EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0860

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2002 li tippreskrivi kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta’ prodotti ta’ l-industrija tas-sajd mill-Isvizzera (innotifikata skond in-numru C(2002) 4097)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 301, 5.11.2002, p. 38–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Imħassar b' 32006R1664

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/860/oj

32002D0860



Official Journal L 301 , 05/11/2002 P. 0038 - 0042


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta’ Ottubru 2002

li tippreskrivi kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta’ prodotti ta’ l-industrija tas-sajd mill-Isvizzera

(innotifikata skond in-numru C(2002) 4097)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/860/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tippreskrivi l-kundizzjonijiet tas-saħħa li jirrigwardaw il-produzzjoni u t-tqegħid għall-bejgħ ta’ prodotti ta’ l-industrija tas-sajd [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 97/79/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11.1 tagħha,

Billi:

(1) Ġiet imwettqa spezzjoni fl-Isvizzera f’isem il-Kummissjoni biex jiġu verifikati l-kundizzjonijiet li bihom il-prodotti ta’ l-industrija tas-sajd jiġu maħduma, maħżuna u mibgħuta lejn il-Komunità.

(2) Il-kundizzjonijiet inkorporati fil-leġislazzjoni ta’ l-Isvizzera dwar l-ispezzjoni tas-saħħa u l-immonitorjar ta’ prodotti ta’ l-industrija tas-sajd jistgħu jitqiesu bħal dawk li hemm preskritti fid-Direttiva 91/493/KEE.

(3) B’mod partikolari, il-"Bundesamt für Veterinärwesen/Office Vétérinaire Fédéral (BFV/OVF)" huwa kapaċi li jivverifika b’mod effettiv l-implimentazzjoni tal-liġi li tkun fis-seħħ.

(4) Huwa xieraq li jiġu preskritti regoli dettaljati li jikkonċernaw iċ-ċertifikat tas-saħħa li, skond id-Direttiva 91/493/KEE, għandu jakkompanja kunsinni ta’ prodotti ta’ l-industrija tas-sajd importati ġewwa l-Komunità mill-Isvizzera. B’mod partikulari, dawk ir-regoli għandhom jispeċifikaw id-definizzjoni ta’ ċertifikat mudell, il-kondizzjonijiet minimi rigward il-lingwa jew lingwi li bihom irid jiġi abbozzat u l-istatus tal-persuna awtorizzata biex tiffirmah.

(5) Il-marka li għandha tiġi mwaħħla fuq il-pakketti tal-prodotti ta’ l-industrija tas-sajd għandha turi l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni tad-ditta, tal-vapur tal-fabbrika, tal-maħżen tal-friża jew bastiment tal-friża ta’ l-oriġini, ħlief għall-ċerti prodotti friżati.

(6) Huwa wkoll meħtieġ li tiġi kkompilata lista ta’ ditti approvati, vapuri tal-fabbrika, jew mħażen tal-friża, u lista ta’ bastimenti tal-friża mgħammra skond il-kundizzjonijiet mitluba mid-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 li tippreskrivi r-regoli minimi ta’ iġjene applikabbli għall-prodotti ta’ l-industrija tas-sajd maqbuda abbord ċerti bastimenti skond l-Artikolu 3(1)(a)(I) tad-Direttiva 91/493/KEE [3]. Dawn il-listi għandhom jiġu kompilati fuq il-bażi ta’ komunikazzjoni mill-BFV/OVF lill-Kummissjoni. Għalhekk hija r-responsabbiltà tal-BFV/OVF li tiżgura osservanza mal-provvedimenti rilevanti tad-Direttiva 91/493/KEE.

(7) Il-BFV/OVF ipprovda assigurazzjonijiet uffiċjali rigward osservanza mar-regoli stipulati fil-Kapitolu V ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE fir-rigward tal-kontroll ta’ prodotti ta’ l-industrija tas-sajd, u fir-rigward ta’ l-issodisfar tal-kundizzjonijiet iġjeniċi meħtieġa bħal dawk li hemm preskritti f’dik id-Direttiva.

(8) Il-miżuri li hemm maħsuba f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Il-"Bundesamt für Veterinärwesen/Office Vétérinaire Fédéral (BFV/OVF)" għandu jkun l-awtorità kompetenti fl-Isvizzera biex jivverifika u jiċċertifika l-osservanza ta’ prodotti ta’ l-industrija tas-sajd mal-kundizzjonijiet meħtieġa skond id-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

1. Prodotti ta’ l-industrija tas-sajd importati ġewwa l-Komunità mill-Isvizzera għandhom jikkonformaw mall-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2,3 u 4.

2. Kull kunsinna għandha tkun akkompanjata b’ċertifikat oriġinali tas-saħħa innumerat, mimli kif għandu jkun, iffirmat, datat u magħmul minn folja waħda skond il-mudell li hemm fl-Anness I.

3. Il-prodotti għandhom jiġu minn ditti approvati, bastimenti tal-fabbrika jew mħażen tal-friża jew minn bastimenti tal-friża reġistrati u elenkati fl-Anness II.

4. Ħlief fil-każ ta’ prodotti ffriżati ta’ l-industrija tas-sajd fi kwantitajiet kbar u intiżi għall-manifattura ta’ ikel priservat, il-pakketti kollha għandu jkollhom fuqhom il-kelma "L-ISVIZZERA" u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni tad-ditta, tal-bastiment tal-fabbrika, tal-maħżen tal-friża jew bastiment tal-friża ta’ l-oriġini, b’ittri li ma jitħassrux.

Artikolu 3

1. Iċ-Ċertifikat li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 2(2) għandu jiġi kompilat għall-inqas f’lingwa waħda uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn jiġu mwettqa l-kontrolli.

2. Iċ-ċertifikat għandu jkollu fuqu l-isem, il-kariga u l-firma tar-rappreżentant tal-BFV/OVF u t-timbru uffiċjali ta’ dan ta’ l-aħħar b’kulur differenti minn dak ta’ dikjarazzjonijiet oħra.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-20 ta’ Diċembru 2002.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ Ottubru 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 41

--------------------------------------------------

ANNESS I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS I

LISTA TA' DITTI U BASTIMENTI

Categorie Legend:

PP Makkinarju ta' Proċessar.

Numru ta' Approvazzjoni | Isem | Belt Reġjun | Kategorija |

61 | Knorr-Nährmittel AG | THAYNGEN | PP |

214 | Nestlé Suisse SA (Fabrique de Kemptthal) | KEMPTTHAL | PP |

224 | Hilcona AG | SCHAAN | PP |

225 | Haco AG | GUMLIGEN | PP |

288 | Frigemo Produktion Chur AG | CHUR | PP |

313 | Balik Räucherei im Toggenburg AG | EBERSOL-MOGELSBERG | PP |

314 | CT Océane SA | CAROUGE | PP |

316 | Planet Caviar | CAROUGE LES ACACIAS | PP |

317 | Hilcona Gourmet SA | ORBE | PP |

323 | Wolf Bernard | CHEVROUX | PP |

326 | Roberto SA | MEYRIN | PP |

330 | Valfish SA | LE BOUVERET | PP |

--------------------------------------------------

Top