EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003E0092

Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2003/92/PESK tas-27 ta' Jannar 2003 ta' l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

ĠU L 34, 11.2.2003, p. 26–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2003/92/oj

32003E0092



Official Journal L 034 , 11/02/2003 P. 0026 - 0029


Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2003/92/PESK

tas-27 ta' Jannar 2003

ta' l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 14, l-Artikolu 25, it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 26 u l-Artikolu 28(3) miġjubin fih,

Billi:

(1) Il-Kunsill Ewropew ħabbar ir-rieda ta' l-Unjoni Ewropea li twettaq operazzjoni militari sabiex tkompli fuq l-operazzjoni tan-NATO f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, sabiex issir kontribuzzjoni ulterjuri għal ambjent stabbli, ħieles mill-perikli, sabiex il-Gvern FYROM ikun jistà jimplementa il-Ftehim Kwadru Ohrid.

(2) B'mod konformi mal-Ftehim Kwadru Ohrid, il-kontribuzzjoni ta' l-Unjoni hija bbażata fuq metodu wiesgħa permezz ta' attivitajiet li jindirizzaw il-varjetà kollha ta' aspetti relatati tas-socjetà bbażata fuq id-dritt, inklużi l-programmi ta' bini ta' istituzzjonijietu l-attivitajiet tal-pulizija li għandhom ikunu ta' sostenn u rinforz reċiproku. L-attivitajiet ta' l-Unjoni, appoġġjati, fost affarijiet oħra, mill-programmi ta' bini ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità taħt ir-Regolament CARDS Regulation, għandhom jikkontribwixxu għall-implementazzjoni tal-paci generali f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kif ukoll għall-kisbiet tal-politika generali ta' l-Unjoni fir-regjun, partikolarment il-process il-process ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni.

(3) L-Unjoni ħatret Rappreżentant Specjali ta' l-UE sabiex jikkontribwixxi għall-konsolidazzjoni tal-process politiku u l-implementazzjoni totali tal-Ftehim Kwadru Ohrid, sabiex tiġi żgurata il-koerenza ta' l-azzjoni esterna ta' l-UE u sabiex tiġi żgurata il-kordinazzjoni ta' l-isforzi tal-komunità internazzjonali sabiex tgħin fl-implementazzjoni u s-sostenibbiltà tad-disposizzjonijiet ta' dak il-Ftehim Kwadru.

(4) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-GM 1371 (2001) addottat fis-26 ta' September 2001 jilqà il-Ftehim Kwadru jsostni l-implimentazzjoni totali tiegħu permezz ta' l-isforzi ta',fost l-oħrajn, l-UE.

(5) Fis-17 ta' Jannar 2003, l-awtoritajiet ta' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslva tal-Maċedonja stiednet lill-Unjoni sabiex tassumi responsabbiltà għal dak li jigi wara l-operazzjoni tan-NATO "Allied Harmony"; għal dan il-għan, sa jkun hemm skambju ta' ittri bejn l-awtoritajiet ta' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Unjoni. L-UE qiegħda tintensifika process ta' konsultazzjonijiet man-NATO, kif imbassar fl-arrngamenti ta' Nice.

(6) Sabiex ikun pjanat u preparat l-użu ta' forza militari tal-UE f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, hemm il-ħsieb li jinħatar Kmandant ta' l-operazzjonijiet.

(7) L-Unjoni Ewropea hija kommessa li tilħaq ftehim komprensiv man-NATO fuq l-arrangementi permanenti relevanti kollha relevanti li baqa' bejn l-UE u n-NATO, b'mod konformi mal-principji miftehma fil-Kunsill Ewropew, u b'mod partikolari fil-laqgħa ta' Nice mis-7 sad-9 ta' December 2000, u f'Kopenħagen fit-12 u t-13 ta' December 2002.

(8) Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà għandu jeżercita kontroll politiku fuq u jipprovdi direzzjoni strateġika għall-operazzjoni mmexxija mill-UE u jieħu d-deċiżjonijiet relevanti skond l-Artikolu 25, it-tielet paragrafu tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea.

(9) B'mod konformi mal-linji gwida tal-Kunsill Ewropew ta' Nice mis-7 sad-9 ta' December 2000, din l-Azzjoni Konġunta għandha tiddetermina ir-rwol tas-Segretarju Generali/Rappreżentant Għoli skond l-Artikoli 18 u 26 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea fl- implementazzjoni ta' miżuri li jaqgħu taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strategika eżerċitata mill-Kumitat Politiku u tas-Sigurtà (PSC), skond l-Artikolu 25 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea.

