Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0148

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2002 li tikkonkludi l-konsultazzjonijiet maż-Żimbabwe taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE

    ĠU L 50, 21.2.2002, p. 64–65 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/08/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/148(1)/oj

    32002D0148



    Official Journal L 050 , 21/02/2002 P. 0064 - 0065


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-18 ta’ Frar 2002

    li tikkonkludi l-konsultazzjonijiet maż-Żimbabwe taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE

    (2002/148/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 300(2), it-tieni subparagrafu, tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim tas-sħubija ta’ l-ACP-KE iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 [1], kif tqiegħed f’applikazzjoni provviżorja bid-Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri tat-18 ta’ Settembru 2000, u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) L-elementi essenzjali ċċitati fl-Artikolu 9 tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE inkisru mill-Gvern taż-Żimbabwe.

    (2) Konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE saru fil-11 ta’ Jannar 2002 maż-Żimbabwe, li fihom l-awtoritajiet taż-Żimbabwe spjegaw il-punt di vista tagħhom (il-fehma tagħhom) u għamlu impenji speċifiċi li għadhom insuffiċjenti fir-rigward li jtemmu l-vjolenza, li jsiru elezzjonijiet presidenzali liberi u fieri fid-9 I l-10 ta’ Marzu 2002, b’mod partikolari li jippermettu aċċess għal osservaturi internazzjonali ta’ l-elezzjonijiet u għall-media.

    (3) Avvenimenti reċenti fl-iżvilupp politiku taż-Żimbabwe ttieħdu in konsiderazzjoni, kif ukoll il-fatt li ċerti miżuri importanti dwar l-elementi essenzali tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE għandhom ma kinux implimentati b’mod adegwat. Il-leġislazzjoni restrittiva li kienet adottata reċentement u ż-żieda fil-vjolenza u l-intimidazzjoni ta’ avversarji politiċi jirvinaw serjament il-liberta ta’ espressjoni, ta’ assoċjazzjoni u ta’ ġemgħa paċifika fiż-Żimbabwe,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-konsultazzjonijiet mar-Repubblika taż-Żimbabwe taħt l-Artikolu 96(2)(c) tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE huma b’dan mitmuma.

    Artikolu 2

    Il-miżuri speċifikati fl-ittra annessa huwa b’dan adottati bħala miżuri xierqa fit-tifsira ta’ l-Artikolu 96(2)(c) tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE.

    Dawn il-miżuri għandhom ikunu rrevokati hekk kif ikunu jeżistu kondizzjonijiet li jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tal-prinċipji demokratiċi u ta’ l-istat tad-dritt (regola tal-liġi).

    Dawn il-miżuri għandhom japplikaw għal perjodu ta’ tnax-il xahar. Huma għandhom ikunu rriveduti fi żmien sitt xhur.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Frar 2002.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. PiquÉ I Camps

    [1] ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Brussel, …

    ITTRA LILL-PRESIDENT TAŻ-ŻIMBABWE

    L-Unjoni Ewropea tagħti importanza mill-ikbar lid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9 tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE. Bħala elementi essenzali tal-Ftehim tas-Sħubija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt huma l-bażi tar-relazzjonijiet tagħna.

    Hekk, l-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Ottubru 2001 esprimiet l-ansjeta serja tagħha dwar is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe u ddeċidiet tistieden l-awtoritajiet taż-Żimbabwe għall-konsultazzjonijiet, bil-ħsieb li jassessjaw is-sitwazzjoni fid-dettall u jirrimedjawha.

    Matul dawn il-konsultazzjonijiet, li saru fi Brussel fil-11 ta’ Jannar 2002, l-Unjoni Ewropea rrepetiet l-ansjeta serja tagħha rigward il-vjolenza mmotivata mill-politika, il-liberta tal-media, l-indipendenza tal-ġudikatura, it-tmiem ta’ l-okkupazzjonijiet illegali tar-rziezet (farms) u l-elezzjonijiet liberi u fieri, u kkunsidrat li progress sinifikanti għad baqa’ xi jsir f’dawn iż-żoni.

    L-Unjoni Ewropea kienet fiduċjuża li elezzjonijiet presidenzali liberi u fieri f’Marzu 2002 kellhom iqiegħdu l-pajjiż fit-triq tad-demokrazija, paċi soċjali u rkupru ekonomika fiż-Żimbabwe. Madankollu, hija tinnota li dawn l-aspettazzjonijiet ma ġewx issodisfatti. Kondizzjonijiet minimi maqbula internazzjonalment għal elezzjonijiet liberi u fieri mhumiex qegħdin ikunu ssodisfatti.

    Fid-dawl ta’ dan hawn iktar ‘il fuq, l-Unjoni Ewropea ddeċidiet li ttemm il-konsultazzjonijiet li ssejħu taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE. L-Unjoni ddeċidiet tieħu l-miżuri xierqa li ġejjin, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 96(2)(c) ta’ dak il-Ftehim:

    (a) Il-finanzjament ta’ l-appoġġ għall-budget taħt is-7 u t-8 Programmi Indikattivi Nazzjonali (PIN) ta’ l-EDF taż-Żimbabwe’s huwa sospiż.

    (b) L-appoġġ finanzjarju għall-proġetti kollha huwa sospiż barra dawk ta’ appoġġ dirett għall-populazzjoni, b’mod partikolari s-setturi soċjali.

    (ċ) Il-finanzjament għandu jerġa’ jkun orjentat lejn appoġġ dirett għall-populazzjoni, b’mod partikolari fis-setturi soċjali, demokratizzazzjoni, rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-stat tad-dritt.

    (d) Il-firma tad-9 PIN ta’ l-EDF hija sospiża.

    (e) L-Artikolu 12 ta’ l-Anness 2 tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE huwa sospiż sa fejn huwa rekwiżit għall-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi adottati fuq il-bażi tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea.

    (f) Kontribuzzjonijiet għal operazzjonijiet ta’ natura umanitarja m’għandhomx jintlaqtu.

    (g) Proġetti reġjonali għandhom ikunu vvalutati fuq bażi ta’ każ b’każ.

    Dawn il-miżuri għandhom ikunu rrevokati hekk kif kondizzjonijiet ikunu jeżistu li jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt.

    L-Unjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tieħu miżuri restrittivi addizzjonali.

    L-Unjoni Ewropea għandha ssegwi mill-qrib żviluppi fiż-Żimbabwe u għal darba oħra trid tenfasizza x-xewqa tagħha li ssegwi d-djalogu maż-Żimbabwe, fuq il-bażi tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-ACP-KE.

    Dejjem tiegħek,

    Għall-Kummissjoni

    Għall-Kunsill

    --------------------------------------------------

    Top