Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0156

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Marzu 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2003/153/KE dwar miżuri ta’ protezzjoni li jirrigwardaw l-influwenza avjana fl-Olanda (innotifikat taħt dokument numru K (2003) 767)Test b’rilevanza għall-EEE

    ĠU L 64, 7.3.2003, p. 36–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/02/2004; Impliċitament imħassar minn 32004D0159

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/156(1)/oj

    32003D0156



    Official Journal L 064 , 07/03/2003 P. 0036 - 0036


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-6 ta’ Marzu 2003

    li temenda d-Deċiżjoni 2003/153/KE dwar miżuri ta’ protezzjoni li jirrigwardaw l-influwenza avjana fl-Olanda

    (innotifikat taħt dokument numru K (2003) 767)

    (Test b’rilevanza għall-EEE)

    (2003/156/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u zootekniċi applikabbli fil-kummerċ fil-Komunità f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bl-għan li jiġi komplut is-suq intern [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2002/33/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Olanda ddikjarat kemm-il tifqigħa t’influwenza avjana.

    (2) Minħabba il-mortalità għolja u t-tixrid rapidu ta’ l-influwenza l-awtoritajiet Olandiżi ħadu azzjoni immedjata kif previst mid-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE [3] li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-influwenza avjana; barra dan, kull moviment ta’ tajr ħaj u tqegħid ta’ bajd fl-Olanda u t-trasmissjoni tagħhom lil Stati Membri oħra u pajjiżi terzi kienet ipprojibita.

    (3) Għall-ħtiġijiet taċ-ċarezza u trasparenza il-Kummissjoni ħadet Deċiżjoni temporanja 2003/153/KE [4] in kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet Olandiżi, li tirrinfrorza l-miżuri meħudin mill-Olanda u li tagħti xi derogazzjoni speċifika għall-movimenti ta’ tajr li jinqatel u flieles ta’ ġurnata fl-Olanda.

    (4) Il-miżuri ta’ protezzjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni 2003/153/KE għandhom jiġu mtawwlin minħabba l-iżviluppament tal-marda.

    (5) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Food Chain u l-Kumitat tas-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1. Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2003/153/KE il-ħin u d-data "24.00 fis-6 ta’ Marzu 2003" għandhom jiġu mibdulin bi "12.00 fit-13 Marzu 2003".

    2. Fl-Artikolu 3 it-test għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

    "L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw lill-kummerċ sabiex iġibuhom in konformità ma’ din id-Deċiżjoni u għandhom jagħtu publicità xierqa u immedjata lill-miżuri adottati. Għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni ta’ dan immedjatament."

    Artikolu 2

    Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, 6 Marzu 2003.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

    [2] ĠU L 315, tad-19.11.2002, p. 14.

    [3] ĠU L 167, tat-22.6.1992, p. 1.

    [4] ĠU L 59, ta’ l-4.3.2003, p. 32.

    --------------------------------------------------

    Top