Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0845

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Settembru 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l- Bosnija u Ħerżegovina (BiH) fuq l-attivitrajiet tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-BiH

    ĠU L 293, 29.10.2002, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/845/oj

    Related international agreement

    32002D0845



    Official Journal L 293 , 29/10/2002 P. 0001 - 0001


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-30 ta' Settembru 2002

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l- Bosnija u Ħerżegovina (BiH) fuq l-attivitrajiet tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-BiH

    (2002/845/PESK)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 24 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza,

    Billi:

    (1) Fil-11 ta' Marzu 2002, il-Kunsill adotta Azzjoni Konġunta 2002/210/PESK fuq il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea [1].

    (2) L-Artikolu 11 ta' dik l-Azzjoni Konġunta tipprovdi li l-istatus tal-persunal ta' l-EUPM fil-BiH, inkluż fejn xieraq il-privileġġi, l-immunitajiet u l-garanziji oħra jekk neċessarji għas-seħħ u l-funzjonament bla xkiel ta' l-EUPM għandu jiġi miftiehem skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 24 tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea.

    (3) Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 li tawtorizza lill-Presidenza li tiftaħ negozjati, il-Presidenza nnegozjat ftehim mall-BiH fuq l-attivitajiet ta' l-EUPM.

    (4) Dak il-ftehim għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bosnja u Ħerżegovina (BiH) fuq l-attivitajiet tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-BiH hu hawnhekk approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.

    It-test tal-ftehim hu miżjud ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill hu hawnhekk awtorizzat biex jinnomina persuna jew persuni awtorizzati biex jiffirmaw il-ftehim sabiex torbot l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Settembru 2002.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. S. Møller

    [1] ĠU L 70, tat-13.3.2002, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top