This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002D0871
2002/871/EC: Commission Decision of 17 October 2002 establishing a joint framework for the communication of information needed for the application of Council Regulation (EC) No 1407/2002 on State aid to the coal industry (notified under document number C(2002) 3783)
Id-Decizjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2002 li tistabbilixxi qafas konġunt għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni bżonnjuża għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1407/2002 dwar għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam (notifikata bid-dokument numru K(2002) 3783)
Id-Decizjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2002 li tistabbilixxi qafas konġunt għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni bżonnjuża għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1407/2002 dwar għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam (notifikata bid-dokument numru K(2002) 3783)
ĠU L 300, 5.11.2002, p. 42–57
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 300 , 05/11/2002 P. 0042 - 0057
Id-Decizjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2002 li tistabbilixxi qafas konġunt għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni bżonnjuża għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1407/2002 dwar għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam (notifikata bid-dokument numru K(2002) 3783) (2002/871/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1407/2002 tat-23 ta' Lulju 2002 dwar għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu, Billi: (1) Skond ir-Regolament (KE) Nru 1407/2002, il-Kummissjoni tivvaluta l-miżuri notifikati mill-Istati Membri dwar l-għajnuna lill-industrija tal-faħam u tiddeċiedi dwar il-konformità tagħhom. (2) Għal dan il-għan, l-Istati Membri huma mitluba li jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar is-sostenn finanzjarju kollu li huma beħsiebhom jawtorizzaw lill-industrija tal-faħam matul is-sena ta' produzzjoni tal-faħam. Għandhom jispeċifikaw in-natura tas-sostenn b'referenza għall-forom ta' għajnuna previsti fir-Regolament (KE) Nru 1407/2002. Għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni d-dettalji kollha rilevanti għall-kalkolu tal-kost tal-produzzjoni u r-relazzjoni tagħhom mal-pjanijiet notifikati lill-Kummissjoni, partikolarment għall-pjanijiet ta' għeluq u/jew pjanijiet għall-aċċess tar-riservi tal-faħam. (3) Sabiex tkun tista' tivvaluta l-konformità mal-kondizzjonijiet u mal-kriterji stabbiliti għall-awtorizzazzjoni ta' l-għajnuna, il-Kummissjoni għandha bżonn li jkollha għad-disposizzjoni tagħha informazzjoni ddettaljata, komparabbli u verifikabbli. Għalhekk għandu jiġi stabbilit qafas konġunt għan-notifika mill-Istati Membru għall-pjanijiet ta' għeluq u/jew għall-pjanijiet għall-aċċess tar-riservi tal-faħam u għan-notifika ta' l-għajnuna lill-industrija tal-faħam. (4) Sabiex tiġi kkunsidrata l-informazzjoni għas-sena ta' referenza 2001, għal dik is-sena għandha ssir referenza għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 3632/93/KEFA [2] tat-28 ta' Diċembru 1993, ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Din id-Deċiżjoni tapplika għall-preżentazzjoni mill-Istati Membri tal-pjanijiet ta' għeluq u/jew tal-pjanijiet għall-aċċess tar-riservi tal-faħam u għal kwalunkwe tibdil f'dawk il-pjanijiet, u għan-notifika tal-miżuri finanzjarji li l-Istati Membri beħsiebhom jieħdu għall-benefiċċju ta' l-industrija tal-faħam fis-sena tal-produzzjoni tal-faħam. Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni, "unità ta' produzzjoni" tfisser sîti tal-faħam ta' taħt l-art jew opencast u infrastrutturi relatati kapaċi jipproduċu faħam greġġ indipendentament minn unitajiet ta' produzzjoni oħrajn waqt li jkunu konformi mal-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri dwar is-saħħa u s-sigurtà fl-industriji li jottjenu prodotti naturali. L-"ispejjeż tal-produzzjoni" u t-"telf mill-produzzjoni kurrenti", kif imfissra fl-Artikolu 2(e) u (f) tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, għandhom jiġu kkalkolati għal kull unità ta' produzzjoni. Artikolu 3 Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-konformità mal-kondizzjonijiet u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 u fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(4) u fl-Artikolu 9(6)(b), (ċ), (e) u (f) ta' dak ir-Regolament, billi jużaw il-formoli li ġejjin: (a) formoli A.1 u B.1 fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni għal unitajiet ta' produzzjoni ta' taħt l-art; (b) formoli A.2 u B.2 fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni għal unitajiet ta' produzzjoni opencast. Artikolu 4 Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-konformità mal-kondizzjonijiet u mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(5) ta' dak ir-Regolament, billi jużaw il-formoli li ġejjin: (a) formola A.1 fl-Anness I u formola D fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni għal unitajiet ta' produzzjoni ta' taħt l-art; (b) formola A.2 fl-Anness II u formola D fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni għal unitajiet ta' produzzjoni opencast. Artikolu 5 Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-miżuri finanzjarji għall-benefiċċju ta' l-industrija tal-faħam matul is-sena sussegwenti għal dik tal-produzzjoni tal-faħam, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(10) tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, billi jużaw il-formoli li ġejjin: (a) formoli B.1 u Ċ.1 fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni għal unitajiet ta' produzzjoni ta' taħt l-art; (b) formoli B.2 u Ċ.2 fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni għal unitajiet ta' produzzjoni opencast. Artikolu 6 Dan li ġej għandu jiġi mgħarraf f'formola ħielsa: (a) informazzjoni dwar l-ispejjeż li se jiġu koperti mill-għajnuna msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002, skond il-kategoriji ta' spejjeż imfissra fl-Anness għal dak ir-Regolament; (b) l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2), fl-Artikolu 9(6)(a), (d) u (ġ) u fl-Artikolu 9(7) ta' dak ir-Regolament. Artikolu 7 Id-dokumenti miksuba jew miġbura mill-awtoritajiet nazzjonali fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ċentralizzati fid-dipartimenti nazzjonali u miżmuma disponibbli għall-Kummissjoni. Artikolu 8 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Ottubru 2002. Għall-Kummissjoni Loyola De Palacio Viċi-President [1] ĠU L 205, tat-2.8.02, pġ. 1. [2] ĠU L 329, tal-31.12.1993, pġ. 12. -------------------------------------------------- ANNESS I +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS II +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS III +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------