This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003D0211
2003/211/CFSP: Council Decision 2003/211/CFSP of 24 February 2003 concerning the conclusion of the Agreement between the European Union and the North Atlantic Treaty Organisation on the Security of Information
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/211/CFSP ta' l-24 ta' Frar 2003 li tikkonċerna l-konklużjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u t-Trattat ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana dwar is-Sigurtà ta' l-Informazzjoni
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/211/CFSP ta' l-24 ta' Frar 2003 li tikkonċerna l-konklużjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u t-Trattat ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana dwar is-Sigurtà ta' l-Informazzjoni
ĠU L 80, 27.3.2003, p. 35–35
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/211/oj
Official Journal L 080 , 27/03/2003 P. 0035 - 0035
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/211/CFSP ta' l-24 ta' Frar 2003 li tikkonċerna l-konklużjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u t-Trattat ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana dwar is-Sigurtà ta' l-Informazzjoni IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet mill-Presidenza, Billi: (1) Ftehim Temporanju fuq Sigurtà bejn is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tat-Trattat ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana kien konkluż wara Skambji ta' Ittri bejn is-Segretarji-Ġenerali rispettivi tagħhom fis-26 ta' Lulju 2000. (2) Il-Kunsill Ewropew f'Barċellona enfasizza l-importanza li jinkisbu arranġamenti permanenti bejn l-Unjoni Ewropea u n-NATO fl-iqsar żmien possibli. Għal dan il-għan, saqsa ukoll lill-Presidenza flimkien mar-Rappreżentant Għoli biex isiru kuntatti xierqa ta' livell għoli biex jiġi żgurat riżultat pożittiv. Fost l-arranġamenti ttrattati kien hemm ftehim dwar is-sigurtà ta' l-informazzjoni. (3) Bir-riżultat tad-dħul fis-seħħ tar-regolamenti tas-sigurtà rispettivi tagħhom fl-1 ta' Diċembru 2001, il-Kunsill u l-Kummissjoni huma f'pożizzjoni li jikkonformaw għal kollox ma' l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim. (4) B'konsegwenza tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' April 2002 li awtorizzat lill-Presidenza biex tibda negozjati man-NATO, il-Presidenza, mgħejuna mis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli, innegozja Ftehim fuq is-sigurtà ta' l-informazzjoni. (5) Dak il-Ftehim għandu jkun approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u t-Trattat ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana dwar is-Sigurtà ta' l-Informazzjoni hu hawnhekk approvat f'isem l-Unjoni Ewropea. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill hu hawnhekk awtorizzat li jiffirma l-Ftehim biex jorbot l-Unjoni Ewropea. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' l-adozzjoni tagħha. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fl-24 ta' Frar 2003. Għall-Kunsill Il-President G. Papandreou --------------------------------------------------