(10) L-istati terzi għandhom jipparteċipaw fl-operazzjoni skond il-linji gwida stabbiliti mill-Kunsill Ewropew.

(11) B'mod konformi ma' l-Artikolu 28(3) tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, in-nefqa fuq l-operazzjonijiet relatati ma' din l-Operazzjoni Kongunta li għandha implikazzjonijiet militari għandhom jitħallsu mill-Istati Membri konsistentement mal-Kwadru Generali stabbilit fid-Deciżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2002.

(12) L-Artikolu 14(1) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea isejjaħ għall-identifikazzjoni tal-mezzi fid-disposizzjoni ta' l-Unjoni għall-perjodu kollhu ta' l-implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta; f'dan il-kuntest, għandu jii indikat ammont ta' referenza finanzjarja.

(13) L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż ta' l-operazzjoni, li l-parametri tagħhom ikunu gew definiti fil-kuncett generali approvat mill-Kunsill fit-23 ta' Jannar 2003 jikkositwixxi l-aħjar stima attwali u hija mingħajr preġudizzju għal figuri finali li għandhom ikunu inklużi f'budget li għandu jkun approvat skond il-principji stabbiliti fid-deċiżjoni kwadru generali msemmija fil-premessa 11.

(14) B'mod konformi ma' l-Artikolu 6 tal-Protokoll fuq il-posizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-imlementazzjoni tad-deciżjonijiet u l-azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonjiet ta' difiża, id-Danimarka ma tippartecipax fil-finanzjament ta' l-operazzjoni,

ADDOTTA DIN L-AZZJONI MAGĦQUDA:

Artikolu 1

Missjoni

1. Fuq il-bażi ta' l-arrangamenti man-NATO u bla ħsara għal xi deciżjoni ulterjuri tal-Kunsill, kif specifikat fl-Artikolu 3, l-Unjoni Ewropea għandha twettaq operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq talba tal-gvern FYROM, sabiex tigi żgurat il-fażi ta' wara l-operazzjoni tan-NATO "Allied Harmony".

2. Il-forzi użati għal dan il-għan għandhom joperaw skond l-għanijiet stabbiliti fil-kuncett generali approvat mill-Kunsill.

3. L-operazzjoni għandha titwettaw bl-użu ta' assi u kapacitajiet tan-NATO, fuq il-bazi maqbula man-NATO.

Artikolu 2

Ħatra tal-Kmandant ta' l-Operazzjoni

1. Il-Kunsill sa jaħtar Kmandant ta' l-Operazzjonijiet ta' l-UE.

2. In-NATO sa tkun mistiedna taqbel li l-Ammirall R. FEIST, Deputat Kmandant Suprem ta' l-Alleati għall-Ewropa (D-SACEUR), ikun maħtur Kmandant ta' l-Operazzjonijiet ta' l-UE.

3. In-NATO sa tkun mistiedna taqbel li l-Kwarieri Ġenerali ta' l-Operazzjonijiet ta' l-UE ikunu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Poteri Alleati fl-Ewropa (SHAPE).

Artikolu 3

Pjanar u tnehdija ta' l-Operazzjoni

Meta l-Kunsill ikun ħa d-deciżjonijiet necessarji previsti fil-proceduri ta' l-UE dwar il-gestjoni tal-kriżijiet, inclużi d-Deciżjonijiet fuq il-Kmandant ta' l-Operazzjoni (Op Cdr), il-pjan ta' operazzjoni (OPLAN), ir-regoli tal-gwerra (RoE), il-Kwartieri Ġenerali (OHQ) u l-Kmandant tal-Forza ta' UE (F Cdr), il-Kunsill għandu jiddeciedi dwar it-tnehdija tal-operazzjoni.

