Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R2136

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2136/2001 tat-23 ta’ Ottubru 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 723/97 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ azzjoni ta’ l-Istati Membri għall-kontroll tan-nefqa tat-Taqsima Garanziji tal-EAGGF

    ĠU L 288, 1.11.2001, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Impliċitament imħassar minn 32005R1290

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2136/oj

    32001R2136



    Official Journal L 288 , 01/11/2001 P. 0001 - 0002


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2136/2001

    tat-23 ta’ Ottubru 2001

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 723/97 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ azzjoni ta’ l-Istati Membri għall-kontroll tan-nefqa tat-Taqsima Garanziji tal-EAGGF

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi:

    (1) L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 723/97 [3] jipprovdi illi l-Komunità tikkontribwixxi għan-nefqiet miġrura mill-Istati Membri sabiex jimplimentaw il-programmi l-ġodda ta’ azzjoni, li joħorġu mill-obbligi l-ġodda Komunitarji approvati mill-Kummissjoni u mmirati sabiex itejbu l-istrutturi jew l-effettività tal-kontrolli fuq l-infiq tat-Taqsima Garanziji tal-EAGGF. L-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi jipprovdi illi l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja trid tiġi konċessa għal kull sena kalendarja għall-perjodu taż-żmien ta’ ħames snin konsekuttivi li jibdew mis-sena 1997, fil-limitu ta’ l-appropjazzjonjiet annwali awtorizzati mill-awtorità ta’ l-estimi finanzjarji fid-dawl tal-perspettiva finanzjarja.

    (2) Il-Kummissjoni ttrasmettiet lill-Kunsill rapport dwar ir-riżultati ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 723/97 matul il-perjodu taż-żmien mis-sena 1997 sas-sena 2000. Mogħtija r-rapporti ta’ l-istima mħejjija mill-Istati Membri u l-effettività tal-programmi implimentati, il-Kummissjoni tikkunsidra illi l-Istati Membri għandhom jissoktaw jirċievu l-assistenza finanzarja sabiex jimplimentaw il-programmi pprovduti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 723/97.

    (3) B’mod partikolari, minn mindu ġew introdotti metodi tat-teknika ġodda u li jiswew ħafna flus bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1593/2000 tas-17 ta’ Lulju 2000 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3508/92 li jistabbilixxi sistema amministrattiva integrata u tal-kontroll għal ċerti skemi ta’ l-għajnuna Komunitarja [4], fiż-żona tat-titjib tas-sistema ta’ l-identifikazzjoni tal-pakkett agrikolu li jkollu rikors għall-metodu tat-teknika tas-sistema tat-tagħrif ġeografiku u ta’ l-ortofotografija diġitali, kontribuzzjoni Komunitarja hija ġġustifikata għalbiex tkopri parti min-nefqa miġrura mill-Istati Membri fil-qafas tal-programmi l-ġodda ta’ azzjoni li jkopru dan il-qasam. F’dan il-kuntest, huwa approprjat, għar-raġunijiet taċ-ċarrezza legali, li jitħassar l-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 723/97.

    (4) Il-perjodu taż-żmien li matulu l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja tista’ tiġi mħallsa għandu jiġi mġedded b’sentejn.

    (5) Ir-Regolament (KE) Nru 723/98 għandu jiġi emendat kif jixraq,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) No 723/97 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    1. Fl-Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "Madankollu, għal programmi li għandhom x’jaqsmu mas-sena 2002, il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-programmi ta’ azzjoni lill-Kummissjoni għandu jkun il-31 ta’ Jannar 2002."

    2. Fl-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 4(1), l-espressjoni "ħames snin konsekuttivi" għandha tiġi mibdula bl-espressjoni "seba’ snin konsekuttivi".

    3. Fl-Artikolu 5, l-aħħar inċiż għandu jiġi mħassar.

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fit-23 ta’ Ottubru 2001.

    Għall-Kunsill

    A. Neyts-Uyttebroeck

    Il-President

    [1] ĠU C 270 E, tal-25.9.2001, p. 22.

    [2] Opinjoni mogħtija fit-2 ta’ Ottubru 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 108, tal-25.4.1997, p. 6.

    [4] ĠU L 182, tal-21.7.2000, p. 4. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 495/2001 (ĠU L 72, ta’ l-14.3.2001, p. 6).

    --------------------------------------------------

    Top