Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0095

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/95/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li temenda d-Direttiva 96/77/KE li tistabbilixxi l-kriterja tal-purità speċifika dwar l-addittivi ta’ l-ikel apparti milli l-kuluri u l-ħlewwietTest b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 283, 31.10.2003, p. 71–77 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/10/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/95/oj

32003L0095



Official Journal L 283 , 31/10/2003 P. 0071 - 0077


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/95/KE

tas-27 ta’ Ottubru 2003

li temenda d-Direttiva 96/77/KE li tistabbilixxi l-kriterja tal-purità speċifika dwar l-addittivi ta’ l-ikel apparti milli l-kuluri u l-ħlewwiet

(Test b’relevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-addittivi awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel intiżi għal konsum uman [1], kif emendata bid-Direttiva 94/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u partikolarment l-Artikolu 3(3)(a) tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Permanenti dwar l-Ikel,

Billi:

(1) Id-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Frar 1995 dwar l-addittivi ta’ l-ikel apparti milli kuluri u ħlewwiet [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/5/KE [4], tistabbilixxi lista ta’ sustanzi li jistgħu jkunu wżati bħala addittivi apparti milli kuluri u ħlewwiet fl-oġġetti ta’ l-ikel.

(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE [5] , kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/82/KE [6], stabbilit kriterja tal-puità għall-addittivi msemmija fid-Direttiva 95/2/KE.

(3) Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel ikkonkluda fl-opinjoni tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2002 li l-preżenza ta’ l-ossidu ta’ l-etilin għandha tkun miġjuba anqas mil-livell tal-limitu tas-sejbien. Konsegwentament, il-kriterji relevanti tal-kriterja eżistenti tal-purità stabbilita fid-Direttiva 96/77/KE teħtieġ li tkun adattata.

(4) Huwa meħtieġ li jkun adattat għall-progres tekniku l-kriterja eżistenti tal-purità għal E 251 nitrat tas-sodju u E 459 beta-cyclodextrin.

(5) Huwa meħtieġ li jittieħed akkont tal-ispeċifikazzjonijiet u t-tekniċi analitiċi għall-addittivi kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius kif abbozzata mill-Kumitat Konġunt ta’ l-Esperti FAO/WHO dwar l-Addittivi ta’ l-Ikel (JECFA).

(6) Id-Direttiva 96/77/KE għandha għalhekk tkun emendatat kif xieraq,

(7) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 96/77/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamentui u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Novembru 2004. Għandhom minnufih jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew li jkunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

Artikolu 3

Il-prodotti mqiegħda fis-suq jew ittikkettjati qabel l-1 ta’ Novembru 2004 li ma jkunux konformi ma din id-Direttiva jistgħu jkunu marketed sa kemm il-ħażniet ikunu eżawriti.

Artikolu 4

Dan id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Ottubru 2003.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27.

[2] ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, p. 1.

[3] ĠU L 61, tat-18.3.1995, p. 1.

[4] ĠU L 55, ta’ l-24.2.2001, p. 59.

[5] ĠU L 339, tat-30.12.1996, p. 1.

[6] ĠU L 292, tat-28.10.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness tad-Direttiva 96/77/KE huwa emendat kif ġej:

1. It-test li jikkonċerna l-E 251 nitrat tas-sodju huwa mibdul b’dan li ġej:

"E 251 NITRAT TAS-SODJU

1. NITRAT TAS-SODJU - LIKWIDU

Sinonimi | Saltpetre taċ-Ċilí (fertilizzant) |

Nitrat kubiku jew tas-sodju |

Definizzjoni

Isem kemikali | Nitrat tas-sodju |

EINECS | 231-554-3 |

Formula kemikali | NaNO3 |

Piż molekulari | 85,00 |

Assaġġ | Kontenut ta’ mhux anqas minn 99 % wara t-tnixxif |

Deskrizzjoni | Kristallina bajda, trab kemm xejn igroskopiku |

Identifikazzjoni

A.Testijiet pożittivi għan-nitrat u għas-sodju | |

B.pH ta’ 5 % taħlita | Mhux inqas minn 5,5 u mhux iktar minn 8,3 |

Purità

Telf fit-tnixxif | Mhux aktar minn 2 % wara t-tnixxif fi 105 °C għal erba’ siegħat |

