] ĠU L 183, 12.7.2002, p. 12.

[5] ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.

[6] ĠU L 308, 27.11.2001, p. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

L-ANNESS III

Kwantitajiet massimi [1]ta' prodotti għal-liema liċenzji ta' importazzjoni jew esportazzjoni jew ċertifikati ffissati bil-quddiem mhemmx għalfejn ikunu ppreżentati skond ir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 5(1) (previst importazzjoni jew esportazzjoni ma għandhomx isiru taħt xi arranġamenti preferenzjali suġġett għal xi liċenzja [2]

Prodotti (Kodiċi ta' Nomenklatura Magħquda) | Kwantità netta |

| | |

A. | ĊEREALI U ROSS (Regolament (KE) Nru 1162/95) |

Liċenzji ta' importazzjoni: | |

| 07099060 | | 5000 |

| 07129019 | |

| 0714 | b'eċċezzjoni tas-subtestatura 07142010 |

| 100110 | |

| 10019091 | |

| 10019099 | |

| 10020000 | |

| 100300 | |

| 100400 | |

| 10051090 | |

| 10059000 | |

| 10070090 | |

| 100610 | b'eċċezzjoni tas-subtestatura 10061010 | 1000 |

| 100620 | |

| 100630 | |

| 10064000 | |

| 1008 | |

| 11010011 | |

| 11010015 | |

| 11010090 | |

| 1102 | |

| 1103 | |

| 1104 | |

| 110620 | |

| 1107 | |

| 1108 | b'eċċezzjoni tas-subtestatura 11082000 |

| 11090000 | |

| 17023051 | |

| 17023059 | |

| 17023091 | |

| 17023099 | |

| 17024090 | |

| 17029050 | |

| 17029075 | |

| 17029079 | |

| 21069055 | |

| 2302 | b'eċċezzjoni tas-subtestatura 230250 |

| 230310 | |

| 23033000 | |

| 23067000 | |

| 23080040 | |

| 23081000 | |

| ex2309 | Li jkollhom fihom lamtu, glukosju, maltodextrine, mistura tal-glukosju syrupor maltodextrine li jaqgħu taħt is-subtestatura 17023051 sa 17023099, 17024090, 17029050 u 21069055 jew prodotti tal-ħalib ħlief preparazzjonijiet u oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom 50 % jew aktar bil-piż tal-prodotti tal-ħalib |

| Liċenzja ta' l-esportazzjoni bi jew mingħajr rifużjoni ffissata bil-quddiem: | |

| 07099060 | | 5000 |

| 07129019 | |

| 0714 | b'eċċezzjoni tas-subtestatura 07142010 |

| 100110 | |

| 10019091 | |

| 10019099 | |

| 10020000 | |

| 100300 | |

| 100400 | |

| 10051090 | |

| 10059000 | |

| 10070090 | |

| 100610 | b'eċċezzjoni tas-subtestatura 10061010 | 500 kg |

| 100620 | |

| 100630 | |

| 10064000 | |

| 1008 | |

| 11010011 | |

| 11010015 | |

| 11010090 | |

| 1102 | |

| 1103 | |

| 1104 | |

| 110620 | |

| 1107 | |

| 1108 | b'eċċezzjoni tas-subtestatura 11082000 |

| 11090000 | |

| 17023051 | |

| 17023059 | |

| 17023091 | |

| 17023099 | |

| 17024090 | |

| 17029050 | |

| 17029075 | |

| 17029079 | |

| 21069055 | |

| 2302 | b'eċċezzjoni tas-subtestatura 230250 |

| 230310 | |

| 23033000 | |

| 23067000 | |

| 23080040 | |

| 23081000 | |

| ex2309 | Li jkollhom lamtu, glukosju, maltodextrine, glukosju syrupor mistura maltodextrine li taqa' ġewwa 17023051 sa 17023099, 17024090, 17029050 u 21069055 jew prodotti tal-ħalib ħlief preparazzjonijiet u oġġetti ta' l-ikel li jkollhom fihom 50 % jew aktar bil-piż tal-prodotti tal-ħalib |

