EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0801

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2002 illi temenda Deċiżjoni 98/509/KE fuq il-konklużjoni ta’ Ftehim fuq għarfien xilxieni li għandu x’jaqsam ma’ qbil fl-istima bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand (2002/801/KE)

ĠU L 278, 16.10.2002, p. 20–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/801/oj

32002D0801



Official Journal L 278 , 16/10/2002 P. 0020 - 0020


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-8 ta’ Ottubru 2002

illi temenda Deċiżjoni 98/509/KE fuq il-konklużjoni ta’ Ftehim fuq għarfien xilxieni li għandu x’jaqsam ma’ qbil fl-istima bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand

(2002/801/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra T-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 133 flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwl paragrafu ta’ taħtu, l-ewwel sentenza, u l-Artikolu 300(3),l-ewwel paragrafu ta’ taħtu, l-ewwel sentenza, u (4) ta’ dan,

Wara li kkunsidra il-proposta magħmula mill-Kummissjoni,

billi:

Sabiex jiġi assigurat it-tħaddim effiċjenti ta’ l-Ftehim fuq għarfien xilxieni li għandu x’jaqsam ma’ qbil fl-istima bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand [1] (aktar il-quddiem imsejjaħ il- "Ftehim") huwa mehtieġ illi tiġi emendata Deċiżjoni 98/509/KE [2] sabiex il-Kummissjoni tiġi mogħtija s-setgħa li tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-Ftehim ikun imħaddem,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu waħdieni

L-Artikolu 3 ta’ Deċiżjoni 98/509/KE jiġi mwaqqa’ u minfloku jitqiegħed dan li ġej:

"L-Artikolu 3

1. Il-Kummissjoni sejra tirrapreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Imħallat provdut fl-Artikolu 12 al-Ftehim, assistita mill-Kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill. Il-Kummissjoni sejra tgħaddi, wara konsultazzjoni ma’ dan il-Kumitat speċjali, għall-appuntamenti, notifikazzjonijiet, bdil reċiproku ta’ informazzjoni u talb għal informazzjoni speċifikata fil-Ftehim.

2. Il-qagħda tal-Komunità fil-Kumitat Imħallat tkun determinata mill-Kummissjoni, wara kosultazzjoni mal-Kumitat speċjali msemmi fil-paragrafu 1."

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-8 ta’ Ottubru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

T. Pedersen

[1] ĠU L 229, 17.08.98, p. 62.

[2] ĠU L 229, 17.08.98, p. 61.

--------------------------------------------------

Top