Nitriti | Mhux aktar minn 30 mg/kg espressi bħala NaNO2 |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg |

Ċomb | Mhux aktar minn 5 mg/kg |

Merkurju | Mhux aktar minn 1 mg/kg |

E 251 NITRAT TAS-SODJU

2. NITRAT LIKWIDU TAS-SODJU

Definizzjoni | In-nitrat tas-sodju fi stat likwidu hija taħlita akwea tas-sodju bħala riżultat dirett tar-reazzjoni kimika bejn il-idrossidu u l-aċidu nitriku f’ammonti stoeċjometriċi, sussegwentament tal-kristallizzazzjoni. Għamliet standradizzati ippreparati min-nitrat tal-sodju f’għamla likwida li jilħqu dawn l-ispeċifikazzjonijiet jista jkollhom aċidu nitriku b’ammonti eċċessixi, jekk kjarament mistqarr, jew |

Isem kemikali | Nitrat tas-sodju |

EINECS | 231-554-3 |

Formula kemikali | NaNO3 |

Piż molekulari | 85,00 |

Assaġġ | Kontenut bejn 33,5 % u 40,0 % ta’ NaNO3 |

Deskrizzjoni | Likwidu ċar mingħajr kulur |

Identifikazzjoni

A.Testijiet pożittivi għan-nitrat u għas-sodju | |

B.pH | Mhux inqas minn 1,5 u mhux iktar minn 3,5 |

Purità

Aċidu nitriku ħieles | Mhux aktar minn 0,01 % |

Nitriti | Mhux aktar minn 10 mg/kg espressi bħala NaNO2 |

Arseniku | Mhux aktar minn 1 mg/kg |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg |

Merkurju | Mhux aktar minn 0,3 mg/kg |

Din l-ispeċifika tirreferi għal 35 % ta’ taħlita akwea." | |

2. It-test li jikkonċerna E 431 Polyoxyethylene (40) stearate, E 432 Polyoxyethylene sorbitan monolaurate (Polysorbate 20), E 433 Polyoxyethylene sorbitan monooleate (Polysorbate 80), E 434 Polyoxyethylene sorbitan monopalmitate (Polysorbate 40), E 435 Polyoxyethylene sorbitan monostearate (Polysorbate 60) u E 436 Polyoxyethylene sorbitan tristearate (Polysorbate 65) huwa mibdul b’dan l-ġej:

"E 431 POLYOXYETHYLENE (40) STEARJAT

Sinonimi | Polyoxyl (40) stearjat |

polyoxyethylene (40) monostearjat |

Definizzjoni | Taħlita ta’ mono-u diesteri ta’ aċidi steariku kummerċjali tajjeb għall-ikel u mħallat ma polyoxyethylene diols (li jkollu medja ta’ tul tal-polimeru ta’ madwar 40 unità ossietilina) flimkien ma polyol ħieles |

Assaġġ | Kontenut ta’ mhux anqas minn 97,5 % fuq il-bażi anidrita |

Deskrizzjoni | Qxur b’lewn il-krema jew solidu f’għamla ta’ xama’ fi 25 °C b’rieħa ħafifa |

Identifikazzjoni

A.Solubbilità | Jinħall fl-ilma, fl-etenol, fil-metanol u fl-aċetat etiliku. Ma jinħalls f’żejt minerali |

B.Medda tal-konġelar | 39 °C — 44 °C |

Ċ.Spekktru ta’ l-assorbazzjoni infra-aħmar | Karatteristiku ta’ aċidu esteru parzjalment xaħmi tal-polyoxyethylated polyol |

