Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0033

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/33/KE tat-8 ta’ Mejju 2001 li temenda ċerti annessi mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-prodotti mill-pjanti u kontra l-firxa tagħhom ġewwa l-Komunità

    ĠU L 127, 9.5.2001, p. 42–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/33/oj

    32001L0033



    Official Journal L 127 , 09/05/2001 P. 0042 - 0044


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/33/KE

    tat-8 ta’ Mejju 2001

    li temenda ċerti annessi mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-prodotti mill-pjanti u kontra l-firxa tagħhom ġewwa l-Komunità

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-prodotti mill-pjanti u kontra l-firxa tagħhom ġewwa l-Komunità [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 14(ċ) tagħha,

    Wara li kkunsidrat it-talbiet magħmula mid-Danimarka, Franza, l-Irlanda, l-Italja, l-Awstrija, il-Portugall u r-Renju Unit,

    Billi:

    (1) Mit-tagħrif fornit mir-Renju Unit u mill-Isvezja jidher illi wara rijorganizzazzjoni tal-gvernijiet lokali, għandha tiġi mmodifikata d-deskrizzjoni korrenti taż-żoni protetti rispettivi rigward id-Dendroctonus micans Kungelan u l-Leptinotarsa decemlineata Say.

    (2) Għandhom jiġu mmodifikati ċerti dispożizzjonijiet dwar il-miżuri protettivi fid-Danimarka kontra l-Bemisia tabaci Genn. (il-popolazzjonijiet Ewropej) u l-virus tal-marda li ddebbel it-tadam imtabba’, fil-Portrugall kontra l-Gonipterus scutellatus Gyll., fir-Renju Unit u l-Irlanda kontra l-Pissodes spp. (Ewropea), u fi Franza, l-Italja u l-Awtrija kontra l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al sabiex titiqies id-distribuzzjoni preżenti ta’ dawn l-organiżmi fil-pajjiżi rispettivi.

    (3) L-emendi huma bi qbil mat-tweġibiet ta’ l-Istati Membri interessati.

    (4) Il-miżuri provvduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    L- Artikolu 1

    L-Annessi minn I sa IV mad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati skond l-Anness ma’ din id-Direttiva.

    L- Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-21 ta’ Mejju 2001. Għandhom jibdew japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-22 ta’ Mejju 2001. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jkunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet essenzali tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra bihom.

    L- Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandha tibda tapplika mit-22 ta’ Mejju 2001.

    L- Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-8 ta’ Mejju 2001.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 169, tal-10.7.2000, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    1. Fil-punt 1 tal-Parti B(a) ta’ l-Anness 1, titħassar id-"DK" fil-kolonna tal-lemin.

    2. Fil-punt 3 tal-Parti B(a) ta’ l-Anness 1, it-test fil-kolonna tal-lemin jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "E (Ibiza u Menorca) IRL, P (l-Azores u l-Madeira), FI (id-distretti ta’ Åland, Häme, Kymi, Pirkanmaa, Satakunta, Turku, Uusimaa), S (il-pajjiżi ta’ Blekinge, Gotlands, Halland, Kalmar and Skåne), UK"

    .

