Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0541

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2003 li temenda d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/197/KEE u 97/10/KE dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni ta’ żwiemel reġistrati fl-Unjoni Ewropea mill-Afrika t’Isfel (notifikata bid-dokument numru K(2003) 1212)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 185, 24.7.2003, p. 41–54 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/541/oj

32003D0541



Official Journal L 185 , 24/07/2003 P. 0041 - 0054


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta’ Lulju 2003

li temenda d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/197/KEE u 97/10/KE dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni ta’ żwiemel reġistrati fl-Unjoni Ewropea mill-Afrika t’Isfel

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 1212)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2003/541/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kUndizzjonijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni ta’ żwiemel minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/160/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikoli 14, 15 u 16 u l-Artikolu 19(i) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2002/635/KE [4], tistabbilixxi l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju ta’ żwiemel reġistrati.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE [5] kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2002/84/KE [6], tistabbilixxi l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ żwiemel reġistrati u ta’ żwiemel għat-tagħmir u r-riproduzzjoni.

(3) L-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/10/KE tat-12 ta’ Diċembru 1996 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/160/KEE, 92/260/KEE u 93/197/KEE dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ żwiemel reġistrati mill-Afrika t’Isfel [7], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni 2001/622/KE [8], jipprovdi għal garanziji addizzjonali li japplikaw għar-reġjunalizzazzjoni ta’ l-Afrika t’Isfel fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ żwiemel reġistrati fl-Unjoni Ewropea.

(4) Dawn il-garanziji addizzjonali jeħtieġu li żwiemel reġistrati jkunu residenti għal perjodu speċifiku f’żoni Afrikani speċjali dikjarati bħala li huma ħielsa mill-mard u jistabbilixxu kundizzjonijiet dwar kif żwiemel reġistrati li jkunu destinati biex jiġu trasportati bl-ajru lejn l-Unjoni Ewropea jkunu trasportati lejn l-ajruport f’żona ta’ sorveljanza taħt kundizzjonijiet li jipproteġuhom minn vettori.

(5) Meta jitqies il-bżonn ta’ iżolazzjoni fi stazzjon ta’ kwarantina approvat u protett minn vettori, jidher li jkun ġust jekk żwiemel reġistrati li ħa jiddaħħlu temporanjament jew li ħa jkunu impurtati fl-Unjoni Ewropea jintalbu li jkunu residenti f’żona Afrikana dikjarata bħala li hija ħielsa mill-mard għall-istess perjodu minimu.

(6) Minħabba l-bidliet fl-iskedi tal-linji ta’ l-ajru, it-trasport ta’ żwiemel reġistrati f’ajruplani standard li jġorru l-merkanzija jidher li huwa impossibbli. Għalhekk l-unika alternattiva realistika għat-trasport ta’ żwiemel reġistrati hija t-trasport bil-baħar.

(7) Huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti l-kundizzjonijiet sabiex żwiemel reġistrati jistgħu jkunu trasportati mingħajr ma jkun kompromess l-istatus tas-saħħa ta’ dawn l-annimali matul il-vjaġġ fuq il-baħar mill-port ta’ Cape Town, li jinsab fiż-żona ħielsa, sa’ port fl-Unjoni Ewropea approvat bħala post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jiddaħħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [9], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KE [10].

(8) Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/197/KEE u 97/10/KE għandhom ikunu emendati.

(9) Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 92/260/KEE iċ-ċertifikat F dwar is-saħħa ta’ l-annimali huwa mibdul bit-test fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/197/KEE iċ-ċertifikat F dwar is-saħħa ta’ l-annimali huwa mibdul bit-test fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 97/10/KE hija emendata kif ġej:

1. L-Anness I huwa emendat skond l-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

2. Ma’ l-Anness IV huwa miżjud it-test fl-Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Lulju 2003.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.90, p. 42.

[2] ĠU L 53, tat-23.2.2, p. 37.

[3] ĠU L 130, tal-15.5.92, p. 67.

[4] ĠU L 206, tat-3.8.2, p. 20.

[5] ĠU L 86, tas-6.4.93, p. 16.

[6] ĠU L 287, tal-25.10.2, p. 42.

[7] ĠU L 3, tas-7.1.97, p. 9.

[8] ĠU L 216, ta' l-10.8.1, p. 26.

[9] ĠU L 268, ta' l-24.9.91, p. 56.

[10] ĠU L 162, ta' l-1.7.96, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

"

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

L-Anness I tad-Deċiżjoni 97/10/KE huwa emendat kif ġej:

1. Il-Punt 7.1 huwa mibdul b’dan li ġej:

"7.1. Żwiemel reġistrati li ħa jkunu impurtati b’mod permanenti fl-Unjoni Ewropea jridu jkunu residenti fil-pajjiż minfejn intbagħtu għal mill-anqas 90 jum, jew mit-twelid f’każ li jkollhom anqas minn 90 jum, jew minn meta jkunu iddaħħlu fil-każ li jkunu impurtati direttament mill-Unjoni Ewropea matul id-90 jum qabel iċ-ċertifikazzjoni għall-esportazzjoni għall-Unjoni Ewropea u jridu jkunu baqgħu fiż-żona ħielsa għal mill-anqas 60 jum jew mit-twelid f’każ li għandhom anqas minn 60 jum, jew minn meta jkunu iddaħħlu fil-każ li jkunu impurtati direttament fiż-żona ħielsa mill-Unjoni Ewropea matul is-60 jum qabel iċ-ċertifikazzjoni għall-esportazzjoni għall-Unjoni Ewropea."

2. Il-Punt 11 huwa mibdul b’dan li ġej:

"11. Jekk żwiemel reġistrati jkunu trasportati bl-ajru, it-trasport taż-żwiemel mill-istazzjoni ta’ kwarantina sa’ l-ajruplan isir taħt kundizzjonijiet li jipproteġuhom minn vettori. Dawn il-kundizzjonijiet jinżammu matul il-vjaġġ kollu."

3. Il-punt li ġej huwa miżjud bħala punt 12:

"12. Jekk żwiemel reġistrati jkunu trasportati bil-baħar, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Vapuri li jittrasportaw żwiemel reġistrati mill-port ta’ Cape Town lejn port fl-Unjoni Ewropea approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE bħala post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal kontrolli veterinarji fuq żwiemel reġistrati, ma jistgħux, fl-ebda punt bejn it-tluq u l-wasla tagħhom fid-destinazzjoni tagħhom, jieqfu f’port fit-territorju jew f’parti mit-territorju ta’ pajjiż terz li ma huwiex approvat għall-importazzjoni ta’ żwiemel fl-Unjoni Ewropea. Il-kaptan tal-vapur għandu jagħti prova li dawn il-kundizzjoni kienu rispettati billi jimla d-dikjarazzjoni fl-Anness IV."

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

"

“L-ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

Top