EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0608

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Awissu 2003 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd minn Mayotte (notifikata bid-dokument numru Ċ(2003) 2976)Test b’relevanza għall-ŻEE

ĠU L 210, 20.8.2003, p. 25–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Imħassar b' 32006R1664

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/608/oj

32003D0608



Official Journal L 210 , 20/08/2003 P. 0025 - 0029


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Awissu 2003

li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd minn Mayotte

(notifikata bid-dokument numru Ċ(2003) 2976)

(Test b’relevanza għall-ŻEE)

(2003/608/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi il-kondizzjonijiet ta’ saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1] kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu

Billi:

(1) Saret spezzjoni f’isem il-Kummissjoni f’Mayotte biex tivverifika l-kondizzjonijiet li taħthom prodotti tas-sajd isiru, jinħażnu u jintbagħtu lejn il-Komunità.

(2) Il-ħtiġijiet fil-leġislazzjoni ta’ Mayotte dwar l-ispezzjoni sanitarja u monitoraġġ ta’ prodotti tas-sajd tista’ titqies ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 91/493/KEE.

(3) B’mod partikolari, il- li jappartjeni għall-"Ministère français de l’agriculture et de la pêche", huwa kapaċi biex effettivament jivverifika l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni fis-seħħ.

(4) Id-DSV pprovda assigurazzjonijiet uffiċjali dwar l-osservazzjoni tal-istandards għall-kontrolli sanitarji u l-monitoraġġ ta’ prodotti tas-sajd kif stabbilit f’Kapitlu V ta’ l-Anness għad-Direttiva 91/493/KEE u fir-rigward tat-twettieq tal-ħtiġijiet iġjeniċi ekwivalenti għal dawk stabbiliti permezz ta’ dik id-Direttiva.

(5) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati war prodotti tas-sajd importati lejn il-Komunità minn Mayotte, skond id-Direttiva 91/493/KEE.

(6) Huwa wkoll neċessarju li ssir lista ta’ freezer vessels armati skond il-ħtiġijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 li tistabbilixxi ir-regolamenti minimi ta’ iġjene applikabbli għall-prodotti tas-sajd maqbuda abbord ta’ ċertu bastimenti skond l-Artikolu 3(1)(a)(I) tad-Direttiva 91/493/KEE [3]. Dawn il-listi għandhom isiru skond komunikazzjoni mingħand id-DSV lill-Kummissjoni.

(7) Madankollu, it-tim ta’ spetturi tal-Komunità ma setax jivverifika l-ħila tad-DSV biex jispezzjona fir-rigward tal-freezer jew il-factory vessels għaliex fiż-żmien li fih saret l-ispezzjoni iż-żewg freezer vessels proposti kienu reġistrati taħt bandiera Franċiża u l-ebda factory vessel ma kien propost biex ikun awtorizzat. Għalhekk, l-inklużjoni fil-lista ta’ bastimenti ġodda titlob li ssir żjara ta’ spezzjoni ġdida fil-post minn esperti tal-Kummissjoni.

(8) Huwa xieraq għad-Deċiżjoni preżenti li tkun applikata 45 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-prevvist tal-perjodu transitorju meħtieġ.

(9) Il-miżuri prevvisti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-"Direction des Services Vétérinaires (DSV) tad-Direction de l’Agriculture et de la Forêt (DAF)" tal- "Ministère français de l’agriculture et de la pêche", għandu jkun l-awtorità kompetenti f’Mayotte identifikata għal raġunijiet ta’ verifika u biex tiġi ċertifikata l-osservanza ta’ prodotti tas-sajd mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Prodotti tas-sajd importanti lejn il-Komunità minn Mayotte għandhom jaderixxu ma’ l-Artikoli 3, 4 u 5.

Artikolu 3

1. Kull kunsinna għandha tkun akkumpanjata minn ċertifika dwar is-saħħa oriġinali nnumerat skond il-mudell f’L-Anness I u li jikkonsisti f’folja waħda, mimlija kif suppost, iffirmat u ddatat.

2. Iċ-ċertifikat għandu jsir f’mill-inqas lingwa uffiċjali waħda ta’ l-Istat Membru fejn isiru l-ispezzjonijiet.

3. Iċ-ċertifikat għandu juri l-isem, il-kariga u l-firma tar-rappreżentant tad-DSV, u t-timbru uffiċjali ta’ dan ta’l-aħħar b’kulur differenti minn dak tal-firem.

Artikolu 4

Il-prodotti tas-sajd għandhom jiġu minn stabbilimenti pprovati, factory vessels, jew cold stores, jew minn freezer vessel reġistrat fil-lista f’L-Anness II

Artikolu 5

Il-pakketti kollha għandhom iġorru l-kelma "MAYOTTE" u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, factory vessel, cold store jew freezer vessel ta’ oriġini f’ittri li ma jitħassrux, ħlief fil-każ ta’ prodotti tas-sajd iffriżati bl-ingrossa u intenzjonati għall-manifattura ta’ l-ikel priservat.

Artikolu 6

L-inklużjoni ta’ bastimenti ġodda fil-lista f’L-Anness II għandha ssir biss wara li jkunu magħrufa r-riżultati taz-żjara ta’ spezzjoni tal-Komunità fil-post.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-4 ta’ Ottubru 2003.

Artikolu 8

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Awissu 2003.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1.

[3] ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 41.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

LISTA TA' STABBILIMENTI U BASTIMENTI

ZV : Freezer Vessel

PP : Processing Plant

Nru ta' approvazzjoni | Isem | Belt Reġjun | Limiti ta' approvazzjoni | Kategorija |

YT 976.510.01 | Mayotte Aquaculture | Port de Longoni - F-97600 Mayotte | | PP |

YT 976.507.02 | SCEA Subagri | F-97600 Mayotte | | PP |

YT 976.508.01 | Cap Saint-Vincent | | | ZV |

YT 976.508.02 | Sterenn | | | ZV |

--------------------------------------------------

Top