EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2370

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2370/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi miżura Komunitarja ta' emerġenza għar-rottamar ta' bastimenti tas-sajd

ĠU L 358, 31.12.2002, p. 57–58 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2370/oj

32002R2370



Official Journal L 358 , 31/12/2002 P. 0057 - 0058


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2370/2002

ta' l-20 ta' Diċembru 2002

li jistabbilixxi miżura Komunitarja ta' emerġenza għar-rottamar ta' bastimenti tas-sajd

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jippreskrivi r-regoli dettaljati u arranġamenti li jirrigwardaw l-għajnuna strutturali Komunitarja fis-settur tas-sajd [3] ta l-opportunità ta' inċentivi ta' dekommisjoni bħala mezz ta' kif jinkiseb proporzjon bilanċjat bejn il-kapaċità tal-flotta u r-riżorsi disponibbli

(2) Ħafna ħażniet ta' importanza kbira għas-sajd Komunitarju issa ġew imnaqqsa serjament. Is-sidien tad-dgħajjes tas-sajd li l-opportunitajiet ta' sajd tagħhom ġew imnaqqsa bħala riżultat ta' pjan ta' rkuprar addottat mill-Kunsill għandu għalhekk ikunu offruti lilhom inċentivi ta' dekommissjoni addizzjonali minbarra dawk li diġa hemm previsti fir-Regolament (KE) Nru. 2792/1999. Fondi addizzjonali suffiċjenti għandhom jitpoġġew għad-disposizzjoni ta' l-Istati Membri għal dan il-għan.

(3) Dawk is-sidien biss ta' bastimenti li jkunu milquta severament minn pjan ta' rkuprar għandhom jingħataw aċċess għal inċentivi ta' dekommissjoni addizzjonali għar-rottamar tal-bastimenti tas-sajd kif mfisser f'dan ir-Regolament. Tnaqqis ta' 25 % jew iżjed fl-oppurtunitajiet tas-sajd tal-bastiment konċernat għandha tiġi meqjusa bħala indikatur oġġettiv ta' impatt qawwi.

(4) L-ammonti massimi ta' primjum għar-rottamar stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) nru.2792/1999 m'humiex biżżejjed biex jitħallas il-primjums aktar għoljin.

(5) Għall-raġunijiet ta' konservazzjoni il-miżura Komunitarja għandha tiġi stabbilita mill-aktar fis possibbli u għandha ssir fi żmien limitat biex tiżgura li ristrutturar adattat tal-flotta jkun jistà jitkompla mingħajr dewmien.

(6) Huwa neċessarju li tiġi żgurata flessibilità adegwata tat-tqassim tal-fondi addizzjonali għar-rottamar biex jistgħu jintlaħqu minn dawk l-Istati Membri li l-aktar għandhom bżonn.

(7) Ir-rwol tal-partijiet kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-miżura finanzjarja għandu jkun spjegat ċar u jittieħdu passi biex tiġi garantita t-trasparenza u l-ekwità tal-proċeduri għall-aministrazzjoni u t-tħaris tal-miżura.

(8) Ir-regoli għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu deskritti b'referenza għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru. 2792/1999.

(9) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [4].

(10) Huwa neċessarju u xieraq biex jintlaħaq l-għan bażiku ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, li jiġu stabbiliti regoli dwar ir-rottamar tal-bastimenti tas-sajd. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità kif hemm imniżżel fl-Artiklu 5 tat-Trattat, dan ir-Regolament ma jmurx iżjed milli hu neċessarju biex jintlaħaq dak l-oġġettiv,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

SUĠĠETT IN KWISTJONI U ELIĠIBILITÀ

Artikolu 1

Suġġett in kwistjoni

Miżura Komunitarja ta' emerġenza biex tassisti l-Istati Membri biex jottjenu tnaqqis addizzjonali fis-sajd li jirriżultaw mill-pjanijiet ta' rkupru adottati mill-Kunsill hija istitwita permezz ta' dan ir-Regolament għall-perjodu mill-2003 sa 2006. Il-miżura għandha tikkonsisti f'inċentiv speċjali biex tipprovdi l-Istati Membri b'fondi biex jikkofinanzjaw il-bżonnijiet addizzjonali tagħhom biex jisskrapjaw il-bastimenti tas-sajd milquta mill-pjanijiet ta' rkupru.