B: | ŻJUT U XAĦMIJIET: | |

Liċenzji ta' importazzjoni (Regolament (KE) Nru 1476/95) | |

| 07099039 | | 100 kg |

| 07112090 | |

| 1509 | |

| 151000 | |

| 15220031 | |

| 15220039 | |

| 23069019 | |

| Liċenzja ta' esportazzjoni bi jew mingħajr rifużjoni ffissata bil-quddiem (Regolament (KE) No 2543/95) | |

| 1509 | | 100 kg |

| 151000 | |

C. | ZOKKOR (Regolamenti (KE) Nru 1464/95) | |

Liċenzja ta' importazzjoni: | |

| 12129120 | | 2000 |

| 12129180 | |

| 12129920 | |

| 17011110 | |

| 17011190 | |

| 17011210 | |

| 17011290 | |

| 17019100 | |

| 17019910 | |

| 17019990 | |

| 17022010 | |

| 17022090 | |

| 17023010 | |

| 17024010 | |

| 17026010 | |

| 17026080 | |

| 17026095 | |

| 17029030 | |

| 17029060 | |

| 17029071 | |

| 17029080 | |

| 17029099 | | |

| 17031000 | | |

| 17039000 | | |

| 21069030 | | |

| 21069059 | | |

| Liċenzja ta' esportazzjoni bi jew mingħajr rifużjoni ffissata bil-quddiem: | |

| 12129120 | | 2000 |

| 12129180 | |

| 12129920 | |

| 17011110 | |

| 17011190 | |

| 17011210 | |

| 17011290 | |

| 17019100 | |

| 17019910 | |

| 17019990 | |

| 17022010 | |

| 17022090 | |

| 17023010 | |

| 17024010 | |

| 17026010 | |

| 17026080 | |

| 17026095 | |

| 17029030 | |

| 17029060 | |

| 17029071 | |

| 17029080 | |

| 17029099 | | |

| 17031000 | | |

| 17039000 | | |

| 21069030 | | |

| 21069059 | | |

D. | ĦALIB U PRODOTTI TAL-ĦALIB | |

Liċenzja ta' importazzjoni (Regolamenti (KE) Nru 2535/2001) | |

| 0401 | | 150 kg |

| 0402 | |

| 04031011 to | |

| 04031039 | |

| 04039011 to | |

| 04039069 | |

| 0404 | |

| 040510 | |

| 04052090 | |

| 040590 | |

| 0406 | |

| 17021100 | |

| 17021900 | |

| 21069051 | |

| 23091015 | Preparazzjonijiet tax-xorta użati fl-għalf ta' l-annimali;preparazzjonijiet u oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom prodottigħal-liema r-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jgħodd, direttament jew taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2730/75, ħlief b'eċċezzjoni ta' preparazzjonijiet u oġġetti ta' ikel għal-liema Nru a |

| 23091019 | |

| 23091039 | |

| 23091059 | |

| 23091070 | |

| 23099035 | |

| 23099039 | |

| 23099049 | |

| 23099059 | |

| 23099070 | |

| Liċenzja ta' esportazzjoni bi jew mingħajr rifużjoni ffissata bil-quddiem (Regolament (KE) Nru 174/1999) | |

| 0401 | | 150 kg |

| 0402 | |

| 04031011 to | |

| 04031039 | |

| 04039011 to | |

| 04039069 | |

| 0404 | |

| 040510 | |

| 04052090 | |

| 040590 | |

| 0406 | |

| 23091015 | Preparazzjonijiet tax-xorta użati fl-għalf ta' l-annimali; preparazzjonijiet u oġġetti li jkun fihom prodotti għal-liema r-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jgħodd, direttament jew taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2730/75, ħlief b'eċċezzjoni ta' preparazzjonijiet u oġġetti ta' l-ikel għal-liema r-Regolament (KEE) Nru 1766/92 jgħodd |

