This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R0312
Commission Regulation (EC) No 312/2001 of 15 February 2001 laying down detailed rules of application for the importation of olive oil originating in Tunisia and derogating from certain provisions of Regulations (EC) No 1476/95 and (EC) No 1291/2000
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 312/2001 tal-15 ta’ Frar 2001 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej mit-Tuneżija u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1476/95 u (KE) Nru 1291/2000
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 312/2001 tal-15 ta’ Frar 2001 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej mit-Tuneżija u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1476/95 u (KE) Nru 1291/2000
ĠU L 46, 16.2.2001, p. 3–4
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R1918
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogation | 31995R1476 | Deroga | ART3 | 01/01/2001 | |
Derogation | 32000R1291 | Deroga | ART35.2 | 01/01/2001 | |
Derogation | 32000R1291 | Deroga | ART8.4 | 01/01/2001 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32004R0406 | Sostituzzjoni | artikolu 3.2 | 01/05/2004 | |
Modified by | 32005R1721 | Sostituzzjoni | artikolu 1.1 | 01/05/2004 | |
Derogated in | 32006R0661 | deroga parzjali | artikolu 1.2 | 31/10/2006 | |
Repealed by | 32006R1918 |
Official Journal L 046 , 16/02/2001 P. 0003 - 0004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 312/2001 tal-15 ta’ Frar 2001 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej mit-Tuneżija u li jidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1476/95 u (KE) Nru 1291/2000 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/822/KE tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar il-miżuri reċiproċi tal-liberalizzazzjoni u l-emenda għall-Protokolli Agrikoli tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ l-UE/it-Tuneżija [1], Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 [3] Billi: (1) Id-Deċiżjoni 2000/822/KE tintroduċi skema speċjali taħt l-Artikolu 3 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim għall-importazzjoni fil-Komunità, b’rata ta’ żero dazju, ta’ kwota taż-żejt taż-żebbuġa li taqa’ taħt il-kodiċi tal-NM 1509 u 1510, miksuba kollha mit-Tuneżija u miġjuba direttament minn hemm lejn il-Komunità. (2) Il-provista taż-żejt taż-żebbuġa għas-suq tal-Komunità tippermetti li l-kwantità proposta tkun imqassma bħala prinċipju mingħajr tfixkil lis-suq, jekk kemm-il darba l-importazzjonijiet ma jkunux ikkonċentrati fuq il-perjodu qasir tas-sena tal-promozzjoni iżda minflok huma mqassma bejn Jannar u Ottubru. Għandha ssir dispożizzjoni għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni li għandhom jinħarġu fil-perjodu in kwestjoni skond skeda fix-xahar. (3) Għall-amministrazzjoni tajba tal-kwantità in kwestjoni, il-mekkaniżmu għandu jinħoloq biex jinkoraġġixxi l-operaturi ħalli minnufih jirritornaw lura l-liċenzji li mhux se jużaw lill-aġenziji li ħarġuhom. Huwa wkoll meħtieġ illi jinħoloq mekkaniżmu li jinkoraġixxi l-operaturi biex jirritornaw il-liċenzji wara li jiskadu lill-aġenzija li ħarġithom sabiex il-kwantitajiet mhux użati jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw. (4) Iż-żejt importat mit-Tuneżija taħt l-iskema speċjali ma jistax jaqbeż il-kwantità stabbilita. Għalhekk, it-tolleranza mniżżla fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jniżżel ir-regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati bil-quddiem li jitwaħħlu għall-prodotti agrikoli(4) m’għandhomx jgħoddu. (5) Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati speċjali dwar l-importazzjonijiet. Hemm bżonn partikolarment li jkun iffissat il-perjodu tal-validità tal-liċenzji u l-ammont tal-garanzija applikabbli, minkejja l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1476/95(5). (6) Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija taż-Żjut u x-Xaħmijiet, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 1. Mill-1 ta’ Jannar kull sena, il-kwota taż-żejt taż-żebbuġa mhux ittrattat li taqa’ fil-kodiċi tal-KN 15091010 u 15091090 miksuba kollha mit-Tuneżija u ttrasportata diretta minn dak il-pajjiż lejn il-Komunità, li hija stabbilita fl-Artikolu 3 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim Euro-Mediterranju li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn parti waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, mill-parti l-oħra, tista’ tkun importata b’rata ta’ żero dazju. