Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R2022

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2022/2001 tal-15 ta’ Ottubru 2001 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq ta’ l-inbid f’dak li jirrigwardja l-mekkaniżmi tas-suq

ĠU L 273, 16.10.2001, p. 17–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0555

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2022/oj

32001R2022



Official Journal L 273 , 16/10/2001 P. 0017 - 0017


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2022/2001

tal-15 ta’ Ottubru 2001

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq ta’ l-inbid f’dak li jirrigwardja l-mekkaniżmi tas-suq

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 33 tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 tal-25 Lulju 2000 jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1660/2001 [4], ipprovda għall-introduzzjoni ta’ skema ta’ għajnuna għad-distillazzjoni ta’ l-alkoħol potabili mill-inbid. Dik l-iskema kienet introdotta għall-ewwel darba għas-sena ta’ l-inbid 2000/01. Tibdiliet huma meħtieġa in vista ta’ l-esperjenza akkwistata matul l-ewwel sena ta’ l-applikazzjoni. Partikolarment, biex tassigura proċedura aktar stabbli matul is-sena, id-distillazzjoni għandha tkun miftuħa f’diveri lottijiet separati.

(2) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huwa bi qbil ma’ l-opinjoni tal- Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud mal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000:

"Għas-sena ta’ l-inbid 2001/02 id-distillazzjoni għandha tkun miftuħa għall-perijodu mis-16 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Novembru. Il-kwantità massima li għaliha l-kuntratti jew id-dikjarazzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 65 jistgħu jkunu konklużi hija ta’ 7 miljun hl. Il-Kummissjoni għandha sussegwentament tiftaħ kwantitajiet addizzjonali matul wieħed jew aktar perijodi li għandhom ikunu definiti li qbil mal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999."

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Ottubru 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1.

[2] ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2.

[3] ĠU L 194, tal-31.7.2000, p. 45.

[4] ĠU L 221, tas-17.8.2001, p. 8.

--------------------------------------------------

Top