Artikolu 2

Eliġibilità

Kull bastiment tas-sajd kopert minn pjan ta' rkupru adottat mill-Kunsill għandhu jkun eliġġibli għall-primjum ikbar għar-rottamar skond l-Artikolu 3 dment li:

(a) il-bastiment tas-sajd ikun ukoll eliġġibli għall-premji għar-rottamar taħt ir-Regolament (KE) Nru 2792/.1999

u

(b) il-kapacità tagħha tas-sajd kellha tkun mnaqqsa b'25 % jew iżjed bħala konsegwenza ta' pjan ta' rkupru

Artikolu 3

Ammont massimu tal-primjum miżjud għar-rottamar

Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd jistgħu jiġu mogħtija għajnuna pubblika għal dak li jirrigwarda il-bastimenti tas-sajd eliġġibli fil-kuntest ta' l-Artikolu 2 fuq il-bażi ta' l-iskali li ssir referenza għalihom fil-punt (a) ta' l-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999, miżjuda b'20 %.

TITOLU II

SENA 2003

Artikolu 4

Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità

Il-Komunità tista tagħti lill-Istati Membri, għas-sena 2003, kontribuzzjoni finanzjarja (hawnhekk iżjed 'il quddiem "kontribuzzjoni finanzjarja") għall-ispiża minfuqa taħt l-Artikolu 3. Il-kontribut finanzjarju għandu tiġi kalkolata skond ir-rati mniżżlin fit-Tabella 3, Grupp 1 ta' l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999.

Artikolu 5

Programmi ta' tbassir tan-nefqa annwali

L-Istati Membri li jixtiequ li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja għandhom jippreżentaw lill-Kumissjoni sat-30 ta' Ġunju 2003 il-pjan ta' nefqa fuq id-dekummisjjoni tagħhom proposta għas-sena 2003, taħt din il-miżura Komunitarja ta' emergenza. Il-Kumissjoni għandha tipproċedi bir-rabta ta' l-ammont annwali globali disponibbli fil-budget għal din il-miżura Komunitarja ta' emergenza.

Artikolu 6

Il-proċedura

1. L-Istati Membri għandhom iressqu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-ħlas ta' l-ispiża sat-30 ta' Ġunju 2004. Fuq il-bażi ta' l-applikazzjonijiet, u s-sitwazzjoni ta' kull Stat Membru għal dak li jirrigwardja l-impatt tal-pjanijiet ta' rkupru, il-Kumissjoni għandha tiddeċiedi fuq il-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas lil kull Stat Membru. Il-Kumissjoni għandha tħallas sa 50 % ta' l-assistenza meta tirċievi l-applikazzjoni u l-bilanċ wara ċ-ċertifikazzjoni mill-awtoritajiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2.

2. L-awtoritajiet responsabbli mill-implimentazzjoni ta' din il-miżura Komunitarja ta' emergenza għandhom ikunu l-awtoritajiet responsabbli mill-amministrazzjoni u l-ħlas involuti fil-miżuri ta' fondi strutturali rigwardanti s-sajd fl-Istat Membru konċernat. Huma għandhom jesegwixxu l-funzjonijiet mogħtija lilhom mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1260/1999 ta' t-21 ta' Ġunju 1999 li jniżżel id-disposizzjonijiet ġenerali dwar il-fondi strutturali [5].

3. Minbarra fil-każ ta' disposizzjonijiet kuntrarji li joħorġu minn dan ir-Regolament, id-disposizzjonijiet konċernanti tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, b'mod partikolari l-Artikoli 33 u 39, kif ukoll leġislazzjoni derivanti, għandhom japplikaw.

TITOLU III

PERJODU 2004-2006

Artikolu 7

Għall-perjodu 2004-2006 il-fondi necessarji biex tiġi finanzjata il-miżura Komunitarja ta' emergenza għar-rottamar tal-bastimenti tas-sajd għandhom ikunu għad-disposizzjoni bl-ipprogrammar mill-ġdid tal-Fondi Strutturali previst fl-Artikoli 41 u 44 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 u jkunu programmati fis-sens ta' l-Istrument Finanzjarju eżistenti tal-programmi ta' Gwida tas-Sajd.

TITOLU IV

IMPLEMENTAZZJONI U DĦUL FIS-SEĦĦ

Artikolu 8

Implementazzjoni

Ir-regoli dettaljati ta' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati mill-Kumissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 fuq il-konservazzjoni u l-esplojtazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd taħt il-Politika tas-Sajd Komuni [6].

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Fischer Boel

[1] ĠU C 227 E, ta' l-24.9.2002, p. 333.

[2] Opinjoni mogħtija fil-5 ta' Diċembru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 337, tat-30.12.1999, p. 10. Regolament kif emendat dan l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 179/2002 (ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 25).

[4] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[5] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1447/2001 (ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 1).

[6] ĠU L 358, tal-31.12.2002, p.59.

--------------------------------------------------

Top