Purità

Ilma | Mhux aktar minn 3 % (Metodu Karl Fisher) |

Valur aċiduż | Mhux aktar minn 1 |

Valur tas-sapunifikazzjoni | Mhux inqas minn 25 u mhux iktar minn 35 |

Valur idrossiliku | Mhux inqas minn 27 u mhux iktar minn 40 |

1,4-dioxane | Mhux aktar minn 5 mg/kg |

Ossidu etilenju | Mhux aktar minn 0,2 mg/kg |

Glijkol eteliniku (monu-u di-) | Mhux aktar minn 0,25 % |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg |

Ċomb | Mhux aktar minn 5 mg/kg |

Merkurju | Mhux aktar minn 1 mg/kg |

Kadmju | Mhux aktar minn 1 mg/kg |

E 432 POLYOXYETHYLENE SORBITAN MONOLAWRAT (POLISORBAT 20)

Sinonimi | Polisorbat 20 |

Polyoxyethylene (20) sorbitan monolawrat |

Definizzjoni | Taħlita ta’ l-esteri parzjali tas-sorbitol u il-mono-u d-djanidridi tiegħu b’aċidu lawriku kummerċjali tajjeb għall-ikel u ikkondensat bi madwar 20 moli ta’ l-ossidu etiliniku kull mola ta’ sorbitol u l-anidridi tiegħu |

Assaġġ | Kontenut ta’ mhux anqas minn 70 % tal-gruppi ossi-etilini, ekwivalenti għal mhux anqas minn 97,3 % ta’ polyoxyethylene (20) sorbitan monolawrat fuq il-bażi anidrida |

Deskrizzjoni | Likwidu b’lewn tal-lumi jew ambru fi 25 °C b’rieħa ħafifa karatteristika |

Identifikazzjoni

A.Solubbilità | Jinħall fl-ilma, fl-etenol, fil-metanol u fl-aċetat etiliku u fid-diossan. Ma jinħallx f’żejt minerali jew fl-eteru tal-petroleum |

B.Spekktru ta’ l-assorbazzjoni infra-aħmar | Karatteristiku ta’ aċidu esteru parzjalment xaħmi tal-polyoxyethylated polyol |

Purità

Ilma | Mhux aktar minn 3 % (Metodu Karl Fisher) |

Valur aċiduż | Mhux aktar minn 2 |

Valur tas-sapunifikazzjoni | Mhux inqas minn 40 u mhux iktar minn 50 |

Valur idrossiliku | Mhux inqas minn 96 u mhux iktar minn 108 |

1,4-dioxane | Mhux aktar minn 5 mg/kg |

Ossidu etilenju | Mhux aktar minn 0,2 mg/kg |

Glijkol eteliniku (monu-u di-) | Mhux aktar minn 0,25 % |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg |

Ċomb | Mhux aktar minn 5 mg/kg |

Merkurju | Mhux aktar minn 1 mg/kg |

Kadmju | Mhux aktar minn 1 mg/kg |

E 433 POLYOXYETHYLENE SORBITAN MONULEAT (POLISORBAT 80)

Sinonimi | Polisorbat 80 |

Polyoxyethylene (20) sorbitan monuleat |

Definizzjoni | Taħlita ta’ l-esteri parzjali tas-sorbitol u il-mono-u d-djanidridi tiegħu b’aċidu olejku kummerċjali tajjeb għall-ikel u ikkondensat bi madwar 20 moli ta’ l-ossidu etiliniku kull mola ta’ sorbitol u l-anidridi tiegħu |

Assaġġ | Kontenut ta’ mhux anqas minn 65 % tal-gruppi ossi-etilini, ekwivalenti għal mhux anqas minn 96,5 % ta’ polyoxyethylene (20) sorbitan monuleat fuq il-bażi anidrida |