| 23091019 | |

| 23091070 | |

| 23099035 | |

| 23099039 | |

| 23099070 | |

E. | LAĦAM TAĊ-ĊANGA U VITELLA (Regolament (KE) Nru 1445/95) | |

Liċenzja ta' importazzjoni: | |

| 01029005 to | | Annimal wieħed |

| 01029079 | |

| 0201 | | 200 kg |

| 0202 | |

| 02061095 | |

| 02062991 | |

| 021020 | |

| 02109951 | |

| 02109990 | |

| 16025010 | |

| 16025031 | |

| 16025039 | |

| 16025080 | |

| 16029061 | |

| 16029069 | |

| Liċenzja ta' esportazzjoni bl-iffissar tar-rifużjoni bil-quddiem: | |

| 010210 | | Annimali wieħed |

| 01029005 to | |

| 01029079 | |

| 0201 | | 200 kg |

| 0202 | |

| 02061095 | |

| 02062991 | |

| 021020 | |

| 02109951 | |

| 02109990 | |

| 16025010 | |

| 16025031 | |

| 16025039 | |

| 16025080 | |

| 16029061 | |

| 16029069 | |

| Liċenzja ta' esportazzjoni mingħajr rifużjoni (l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1445/95) | |

| 010210 | | Disa' annimali |

| 01029005 to | |

| 01029079 | |

| 02010202 | | 2000 |

| 02061095 | |

| 02062991 | |

| 021020 | |

| 02109951 | |

| 02109990 | |

| 16025010 | |

| 16025031 | |

| 16025039 | |

| 16025080 | |

| 16029061 | |

| 16029069 | |

F. | LAĦAM TAN-NAGĦĠA U LAĦAM TAL-MOGĦŻA | |

Liċenzaja ta' importazzjoni (Regolament (KE) Nru 1439/95) | |

| 0204 | | 100 kg |

| 02109921 | |

| 02109929 | |

| 16029072 | |

| 16029074 | |

| 16029076 | |

| 16029078 | |

| 01041030 | | Ħames annimali |

| 01041080 | |

| 01042090 | |

G. | LAĦAM TAL-ĦANŻIR | |

Liċenzja ta' esportazzjoni bir-rifużjoni ffissata bil-quddiemi (Regolament (KE) Nru 1370/95) | |

| ex0203 | | 250 kg |

| ex1601 | |

| ex1602 | |

| 0210 | | 150 kg |

H. | LAĦAM TAT-TAJR | |

Liċenzja ta' esportazzjoni bir-rifużjoni ffissata bil-quddiem u liċenzja ta' esportazzjoni ta' wara (Regolament (KE) Nru 1372/95) | |

| 010511119000 | | 4000 |

| 010511199000 | |

| 010511919000 | |

| 010511999000 | |

| 010512009000 | | 2000 |

| 010519209000 | |

| ex0207 | | 250 kg |

I. | BAJD | |

liċenzja ta' esportazzjoni bir-rifużjoni ffissata bil-quddiem u liċenzja ta' esportazzjoni ta' wara (Regolamnet (KE) Nru 1371/95) | |

| 040700119000 | | 2000 |

| 040700199000 | | 4000 |

| 040700309000 | | 400 kg |

| 040811809100 | | 100 kg |

| 040891809100 | |

| 040819819100 | | 250 kg |

| 040819899100 | |

| 040899809100 | |

J. | ŻRIERAGĦ | |

Liċenzja ta' importazzjoni (Regolament (KEE) Nru 1119/79) | |

| 10051011 to | | 100 kg |

| 10051019 | |

| 10070010 | |

K. | INBID (Regolament (KE) Nru 883/2001) | |

Liċenzja ta' importazzjoni | |

| 200961 | | 3000 |

| 200969 | |

| 220410 | | 30 hl |

| 220421 | |

| 220429 | |

| 220430 | |

| Liċenzja ta' esportazzjoni bir-rifużjoni ffissata bil-quddiem: | |

| 200961 | | 10 hl |

| 200969 | |

| 220421 | | 10 hl |

| 220429 | |

| 220430 | |

L. | FROTT U ĦAXIX | |

liċenzja ta' esportazzjoni bir-rifużjoni ffissata bil-quddiem (Regolament (KE) Nru 1961/2001) | |

| ex070200 | | 300 kg |

| 0802 | |

| 0805 | |

| 08061010 | |

| 0808 | |

| 0809 | |

M. | PRODOTTI PROĊESSATI MINN FROTT U ĦAXIX | |

Liċenzja ta' esportazzjoni bir-rifużjoni ffissata bil-quddiem (Regolament (KE) Nru 1429/95) | |

| 080620 | | 300 kg |

| ex0812 | |

| 2002 | |

| ex200600 | |

| ex2008 | |

| ex2009 | |

"

--------------------------------------------------

Top