Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0903

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Diċembru 2003 li tadotta l-pjan għall-allokazzjoni lejn ir-riżorsi tal-Istati Membri li għandhom jitħallsu mill-bagit tas-sena 2004 għall-provvista ta’ l-ikel mil-ħażniet ta’ l-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar mċaħħda fil-Komunità (notifikata permezz ta’ dokument numru K(2003) 4868)

    ĠU L 340, 24.12.2003, p. 65–68 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/903/oj

    32003D0903



    Official Journal L 340 , 24/12/2003 P. 0065 - 0068


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta’ l-10 ta’ Diċembru 2003

    li tadotta l-pjan għall-allokazzjoni lejn ir-riżorsi tal-Istati Membri li għandhom jitħallsu mill-bagit tas-sena 2004 għall-provvista ta’ l-ikel mil-ħażniet ta’ l-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar mċaħħda fil-Komunità

    (notifikata permezz ta’ dokument numru K(2003) 4868)

    (2003/903/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrai ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 ta’ l-10 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-forniment ta’ l-ikel minn ħażniet ta’ l-intervent lill-organizzazzjonijiet nominati għad-distribuzzjoni lejn il-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità [1], u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabblixxi l-arranġamenti agrimonetraji għall-euro [2], u partikolarment l-Artikolu 3(2) tiegħu,

    Billi:

    (1) Bi qbil ma l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/02 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-provvista ta’ l-ikel minn ħażniet ta’ l-intervent għall-benefiċċju ta’ persuni l-aktar fil-bżonn gewwa l-Komunità [3], il-Kummissjoni għandha tadotta pjan ta’ distribuzzjoni li għandu jkun iffinanzjat mir-riżorsi disponibbli fis-sena tal-budget 2004. Il-pjan għandu jistabbilixxi partikolarment, għal kull Stat Membru li japplika l-miżura, ir-riżorsi finanzjarji massimi disponibbli sabiex iwettaq l-parti tiegħu tal-pjan, u l-kwantità ta’ kull tip ta’ prodott li għandha tkun meħudha mill-ħażniet miżmuma mill-aġenziji ta’ l-intervent.

    (2) L-Istati Membri involuti fil-pjan kienu fornew l-informazzjoni meħtieġa bi qbil ma l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92.

    (3) Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni tar-riżorsi, qies għandu jittieħed ta’ l-esperjenza u l-grad li dwaru l-Istat Membru jutilizza ir-riżorsi allokati lilu fis-snin preċedenti.

    (4) It-trasferimenti intra-Komunitarji meħtieġa sabiex iwasslu l-pjan fil-qofol tiegħu għandhom ukoll ikunu awtorizzati permezz tal-kondizzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92.

    (5) Għall-implementazzjoni tal-pjan, l-aspett operativ fil-qofol tat-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 279/98 għandu jkun id-data li fiha tibda s-sena finanzjarja għall-amministrazzjoni tal-ħażniet fil-ħażna pubblika.

    (6) Sabiex ikun irrispettat l-iskop tal-pjan, id-distribuzzjoni tal-prodotti għandha tkun imqassma matul is-sena.

    (7) Bi qbil ma l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92, il-Kummissjoni fittxet il-parir ta’ l-organizzazzjonijiet ewlenija li huma familjari mall-problemi tal-persuni l-aktar imċaħħda fil-Komunità meta kienet tħejji dan il-pjan.

    (8) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitati kollha relevanti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L- Artikolu 1

    Għas-sena finanzjarja 2004, ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel għad-distribuzzjoni lejn il-persuni l-aktar imċaħħda fil-Komunità permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3730/87 għandhom ikunu fornuti skond il-pjan annwali tad-distribuzzjoni kif muri fl-Anness I.

    L- Artikolu 2

    L-operazzjonijiet għat-trasferiment intra-Komunità elenkati fl-Anness II huma b’hekk awtorizzati.

    L- Artikolu 3

    Sabiex ikun implementat il-pjan annwali, id-data operattiva tal-fatt kif referut fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 għandha tkun l-1 ta’ Ottubru 2003.

    L- Artikolu 4

    Meta l-kwanità tal-prodotti distribwiti teċċedi il-500 tunnellata, l-Istati Membri parteċipanti għandhom iżidu dispożizzjonijiet xierqa fl-istedina għall-offerti sabiex jassiguraw li l-kwantitajiet murija fil-tabella ta’ l-Anness 1(b) ikunu s-suġġett ta’ diversi operazzjonijiet tad-distribuzzjoni matul il-korsa tal-pjan annwali sabiex jittieħed qies tal-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-karità.

    L- Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Diċembru 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 352, tal-15.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2535/95 (ĠU L 260, tal-31.10.1995, p. 3).

    [2] ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p. 1.

    [3] ĠU L 313, tat-30.10.1992, p. 50. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1921/2002 (ĠU L 293, tad-29.10.2002, p. 9).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    Pjan annwali tad-distribuzzjoni għall-2004

    (a) Riżorsi finanzjarji li huma disponibbli għall-implementazzjoni tal-pjan f’kull wieħed mill-Istati Membri

    (EUR) |

    L-Istat Membru | L-allokazzjoni |

    Il-Belġju | 3439000 |

    Id-Danimarka | 168000 |

    Il-Greċja | 10899000 |

    Spanja | 37286000 |

    Franza | 47453000 |

    L-Irlanda | 207000 |

    L-Italja | 56481000 |

    Il-Lussemburgu | 42000 |

    Il-Portugall | 14146000 |

    il-Finlandja | 2879000 |

    Total | 173000000 |

    (b) Il-kwantità ta’ kull tip ta’ prodott li għandu jittieħed mill-ħażniet ta’ l-intervent tal-Komunità għal distribuzzjoni lejn kull Stat Membru li huma suġġetti għall-ammonti massimi stabbiliti fi (a)

    (tunnellati) |

    L-Istat Membru | Prodott |

    Ċereali | Ross (fil-fosdqa) | Butir | Trab tal-ħalib | anga u vitella (ekwivalenti tal-karkasi) |

    Il-Belġju | 7000 | 2000 | 600 | | |

    Id-Danimarka | | | | | 53 |

    Il-Greċja | 26000 | 15630 | | 1500 | |

    Spanja | 70000 | 24520 | 6430 | | |

    Franza | 58000 | 27077 | | 15200 | |

    L-Irlanda | | | 60 | | |

    L-Italja | 90000 | 15000 | 12248 | | |

    Il-Portugall | 15000 | 15000 | 2278 | | |

    il-Finlandja | 15000 | | | 595 | |

    Total | 281000 | 99227 | 21616 | 17295 | 53 |

    (ċ) Allokazzjoni għall-Lusemburgu bil-għan tax-xiri fis-suq tal-Komunità ta’:

    - trab tal-ħalib: EUR 26000,

    - ċanga u vitella: EUR 16000.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    Trasferimenti intra-Komunità awtorizzati permezz tal-pjan għall-2004

    Prodott | Kwantità (tunnellati) | Detentur | Konsenjant |

    Ċereali | 26000 | ONIC, Franza | Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura, il-Greċja |

    Ċereali | 70000 | ONIC, Franza | FEGA, Spanja |

    Ċereali | 15000 | ONIC, Franza | INGA, Portugall |

    Ċereali | 90000 | ONIC, Franza | AGEA, Italja |

    Ross | 2000 | Ente Risi, Italja | BIRB, Belġju |

    Ross | 15000 | FEGA, Spanja | INGA, Portugall |

    Trab tal-ħalib | 15200 | BIRB, Belġju | Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura, Franza |

    --------------------------------------------------

    Top