EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0774

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2003 li tapprova ċerti trattamenti biex timpedixxi l-iżvilupp ta’ mikro-organiżmi patoġeniċi f’molluski bivalvi u gastropodi marini (notifikata bid-dokument numru K(2003) 3984)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 283, 31.10.2003, p. 78–80 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/01/2006; Imħassar b' 32006D0765

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/774/oj

32003D0774



Official Journal L 283 , 31/10/2003 P. 0078 - 0080


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 ta’ Ottubru 2003

li tapprova ċerti trattamenti biex timpedixxi l-iżvilupp ta’ mikro-organiżmi patoġeniċi f’molluski bivalvi u gastropodi marini

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 3984)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2003/774/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru. 806/2003 [2], u b’mod partikolari Kapitolu IV(IV)(2) ta’ l-Anness tiegħu,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/25/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1992 li tapprova ċerti trattamenti biex timpedixxi l-iżvilupp ta’ mikro-organiżmi patoġeniċi f’molluski bivalvi u gastropodi marini [3] ġiet sostanzjalment emendata [4]. Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità l-imsemmija Deċiżjoni għandha tingħata kodiċi.

(2) Molluski bivalvi u gastropodi marini miġbura miż-żoni msemmija fil-Kapitolu I(1)(b) u (ċ) ta’ l-Anness mad-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet sanitarji għall-prodotti u t-tqegħid fis-suq ta’ molluski bivalvi ħajjin [5], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru. 806/2003, jikkonstitwixxu theddida potenzali għal konsumaturi jekk ma jkunux soġġetti għat-trattament xieraq.

(3) Spanja, ir-Renju Unit u l-Olanda ppreżentaw trattamenti biex jimpedixxu l-iżvilupp ta’ patoġeni f’molluski bivalvi u f’gastropodi marini.

(4) Dawn il-proċessi huma adegwati biex jiżguraw is-saħħa tal-prodotti u għalhekk mhux neċessarju li jkunu soġġettati bil-quddiem għal purifikazzjoni jew rikambji.

(5) Dawn il-miżuri pprovvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L- Artikolu 1

It-trattamenti stabbiliti fl-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni għall-impedizzjoni ta’ l-iżvilupp tal-mikro-organiżmi patoġeniċi f’molluski bivalvi u gastropodi marini li ġew miġbura miż-żoni msemmija fil-Kapitolu I(1)(b) u (ċ) ta’ l-Anness mad-Direttiva 91/492/KEE u li ma ġewx soġġettati għal rikambji jew purifikazzjoni qabel ma tqiegħdu fis-suq huma hawnhekk approvati.

L- Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 93/25/KEE hi mħassra.

Referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom isiru bħala refernenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

L- Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-30 ta’ Ottubru 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.09.91, p. 15.

[2] ĠU L 122, tas-16.05.03, p. 1.

[3] ĠU L 16, tal-25.01.93, p. 22.

[4] Ara l-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni.

[5] ĠU L 268, ta’ l-24.09.91, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

TRATTAMENTI

A. Sterilizzazzjoni

Molluski bivalvi u gastropodi marini jistgħu jkunu soġġettati għal sterilizzazzjoni f’kontenituri emetikament issiġillati li jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-Kapitolu IV(4) ta’ l-Anness mad-Direttiva 91/493/KEE.

B. Trattamenti oħra tas-sħana

Molluski bivalvi u gastropodi marini bil-qoxra u mhux iffriżati jistgħu jgħaddu minn wieħed mill-proċessi li ġejjin:

1. immersjoni f’ilma jagħli għall-perijodu meħtieġ biex togħla t-temperatura interna tal-laħam tal-mollusk għal mhux inqas minn 90 °C u ż-żamma ta’ din it-temperatura minima għal perijodu ta’ mhux inqas minn 90 sekonda;

2. tisjir għal tliet sa’ ħames minuti fi spazju magħluq, fejn it-temperatura hi bejn 120 u 160 °C u l-pressjoni hi minn 2 sa’ 5 kg/cm2, segwit minn tneħħija tal-qoxra u l-iffriżar tal-laħam għal temperatura ġewwinija ta’ -20 °C;

3. tisjir fuq il-fwar taħt pressjoni fi spazju magħluq, sakemm il-ħtiġiet rilatati mal-ħin tat-tisjir u t-temperatura interna tal-laħam tal-mollusk imsemmija fil-punt 1 huma milħuqa u d-distribuzzjoni uniformi tas-sħana fl-ispazju magħluq hu garantit b’metodu validat fil-qafas ta’ programmi ta’ awto-kontroll.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Deċiżjoni mħassra blemendi tagħha

Deċiżjoni 93/25/KEE | (ĠU L 16, tal 25.1.1993, p. 22) |

Deċiżjoni 97/275/KE | (ĠU L 108, tal 25.4.1997, p. 52) |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Tabella tal-korrelazzjoni

Deiżjoni 93/25/KEE | Din id-Deċiżjoni |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

— | L-Artikolu 2 |

L-Artikolu 2 | L-Artikolu 3 |

l-Anness | L-Anness I |

— | L-Anness II |

— | L-Anness III |

--------------------------------------------------

Top