Artikolu 4

Kontroll Politiku u direzzjoni strategika

1. Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà għandu jeżerċita taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill il-kontroll politiku u d-direzzjoni strategika ta' l-operazzjoni. Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà għandu jeżercita taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill il-kontroll politiku u d-direzzjoni strategika ta' l-operazzjoni. Il-Kunsill qiegħed permezz ta' din l-Azzjoni Konġunta jawtorizza il-Kumitat Politiku u ta' sigurtà sabiex jieħu d-deċiżjonijiet relevanti skond l-Artikolu 25 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea Din l-awtorizzazjoni għandha tinkludi il-poteri neċessarji sabiex jiġi emendat il-pjan ta' operazzjoni, il-katina tal-kmand u r-regoli tal-gwerra Il-poteri ta' deċiżjoni rigward l-għanijiet u t-terminazzjoni ta' l-operazzjoni għandhom jibqgħu f'idejn il-Kunsill, assisitit mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli. Permezz ta' din l-Operazzjoni Konġunta l-Kunsill jawtorizza il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà sabiex jieħu d-deciżjonijiet relevanti b'mod konformi ma' l-Artikolu 25 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea. Din l-awtorizzazjoni għandha tinkludi l-poter li jigi emendat il-pjan ta' operazzjoni, il-katina tal-kmand u r-regoli tal-gwerra. Il-poteri deciżjonali rigwardl-għanijiet u t-terminazzjoni ta' l-operazzjoni għandhom jibqgħu f'idejn il-Kunsill, assistit mis-Segretarju Generali/Rappreżentant Għoli.

2. Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà għandu jirraporta lill-Kunsill f'intervalli regolari.

3. Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà għandu jircievi rapporti mill-President tal-Kumitat Militari ta' l-Unjoni Ewropea (CEUMC) rigward it-twettiq ta' l-operazzjoni militari f'intervalli regolari. Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà jistà jistieden lill-Kmandant ta' l-Operazzjonijiet għall-laqgħat tiegħu kif xieraq.

Artikolu 5

Direzzjoni Militari

1. Il-Kumitat Militari ta' l-UE (EUMC) għandu jara li l-operazzjoni militari tkun eżegwita kif suppost mwettqa taħt ir-responsabbiltà tal-Kmandant ta' l-Operazzjoni.

2. L-EUMC għandu jircievi rapporti mill-Kmandant ta' L-Operazzjoni f'intervalli regolari. Dan jistà jistieden lill-Kmandant ta' L-Operazzjoni għall-laqgħat tiegħu skond il-bżonn.

3. Ic-CEUMC għandu l-funzjoni ta' l-ewwel punt ta' kuntatt mal-Kmandant ta' l-Operazzjoni.

Artikolu 6

Relazzjonijiet mal-FYROM

Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli u r-Rappreżentant Speċjali ta' l-Ue fil-FYROM fi ħdan il-mandati rispettivi tagħom għandhom ikollhom il-funzjoni ta' l-ewwel punti ta' kuntatt ma' l-awtoritajiet tal-FYROM għall-kwistjonijiet relatati ma' l-implementazzjoni ta' din l-Azzjoni Magħquda. Il-Presidenza għandha tinżamm informata regolarment u immedjatament fuq dawn il-kuntatti. Il-Kmandant tal-Forza għandu jżomm kuntatt ma' l-awtoritajiet lokali dwar il-kwistjonijiet relevanti għall-din il-missjoni.

Artikolu 7

Kordinazzjoni u kollegament

Mingħajr preġudizzju għall-katina tal-kmand, il-Kmandanti ta' l-UE għandhom jikkordinaw mill-qrib mar-rappreżentant speċjali ta' l-UE fil-FYROM bil-ħsieb li tigi żgurata l-konsistenza ta' l-operazzjoni militari mal-kuntest aktar wiesgħa ta' l-attivitajiet ta' l-EU fil-FYROM. F'dak il-kwadru, il-Kmandanti ta' l-UE għandhom jikkomunikaw u jikkordinaw ma' kollegi internazzjonali oħra fil-qasam skond il-każ.

Artikolu 8

Parteċipazzjoni ta' Stati Terzi

1. Mingħajr preġudizzju għal awtonomija fit-teħid ta' deċiżjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea u għall-Kwadru Istituzzjonali Uniku, u b'mod konformi mal-linji gwida tal-Kunsill Ewropew, b'mod partikolari dawk mogħtija fil-laqgħa tiegħu f'Nice fis-7 sad-9 ta' Dicembru 2000:

- il-membri tan-NATO li mhumiex membri fl-UE għandhom jipparteċipaw fl-operazzjoni jekk ikunu jixtiequ,

- il-pajjiżi li jkunu gew mistiedna mill-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen sabiex isiru Stati Membri huma mistiedna sabiex jippartecipaw fl-operazzjoni, b'mod konformi mal-modalitajiet maqbula,

- l-imsieħba potenzjali jistgħu ukoll ikunu mistiedna jippartuċipaw fl-operazzjoni.

