Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R2060

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2060/2002 ta' l-20 ta' Novembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2019/94 fir-rigward ta' liċenzji meħtieġa għar-residwi ta' l-importazzjoni magħmulin mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrun mill-Istati Uniti ta' l-Amerika

    ĠU L 317, 21.11.2002, p. 20–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1375

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2060/oj

    32002R2060



    Official Journal L 317 , 21/11/2002 P. 0020 - 0021


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2060/2002

    ta' l-20 ta' Novembru 2002

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2019/94 fir-rigward ta' liċenzji meħtieġa għar-residwi ta' l-importazzjoni magħmulin mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrun mill-Istati Uniti ta' l-Amerika

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 ta' l-20 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2019/94 tat-2 ta' Awissu 1994 dwar l-importazzjoni ta' residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrun mill-Istati Uniti ta' l-Amerika [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 396/96 [4], jistabbilixxi disposizzjonijiet speċjali sabiex jiżgura li l-prodott importat jikkonforma mad-definizzjoni mifthema dwar it-tariffi. Dawn id-disposizzjonijiet jinkludu ċertifikat maħruġ mill-industrija ta' l-imtieħen ta' l-ilma ta' l-Istati Uniti.

    (2) L-aġenzija responsabbli mill-ħruġ ta' dan iċ-ċertifikat inbidlet. L-isem u l-indirizz fuq iċ-ċertifikati għandhom jiġu emendati bix-xieraq. Ikun xieraq ukoll li fiċ-ċertifkat tiżdied referenza għad-data tal-ħruġ tiegħu.

    (3) Għandu jkun hemm disposizzjoni għal perjodu ta' transizzjoni li matulu jkunu jistgħu jintużaw ċertifikati maħruġa qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (4) Ir-Regolament (KE) Nru 2019/94 għandu għalhekk jiġi emendat.

    (5) Il-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2019/94, il-mudell 'Ċertifikat ta' Konformità' huwa mibdul mill-mudell fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Ċertifikati maħruġin skond ir-Regolament (KE) Nru 2019/94 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi.

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Novembru 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 181, ta’ l- 1.7.1992, pġ. 21.

    [2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, pġ. 1.

    [3] ĠU L 203, tas-6.8.1994, pġ. 5.

    [4] ĠU L 54, tal-5.3.1996, pġ. 22.

    --------------------------------------------------

    ANEXOBILAGANHANGΠΑΡΑΡΤΗΜΑANNEXANNEXEALLEGATOBIJLAGEANEXOLIITEBILAGA

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top