Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0001

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/1/KE tas-7 ta’ Jannar 2002 li temenda d-Direttiva 94/39/KE f’dak li għandu x’jaqsam ma l-għalf ta’ l-annimali għas-sosteniment ta’ l-iffunzjonar tal-fwied fil-każ ta’ insuffiċjenza kronika tal-fwiedTest b’rilevanza ŻEE

ĠU L 5, 9.1.2002, pp. 8–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008L0038

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/1/oj

32002L0001



Official Journal L 005 , 09/01/2002 P. 0008 - 0009


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/1/KE

tas-7 ta’ Jannar 2002

li temenda d-Direttiva 94/39/KE f’dak li għandu x’jaqsam ma l-għalf ta’ l-annimali għas-sosteniment ta’ l-iffunzjonar tal-fwied fil-każ ta’ insuffiċjenza kronika tal-fwied

(Test b’rilevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tat-13 ta’ Settembru 1993 dwar l-għalf maħsub għal skopijiet nutrittivi partikolari [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 1999/29/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(c) ta’ l-istess Direttiva,

Billi:

(1) Permezz tad-Direttiva 94/39/KE [3], kif emendata bid-Direttiva 95/9/KE [4], il-Kummissjoni adottat lista ta’ l-użi maħsuba ta’ l-għalf ta’ l-annimali għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari.

(2) Iżjed riċerka xjentifika wriet li m’hemmx in-neċessità li jitbaxxa jew jiġi mmoderat il-livell tax-xaħam fl’għalf maħsub biex isostni il-funzjoni tal-fwied fl-insuffiċjenza kronika tal-fwied għall-qtates u il-klieb. Minkejja dan wriet ukoll li jkun ta’ benefiċċju jekk jiġi indikat fuq it-tikketta il-bżonn li jkun hemm l-ilma disponibbli f’kull ħin għall-annimali mitmugħa b’dan l-għalf.

(3) Id-Direttiva 94/39/KE għandha għalekk tiġi addattata skond dan.

(4) Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma konformi ma l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 94/39/KE qed jiġi emendat skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri ser idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex iħarsu din id-Direttiva sa mhux iżjed tard mill-20 Novembru 2002. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni fil-pront.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandha tkun tinstab fihom riferenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati b’din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. l-istati membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva qiegħeda tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta’ Jannar 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 237, tat-22.9.1993, p. 23

[2] ĠU L 115, ta’ l-4.5.1999, p. 32.

[3] ĠU L 207, ta’ l-10.8.1994, p. 20.

[4] ĠU L 91, tat-22.4.1995, p. 35.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Fil-parti B ta’ l-Anness tad-Direttiva 94/39/KE, it-test ta’ l-iskop partikolari nuttrittiv

"Sosteniment tal-funzjoni tal-fwied fil-każ ta’ insuffiċjenza kronika tal-fwied"

li jirrigwarda l-klieb u il-qtates qed jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Skop nutrittiv partikolari | karatteristiċi nutrittivi essenzali | Speċi jew kategoriji ta' annimali | Dikjarazzjonijiet tat-tikkettjar | Tul ta' żmien irrikmandat għall-użu | Dispożizzjonijiet oħrajn |

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

'Sosteniment tal-funzjoni tal-fwied fil-każ ta' l-insuffiċjenza kronika tal-fwied | Proteini ta' kwalità għolja, livell moderat ta' proteina, livell għoli ta' aċidi grassi essenzali u livell għoli ta' karboidrati diġeribbli sew | Klieb | sors(i) tal-proteiniKontenut ta' aċidu grass essenzaliKarboidrati ta'diġeribilità għolja inkulż it-trattament tagħhom jekk xieraqSodjuTotal ram | Inizjalment sa 6 xhur | Indika fuq il-pakket, il-kontenitur jew it-tikketta: "Hu rrikmandat (check) li l-opinjoni tal-veterinarju tiġi meħuda qabel l-użu jew qabel ma jiġi estiż il-perjodu ta' l-użu" Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: "L-ilma għandu jkun disponibbli f'kull ħin" |

Proteina ta' kwalità għolja, livell moderat ta' proteina u livell għoli ta' aċidi grassi essenzali | Qtates | sors ta' proteinaKontenut ta' aċidu grass essenzaliSodjuTotal ram | Inizjalment sa 6 xhur | Indika fil-pakket, fil-kontenitur jew fit-tikketta: "Hu rrikmandat (check) li tiġi mitluba l-opinjoni tal-veterinarju qabel l-użujew qabel ma jiġi estiż il-perjodu ta' l-użu" Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: "L-ilma għandu jkun disponibbli f'kull ħin"" |

--------------------------------------------------

Top