2. Permezz ta' din l-Azzjoni Konġunta l-Kunsill jawtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà sabiex fuq rakkomandazzjoni tal-Kmandant ta' l-Operazzjoni u tal-EUMC, jieħu d-deċiżjonijiet wara l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet proposti.

3. Għandhom isru arranġamenti dettaljati rigward il-partecipazzjoni ta' Stati Terzi permezz ta' ftehim, konformement ma' l-Artikolu 24 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea. Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli li jassisti l-presidenza jista' jinnegozja dawn l-arrangamenti f'isimha.

4. Dawk l-Istati Terzi li jagħtu kontribuzzjonijiet militari għall-operazzjoni mmexxija mill-UE għandhom ikollhom l-istess drittijiet u obbligi f'dak li għandu j'aqsam ma' l-amministrazzjoni ta' kuljum ta' l-operazzjoni bħall-Istati Membri ta' l-UE li jieħdu sehem fl-operazzjoni.

5. Il-Kunsill qiegħed hawnhekk jawtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà sabiex jieħu d-deċiżjonijiet neċessarji, fuq l-istabbiliment ta' kumitat ta' kontributuri, fil-każ li stati terzi jipprovdu kontrbuzzjonijiet militari sinifikanti.

Artikolu 9

Arranġamenti finanzjarji

1. Il-Kunsill għandu jistabbilixxi mekkaniżmu finanzjarju sabiex ikopri l-ispejjeż komuni ta' l-operazzjoni li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 1.

2. Għall-finijiet ta' din l-operazzjoni:

- Il-kwartieri u l-akkomodazzjoni għall-forzi kollha għandhom ikunu eligibbli għall-ħlas bħala spejjeż komuni,

- spejjeż,

- In-nefqa relatata mat-trasport tal-forzi kollha m'għandhomx ikunu eligibbli għall-ħlas bħala spejjeż komuni.

3. L-amount ta' refernza finanzjarja għandu jkun ta' 4700000 EUR.

Artikolu 10

Relazzjonijiet man-NATO

1. Il-kuntatti u laqgħat bejn l-UE u n-NATO għandhom jiġu intensifikati matul il-preparazzjoni u l-kondotta ta' l-operazzjoni, fl-interess tat-transparenza, il-konsultazzjoni u l-koperazzjonibejn iż-żewg organizzazzjonijiet. Dan għandu jinkludi laqgħat fil-livell tal-PSC/NAC u l-Kumitat Militari and kuntatti regolari bejn l-UE u l-Kmandanti tan-NATO fir-regjun. Matul l-operazzjoni in-NATO għandha tinżamm informata fuq l-użu ta' assi u kapacitajiet tan-NATO. Il-PSC għandu jinforma lin-NAC qabel jipproponi it-terminazzjoni ta' l-operazzjoni lill-Kunsill.

2. Il-katina ta' kmand kollha kemm hi sa tibqa' taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strategika tal-UE matul l-operazzjoni kollha, wara konsultazzjoni bejn iż-żewg operazzjonijiet. F'dak il-kwadru il-Kmadant ta' l-Operazzjoni sa jirraporta fuq it-twettieq ta' l-operazzjoni lil korpi ta' l-UE biss. In-NATO sa tkun informata bl-iżviluppi fis-sitwazzjoni bil-korpi addattati, b'mod partikolari l- PSC u l-President tal-Kumitat Militari.

Artikolu 11

Komunikazzjoni ta' nformazzjoni klassifikata lin-NATO u l-Istati terzi

Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli huwa awtorizzat li jikkomunika lin-NATO u terzi persuni assoċjati ma' din l-Azzjoni Magħquda informazzjoni klassifikata u dokumenti generati għall-finijiet ta' l-operazzjoni b'mod konformi mar-Regolamenti tas-Sigurtà tal-Kunsill.

Artikolu 12

L-Istatus tal-forzi mmexxija mill-UE

L-istatus tal-forzi mmexxija mil-UE f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Macedonja għandu jkun is-suġġett ta' ftehim mal-Gvern ta' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li għandu jkun konkluż fuq il-bażi ta' l-Artikolu 24 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Kongunta għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2003.

Artikolu 14

Il-Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tkun pubblikata fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, is-27 ta' Jannar 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Papandreou

--------------------------------------------------

Top