Deskrizzjoni | Likwidu b’lewn tal-lumi jew ambru fi 25 °C b’rieħa ħafifa karatteristika |

Identifikazzjoni

A.Solubbilità | Jinħall fl-ilma, fl-etenol, fil-metanol u fl-aċetat etiliku u fit-tolwenju. Ma jinħallx f’żejt minerali jew fl-eteru tal-petroleum |

B.Spekktru ta’ l-assorbazzjoni infra-aħmar | Karatteristiku ta’ aċidu esteru parzjalment xaħmi tal-polyoxyethylated polyol |

Purità

Ilma | Mhux aktar minn 3 % (Metodu Karl Fisher) |

Valur aċiduż | Mhux aktar minn 2 |

Valur tas-sapunifikazzjoni | Mhux inqas minn 45 u mhux iktar minn 55 |

Valur idrossiliku | Mhux inqas minn 65 u mhux iktar minn 80 |

1,4-dioxane | Mhux aktar minn 5 mg/kg |

Ossidu etilenju | Mhux aktar minn 0,2 mg/kg |

Glijkol eteliniku (monu-u di-) | Mhux aktar minn 0,25 % |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg |

Ċomb | Mhux aktar minn 5 mg/kg |

Merkurju | Mhux aktar minn 1 mg/kg |

Kadmju | Mhux aktar minn 1 mg/kg |

E 434 POLYOXYETHYLENE SORBITAN MONOPALMITAT (POLISORBAT 40)

Sinonimi | Polisorbat 40 |

Polyoxyethylene (20) sorbitan monopalmitat |

Definizzjoni | Taħlita ta’ l-esteri parzjali tas-sorbitol u il-mono-u d-djanidridi tiegħu b’aċidu palmitiku kummerċjali tajjeb għall-ikel u ikkondensat bi madwar 20 moli ta’ l-ossidu etiliniku kull mola ta’ sorbitol u l-anidridi tiegħu |

Assaġġ | Kontenut ta’ mhux anqas minn 66 % tal-gruppi ossi-etilini, ekwivalenti għal mhux anqas minn 97 % ta’ polyoxyethylene (20) sorbitan monopalmitat fuq il-bażi anidrida |

Deskrizzjoni | Likwidu żejtni lejn il-lummija sa l-oranġjo jew parzjalment ġelatina fi 25 °C b’rieħa ħafifa karatteristika |

Identifikazzjoni

A.Solubbilità | Jinħall fl-ilma, fl-etenol, fil-metanol u fl-aċetat etiliku u fl-aċetun. Ma jinħalls f’żejt minerali |

B.Spekktru ta’ l-assorbazzjoni infra-aħmar | Karatteristiku ta’ aċidu esteru parzjalment xaħmi tal-polyoxyethylated polyol |

Purità

Ilma | Mhux aktar minn 3 % (Metodu Karl Fisher) |

Valur aċiduż | Mhux aktar minn 2 |

Valur tas-sapunifikazzjoni | Mhux inqas minn 41 u mhux iktar minn 52 |

Valur idrossiliku | Mhux inqas minn 90 u mhux iktar minn 107 |

1,4-dioxane | Mhux aktar minn 5 mg/kg |

Ossidu etilenju | Mhux aktar minn 0,2 mg/kg |

Glijkol eteliniku (monu-u di-) | Mhux aktar minn 0,25 % |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg |

Ċomb | Mhux aktar minn 5 mg/kg |

Merkurju | Mhux aktar minn 1 mg/kg |

Kadmju | Mhux aktar minn 1 mg/kg |

E 435 POLYOXYETHYLENE SORBITAN MONOSTEREAT (POLISORBAT 60)

Sinonimi | Polisorbat 60 |

Polyoxyethylene (20) sorbitan monostereat |

Definizzjoni | Taħlita ta’ l-esteri parzjali tas-sorbitol u il-mono-u d-djanidridi tiegħu b’aċidu steariku kummerċjali tajjeb għall-ikel u ikkondensat bi madwar 20 moli ta’ l-ossidu etiliniku kull mola ta’ sorbitol u l-anidridi tiegħu |