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni jinħarġu sal-limitu tal-kwota mniżżla għal kull sena. 2. Għal kull sena u mingħajr preġudizzju għal-limitu mniżżel għall-kwota tat-tariffi li jkollhom in-numru serjali 09.4032, il-liċenzji jistgħu jinħarġu skond il-kondizzjonijiet imniżżla fl-ewwel paragrafu, sa limitu ta’: - 1000 tunellata metrika għal kull xahar ta’ Jannar u Frar, - 4000 tunellata metrika għax-xahar ta’ Marzu, - 8000 tunellata metrika għax-xahar ta’ April, - 10000 tunellata metrika għal kull xahar minn Mejju sa Ottubru. Jekk waħda mill-kwantitajiet tax-xahar irriferuta fil-paragrafu ta’ qabel ma tintużax kollha fix-xahar in kwestjoni, li jibqa’ minn dik il-kwantità jista’ jintuża fix-xahar ta’ wara, meta l-kwantità għal dak ix-xahar tispiċċa, iżda ma tistax titmexxa għal wara. 3. Għall-iskopijiet biex tkun ikkalkolata l-kwantità awtorizzata kull xahar, meta ġimgħa tibda f’xahar wieħed u tispiċċa fix-xahar ta’ wara, għandha tkun meqjusa parti minn dak ix-xahar li fih jaqa’ l-Ħamis. L- Artikolu 2 1. Bil-ħsieb li tkun applikata l-eżenzjoni mid-dazju tad-dwana msemmija fl-Artikolu 1, l-importaturi għandhom jagħmlu applikazzjoni għal liċenzja ta’ l-importazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri. It-tali applikazzjonijiet iridu jkunu akkumpanjati b’kopja tal-kuntratt tax-xiri konkluż ma’ l-esportatur Tuneżin. 2. L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni jsiru t-Tnejn u t-Tlieta ta’ kull ġimgħa u l-Istati Membri javżaw lill-Kummissjoni ġurnata xogħol wara bl-informazzjoni li jkun fihom. 3. Il-Kummissjoni tħejji total kull ġimgħa tal-kwantitajiet li għalihom saru l-applikazzjonijiet għall-importazzjoni. Fejn hemm ir-riskju li l-kwota ta’ kull xahar tkun ittieħdet kollha, il-Kummissjoni tillimita l-ħruġ tal-liċenzji fil-proporzjon tal-kwantità disponibbli u, jekk ikun il-każ, tavża lill-Istati Membri li l-kwantità massima mniżżla għas-sena ntlaħqet. 4. Il-liċenzji jinħarġu fit-tielet ġurnata xogħol wara dik tan-notifikazzjoni rriferuta fil-paragrafu 2, jekk kemm-il darba il-Kummissjoni ma tkunx ħadet xi miżuri f’dak il-perjodu. L- Artikolu 3 1. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni kif pprovduti fl-Artikolu 1(1) ikunu validi għal 60 ġurnata mid-data tal-ħruġ skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000. 2. Sezzjoni 20 tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni kif ipprovdut fl-Artikolu 1(2) ikollha waħda mill-entrati li ġejjin: "Derecho de aduana fijado por la Decisión 2000/822/CE del Consejo Told fastsat ved Rådets afgørelse 2000/822/EF Zoll gemäß Beschluss 2000/822/EG des Rates Δασμός που κα ορίστηκε από την απόφαση του Συμβουλίου 2000/822/EK Customs duty fixed by council Decision 2000/822/EC Droit de douane fixé par la décision du Conseil 2000/822/CE Dazio doganale fissato dalla decisione 2000/822/CE del Consiglio Bij Besluit 2000/822/EG van de Raad vastgesteld douanerecht Direito aduaneiro fixado pela Decisão 2000/822/CE do Conselho Neuvoston päätöksessä 2000/822/EY vahvistettu tulli Tull fastställd genom rådets beslut 2000/822/EG" 3. Minkejja l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-kwantità rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ma tistax taqbeż dik indikata fis-sezzjonijiet 17 u 18 tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni. Il-figura "0" tiddaħħal fis-sezzjoni 19 tal-liċenzja għal dak l-iskop. L- Artikolu 4 1. Minkejja r-Regolament (KE) Nru 1476/95, il-garanzija għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni tkun ta’ 15-il EUR għal kull 100kg nett. 2. Minkejja l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000: - jekk il-liċenzja tittieħed lura lill-aġenzija li ħarġitha fi żmien ta’ perjodu li jiġi daqs l-ewwel żewġ terzi tal-validità tagħha, il-garanzija mitlufa titnaqqas b’40 %, - jekk il-liċenzja tittieħed lura lill-aġenzija li ħarġitha fi żmien ta’ perjodu li jiġi daqs l-aħħar terz tal-validità tagħha, jew fi 15-il ġurnata minn meta teskadi, il-garanzija mitlufa titnaqqas b’25 %. 3. Minkejja r-restrizzjonijiet fuq il-kwantità fl-Artikolu 1, il-kwantitajiet fuq liċenzji li nġiebu lura skond il-paragrafu 2 jistgħu jkunu allokati mill-ġdid. Meta jkunu avżati l-kwantitajiet fil-ġimgħa rriferuti fl-Artikolu 2(2), l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet li għalihom inġiebu lura l-liċenzji mid-data tan-notifikazzjoni ta’ qabel lil hawn dwar dan. L- Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Jibda jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2001. Dar-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Frar 2001. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 336, tat-30.12.2000, p. 92. [2] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66. [3] ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2. --------------------------------------------------