Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1754

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1754/2002 ta' l-1 ta' Ottubru 2002 li jemenda għar-raba' darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi mmirati kontra ċerti persuni u entitajiet li huma assoċjati ma' Usama Bin Laden, l-Al-Qaida network u t-Taliban, u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

    ĠU L 264, 2.10.2002, p. 23–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1754/oj

    32002R1754



    Official Journal L 264 , 02/10/2002 P. 0023 - 0024


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1754/2002

    ta' l-1 ta' Ottubru 2002

    li jemenda għar-raba' darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi mmirati kontra ċerti persuni u entitajiet li huma assoċjati ma' Usama Bin Laden, l-Al-Qaida network u t-Taliban, u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċertu miżuri speċifiċi li huma mmirati kontra ċertu persuni u entitajiet li huma assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament ta' l-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afganistan, biex isaħħaħ il-projbizzjoni tat-titjiriet u jestendi l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji oħra marbuta mat-Taliban ta' l-Afganistan [1], bħalma kien emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1644/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tiegħu

    Billi:

    (1) L-ANNESS I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet koperti bl-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

    (2) Fil-11 u t-30 ta' Settembru 2002, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet għal-liema l-iffriżar tal-fondi u r- riżorsi ekonomiċi għandhom jgħoddu, għaldaqstant, l-Anness I għandu jiġi emendat kif suppost.

    (3) Biex jassigura li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-ANNESS I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-1 ta' Ottubru 2002.

    Għall-Kummissjoni

    Christopher Patten

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9.

    [2] ĠU L 247, ta' l-14.9.2002, p. 25.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    L-ANNESS I tar-Regolament (KE) 81/2002 hu emendat kif ġej:

    1. Id-dħul

    "Moviment Islamiku Turkistan mil-Lvant jew Moviment Islamiku tal-Lvant (MITL) (bħal ma hu magħruf il-Partit Islamiku Turkistan mil-Lvant)"

    taħt l-intestatura

    "Persuni legali, gruppi u entitajiet"

    għandhom jiġu sostitwiti kif gej:

    "Moviment Islamiku Turkistan mil-Lvant jew Moviment Islamiku Turkistan tal-Lvant (MITL) (bħal ma hu magħruf Partit Islamiku Turkistan mil-Lvant jew Partit Islamiku Turkistan mil-Lvant ta' Allah".

    2.(a)(b)(ċ)(d) Il-persuni naturali li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura

    "Persuni Naturali"

    :

    Bahaji, Said, li kien residenti f'Bunatwiete 23, D-21073 Hamburg, il-Ġermanja; data tat-twelid il-15 ta' Lulju 1975; post tat-twelid: Haselünne (Saxony t'Isfel), il-Ġermanja; passaport proviżorju Ġermaniż Nru 2864263 maħruġ mill-Belt ta' Hamburg;

    Binalshibh, Ramzi Mohamed Abdullah (bħal ma hu magħruf Omar, Ramzi Mohamed Abdellah; bħal ma hu magħruf Binalsheidah, Ramzi Mohamed Abdullah; bħal ma hu magħruf Bin al Shibh, Ramzi); data tat-twelid l-1 ta' Mejju 1972 jew is-16 ta' Settembru 1973; post tat-twelid: Hadramawt, Jemen jew Khartoum, Sudan; ċittadinanza: Sudan jew Jemen; passaport ta' Jemen Nru 00085243 maħruġ fit-12 ta' Novembru 1997 ġewwa Sanaa, Jemen;

    El Motassadeq, Mounir, Göschenstraße 13, D-21073 Hamburg, il-Ġermanja; data tat-twelid it-3 ta' April 1974; post tat-twelid: Marrakesh, il-Marokk; ċittadinanza: Marrok; passaport Marrokin Nru H 236483 maħruġ fit-24 ta' Ottubru 2000 mill-Ambaxxata Marokkina ġewwa Berlin, il-Ġermanja;

    Essabar, Zakarya (bħal ma hu magħruf Essabar, Zakariya), Dortmunder Straße 38, D-22419 Hamburg, il-Ġermanja; data tat-twelid it-3 ta' April 1977; post tat-twelid: Essaouria, il-Marokk; ċittadinanza: Il-Marokk; passaport Nru M 271351 maħruġ fl-24 ta' Ottubru 2000 mill-Ambaxxata tal-Marokk f'Berlin, il-Ġermanja.

    3. Id-dħul

    "Wa'el Hamza Julaidan (bħal ma huwa magħruf Wa'il Hamza Julaidan, Wa'el Hamza Jaladin, Wa'il Hamza Jaladin, u Abu Al-Hasan al Madani); data tat-twelid: 22 ta' Jannar 1958; post tat-twelid: Al-Madinah, Għarabja Sawdija; passaport Sawdi Nru A-992535"

    taħt l-intestatura

    "Persuni Naturali"

    għandhom jiġu sostitwiti kif ġej:

    "Wa'el Hamza Julaidan (bħal ma hu magħruf Wa'il Hamza Julaidan, Wa'el Hamza Jalaidan, Wa'il Hamza Jalaidan, Wa'el Hamza Jaladin, Wa'il Hamza Jaladin, u Abu Al-Hasan al Madani); data tat-twelid: 22 ta' Jannar 1958; post tat-twelid: Al-Madinah, Għarabja Sawdija; passaport Sawdi Nru A-992535".

    --------------------------------------------------

    Top