Assaġġ | Kontenut ta’ mhux anqas minn 66 % tal-gruppi ossi-etilini, ekwivalenti għal mhux anqas minn 97 % ta’ polyoxyethylene (20) sorbitan mono-stearat fuq il-bażi anidrida |

Deskrizzjoni | Likwidu żejtni b’lewn tal-lumi jew tal-larinġ jew parzjalment ġetinizzat fi 25 °C b’rieħa ħafifa karatteristika |

Identifikazzjoni

A.Solubbilità | Jinħall fl-ilma, fl-aċetat etiliku u fit-tolwenju. Ma jinħallx f’żejt minerali jew fi żjut veġitali |

B.Spekktru ta’ l-assorbazzjoni infra-aħmar | Karatteristiku ta’ aċidu esteru parzjalment xaħmi tal-polyoxyethylated polyol |

Purità

Ilma | Mhux aktar minn 3 % (Metodu Karl Fisher) |

Valur aċiduż | Mhux aktar minn 2 |

Valur tas-sapunifikazzjoni | Mhux inqas minn 45 u mhux iktar minn 55 |

Valur idrossiliku | Mhux inqas minn 81 u mhux iktar minn 96 |

1,4-dioxane | Mhux aktar minn 5 mg/kg |

Ossidu etilenju | Mhux aktar minn 0,2 mg/kg |

Glijkol eteliniku (monu-u di-) | Mhux aktar minn 0,25 % |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg |

Ċomb | Mhux aktar minn 5 mg/kg |

Merkurju | Mhux aktar minn 1 mg/kg |

Kadmju | Mhux aktar minn 1 mg/kg |

E 436 POLYOXYETHYLENE SORBITAN TRISTEARAT (POLISORBAT 65)

Sinonimi | Polisorbat 65 |

Polyoxyethylene (20) sorbitan tristearat |

Definizzjoni | Taħlita ta’ l-esteri parzjali tas-sorbitol u il-mono-u d-djanidridi tiegħu b’aċidu steariku kummerċjali tajjeb għall-ikel u ikkondensat bi madwar 20 moli ta’ l-ossidu etiliniku kull mola ta’ sorbitol u l-anidridi tiegħu |

Assaġġ | Kontenut ta’ mhux anqas minn 46 % tal-gruppi ossi-etilini, ekwivalenti għal mhux anqas minn 96 % ta’ polyoxyethylene (20) sorbitan tristearat fuq il-bażi anidrida |

Deskrizzjoni | Solidu f’għamla ta’ xama’ b’lewn ta’ kannella ċar fi 25 °C b’rieħa ħafifa karratteristika |

Identifikazzjoni

A.Solubbilità | Jinxtered fl-ilma. Jinħall f’żejt minerali, żjut veġitali, eteru tal-perroleum, eċetun, eteru, diossan, etanol u metanol |

B.Medda tal-konġelar | 29 — 33 °C |

Ċ.Spekktru ta’ l-assorbazzjoni infra-aħmar | Karatteristiku ta’ aċidu esteru parzjalment xaħmi tal-polyoxyethylated polyol |

Purità

Ilma | Mhux aktar minn 3 % (Metodu Karl Fisher) |

Valur aċiduż | Mhux aktar minn 2 |

Valur tas-sapunifikazzjoni | Mhux inqas minn 88 u mhux iktar minn 98 |

Valur idrossiliku | Mhux inqas minn 40 u mhux iktar minn 60 |

1,4-dioxane | Mhux aktar minn 5 mg/kg |

Ossidu etilenju | Mhux aktar minn 0,2 mg/kg |

Glijkol eteliniku (monu-u di-) | Mhux aktar minn 0,25 % |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg |

Ċomb | Mhux aktar minn 5 mg/kg |

Merkurju | Mhux aktar minn 1 mg/kg |

Kadmju | Mhux aktar minn 1 mg/kg" |

3. It-test li jikkonċerna l-E 459

beta-ċiklodextrin

huwa mibdul b’dan li ġej:

"E 459 BETA- ĊIKLODEXTRIN

Definizzjoni | Beta-ċiklodextrin huwa sakkarid ċikliku li ma jonqosx li jikkonsisti minn seba unitajiet α-1,4-marbuta D-glukopiranosil. Il-prodott huwa manifatturat bl-azzjoni ta’ l-enżima ċiklo-glikosiltramsferażi (CGTase) akkwistat mill-Bacillus circulans,Paenibacillus macerans jew Bacillus licheniformis strain SJ1608 miġbur mill-ġdid fuq lamtu parzjalment idrolizzat. |

Isem kemikali | Cycloheptaamylose (Ċikloħepta-amilożi) |

EINECS | 231-493-2 |

Formula kemikali | (C6H10O5)7 |

Piż molekulari | 1135 |

Assaġġ | Kontenut ta’ mhux anqas minn 98,0 % ta’ (C6H10O5)7 fuq il-bażi anidrita |

Deskrizzjoni | Kristallin solidu abjad jew kważi abjad li huwa virtwalment mingħajt rieħa |

Identifikazzjoni

A.Solubbilità | Kemm xejn jinħall fl-ilma; jinħall faċilment fl-ilma sħun; kemm xejn jinħall fl-etanol |

B.Rotazzjoni speċifika | (α) 25D: +160 o sa + 164o (1 % taħlita) |

Purità

Ilma | Mhux aktar minn 14 % (Metodu Karl Fisher) |

Ċiklodestrini oħrajn | Mhux aktar minn 2 % fuq bażi anidrida |

Solventi residwi (tolwen u trikloro-etilin) | Mhux aktar minn 1 mg/kg għal kull solvent |

Irmied sulfonizzat | Mhux aktar minn 0,1 % |

Arseniku | Mhux aktar minn 1 mg/kg |

Ċomb | Mhux aktar minn 1 mg/kg" |

4. It-test li jikkonċerna il-

Polyethylene glycol

6000 huwa mibdul b’dan li ġej:

"POLYETHYLENE GLYCOL 6000

Sinonimi | PEG 6000 |

Makrogol 6000 |

Definizzjoni | Polyethylene glycol 6000 huwa taħlita ta’ polimeri bil-formula ġenerali H — (OCH2 — CH) — OH li jikkorrespondi għall-massa molekulari medja relattiva ta’ madwar 6000 |

Formula kemikali | (C2H4O)n H2O (n = in-numru ta’ unitajiet ta’ l-ossidu etiliniku li jikkorrespondu għal piż molekulari 6000, madwar 140) |

Piż molekulari | 5600 — 7000 |

Assaġġ | Mhux inqas minn 90,0 % imma mhux iktar minn 110,0 % |

Deskrizzjoni | Solidu abjar jew kważi abjad b’dehra tax-xama’ jew tal-paraffin |

Identifikazzjoni

A.Solubbilità | Jinħall ħafna fl-ilma u fil-klorid tal-metilin Prattikament ma jinħallx fl-alkoħol, fl-etere u fiż-żjut xaħmija u minerali |

B.Medda ta’ kif jinħall | Bejn 55 °C u 61 °C |

Purità

Viskosità | Bejn 0,220 u 0,275 kgm-1s-1 fi 20 °C |

Valur idrossiliku | Bejn 16 u 22 |

Irmied sulfonizzat | Mhux aktar minn 0,2 % |

Ossidu etilenju | Mhux aktar minn 0,2 mg/kg |

Arseniku | Mhux aktar minn 3 mg/kg |

Ċomb | Mhux aktar minn 5 mg/kg" |

--------------------------------------------------

Top