Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1669

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1669/2001 tal-20 ta' Awissu 2001 li jemenda l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1917/2000 li jniżżel ċerti disposizzjonijiet għal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 rigward Statistiċi fuq Kummerċ esternTest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 224, 21.8.2001, p. 3–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32010R0113

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1669/oj

    32001R1669



    Official Journal L 224 , 21/08/2001 P. 0003 - 0003


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1669/2001

    tal-20 ta' Awissu 2001

    li jemenda l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1917/2000 li jniżżel ċerti disposizzjonijiet għal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 rigward Statistiċi fuq Kummerċ estern

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    B'rigward għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    B'rigward għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 tat-22 ta' Mejju 1995 dwar l-istatistika li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' l-oġġetti mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha ma' pajjiżi mhux Membri [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 374/98 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 21 ta' dan,

    Billi:

    (1) L-użu ta' threshold għal kull transazzjoni ta' statistiċi ta' kummerċ estern jistgħa jħalli fondi apprezzabbli fuq l-ispejjez għal ġbir ta'l-informazzjoni, għall-ispejjeż ta' telf limitat ta' preċiżjoni.

    (2) Konsiderazzjoni sħiħa ta' statistiċi ta' kummerċ estern irid ikun assigurat, b'mod partikolari fl-użu tagħhom fil-livell macro ekonomiku biex jistabilixxi kontijiet nazzjonali u l-bilanċ ta' pagamenti. L-użu ta' threshold statistiku irid għalhekk ikun kompensat għaliħ bi stima tad-data taħt it-threshold.

    (3) L-ammont ta' threshold ta' statistiċi kien kalkolat b'mod li jilħaq bis-sħiħ l-għanijiet ta' tfaddil fl-ispejjeż ta' kollezzjoni, u jieħdu akkont tat-tendenzi fil-prezzijiet u jirispettaw ir-relevanza u l-preċiżjoni ta'l-istatistiċi ppubblikati skond in-Nomenkaltura Kombinata.

    (4) Proċeduri oħrajn li jħallu l-piż ta' kollezzjoni ta' data tkun simplifikata u limitata mingħajr effett fuq il-kwalità, per eżempju l-użu ta' dikjarazzjonijiet elettroniċi. Applikazzjoni ta' threshold statistiku irid għalhekk jibqa bħala għażla.

    (5) Il-miżuri li hemm provdut f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat fuq Statistiċi ta' Kummerċ Estern,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1917/2000 [3] se jkun mibdul b'dan li ġej:

    "Artikolu 3

    1. It-threshold statistiku imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku se jkun imwaħħal, għal-kull tip ta' oġġett, sabiex l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet aktar minn EUR 1000 f'valur jew 1000 kg f'massa netta se jkunu miġbura għal-produzzjoni ta' statistiċi ta' kummerċ ta' barra.

    2. Applikazzjoni mill-Istati Membri tat-threshold imsemmi fil-paragrafu 1 se jibqa bħala għażla.

    3. l-informazzjoni trasmessa perjodikament mill-Istati Membri li japplikaw threshold statistiku se jkun aġġustat sabiex il-valur ta'l-kummerċ li jinstab taħt it-threshold jkun inkluż fl-istatistiċi tal-kummerċ estern, għall-inqas għal-prodotti sħaħ.

    Fin-nuqqas ta' armonija fid-disposizzjonijiet adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura imniżżla fl-Artikolu 21 tar-Regolament Bażiku, kull Stat Membri se juża l-metodu ta' aġġustament li jikkonsidra l-aktar xieraq.

    4. L-Istati Membri li japplikaw threshold statistiku se jinformaw il-Kummissjoni fuq l-ammont ta' dak it-threshold u l-metodu ta' aġġustament użat."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fl-20 jum minn wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Se japplika mill-1 ta' Jannar 2002.

    Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Sar fil-Brussel, 20 ta' Awissu 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Pedro Solbes Mira

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 118, tal-25.5.1995, p. 10.

    [2] ĠU L 48, tad-19.2.1998, p. 6.

    [3] ĠU L 229, tad-9.9.2000, p. 14.

    --------------------------------------------------

    Top