    3. Fil-punt 2 tal-Parti B(b) ta’ l-Anness 1, titħassar id-"DK" fil-kolonna tal-lemin.

    4. Fil-punt 3 tal-Parti B(a) ta’ l-Anness 1, it-test fil-kolonna tal-lemin jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "EL, IRL, UK (L-Iskozja, l-Irlanda ta’ Fuq, Jersey, l-Ingilterra: il-kontej, distretti u awtoritajiet unitarji li ġejjin: Barnsley, Bath u Somerset tal-Grigal, Bedfordshire, Bournemouth, Bracknell Forest, Bradford, Bristol, Brighton u Hove, Buckinghamshire, Calderdale, Cambridgeshire, Cornwall, Cumbria, Darlington, Devon, Doncaster, Dorset, Durham, l-East Riding ta’ Yorkshire, Sussex tal-Lvant, Essex, Gateshead, London fil-kobor tagħha, Hampshire, Hartlepool, Hertfordshire, Kent, Kingston fuq ix-xmara Hull, Kirklees, Leeds, Leicester City, Lincolnshire, Luton, Medway Council, Middlesbrough, Milton Keynes, Newbury, Newcastle fuq ix-xmara Tyne, Norfolk, Northamptonshire, Northumberland, Lincolnshire tat-Tramuntana, Lincolnshire tal-Grigal, it-Tyneside tat-Tramuntana, Somerset tal-Majjistral, il-Belt ta’ Nottingham, Nottinghamshire, Oxfordshire, Peterborough, Plymouth, Poole, Portsmouth, Reading, Redcar u Cleveland, Rochdale, Rotherham, Rutland, Sheffield, Slough, Somerset, Southend, Southampton, it-Tyneside tan-Nofs in-Nhar, Stockton fuq ix-xmara Tees, Suffolk, Sunderland, Surrey, Swindon, Thurrock, Torbay, Wakefield, Sussex tal-Punent, Windsor u Maidenhead, Wokingham, York, l-Isle of Man, l-Isle of Wight, il-Gżejjer Scilly, u l-partijiet tal-kontej, distreti u awtritajiet unitarji li ġejjin: il-Belt ta’ Derby: dik il-parti ta’ l-awtorità unitarja li tinsab lejn it-tramuntana tal-limiti tat-Tramuntana tat-triq A52 flimkien ma’ dik il-parti ta’ l-awtorità unitarja li tinsab lejn it-tramuntana tat-triq A6(T); Derbyshire: dik il-parti ta l-awtorita unitarja li tinsab lejn it-tramuntana tal-limiti tat-Tramuntana tat-triq A52 flimkien ma dik il-parti ta’ l-awtorita unitarja li tinsab lejn it-tramuntana tat-triq A6(T); Derbyshire: dik il-parti tat-triq li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-Lvant tat-Triq Rumana Fosse; Leicestershire: dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn il-lvant tallimiti tal-Lvant tat-triq Rumana Fosse, flimkien ma’ dik il-parti talkontea li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-lvant tat-triq B4114, u dik il-parti tal-kontea li tindab lejn il-lvant tal-limiti tal-;vant tal-motorway M1; Yorkshire tat-Tramuntana: il-kontea kollha. Għajr dik il-parti tal-kontea li fiha d-distrett ta’ Craven; Gloucestershire tan-Nofs in-Nhar: dik il-parti ta’ l-awtorita unitarja li tinsab lejn in-nofs in-nhar tal-limiti ta’ nofs in-nhar ta’ l-M4; Warwickshire: dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-lvant tat-triq Rumana Fosse; Wiltshire: dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn in-nofs in-nhar tal-limiti tan-nofs in-nhar tal-motorway M4, u dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-lvant tat-triq Rumana Fosse)."

    .

    5. Fil-punt 5 tal-Parti B(a) ta’ l-Anness 1, it-test fil-kolonna tal-lemin jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "EL, P (l-Azores; id-distrett ta’ Beja: il-concelhos kollha; id-distrett ta’ Casatelo Branco: il-concelhos ta’ Castelo Branco, Fundão u Penamacôr, Idanha-a-Nova; id-distrett ta’ Évora bl-eċċezzjoni tal-concenlhos de Montemor-O-Novo, Mora u Vendas Novas; id-distrett ta’ Faro: il-concelhos kollha; id-distrett ta’ Porta Alegre: il-concelhos ta’ Arronches, Campo Maior, Elvas, Fronteira, Monforte u Sousel)."

    6. Fil-Parti B(a) ta’ l-Anness II, jitħassar il-punt 8.

    7. Fil-punt 2 tal-Parti (B)(b) ta’ l-Anness II, it-test fil-kolonna tal-lemin jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "E, F (Corsica), IRL, I (l-Abruzzi; Basilicata; il-Calabria; il-Campania; l-Emilia-Romagna; il-provinċji ta’ Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; il-Friuli-Venezia Giulia; il-Lazio; il-Liguria; il-Lombardija; il-Marche; il-Molise; il-Piemonte; l-Apulia, Sardinia, Sqallija; it-Toscana; it-Trentino-Alto Adige: il-provinċji awtonomi ta’ Bolzano u Trento; l-Umbria; il-Valle d’Aosta; il-Veneto), A (Burgenland, Corinthia, L-Awstrija tan-Nofs in-Nhar, it-Tirol tal-Lvant, Styria, Vjenna), P, FI, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man u ċ-Channel Islands)."

    8. Fil-punt 1 tal-Parti B ta’ l-Anness III, it-test fil-kolonna tal-lemin jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "E, F (Corsica), IRL, I (l-Abruzzi; il-Basilicata; il-Calabria; il-Campania; l-Emilia-Romagna; il-provinċji ta’ Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; il-Friuli-Venezia Giulia; il-Lazio; il-Liguria; il-Lombardija; il-Marche; il-Molise; il-Piemonte; l-Apulia, Sardinia, Sqallija; it-Toscana; it-Trentino-Alto Adige il-provinċji awtonomi ta’ Bolzano u Trento; l-Umbria; il-Valle d’Aosta; il-Veneto), A (Burgenland, Corinthia, l-Awstrija tan-Nofs in-Nhar, it-Tirol tal-Lvant, Styria, Vjenna), P, FI, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man u ċ-Channel Islands)."

    9. Fil-punti 1, 7 u 14.1 tal-Parti B ta’ l-Anness IV, it-test fil-kolonna tal-lemin jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "EL, IRL, UK (L-Iskozja, l-Irlanda ta’ Fuq, Jersey, l-Ingilterra: il-pajjiżi, distretti u awtoritajiet unitarji li ġejjin: Barnsley, Bath u Somerset tal-Grigal, Bedfordshire, Bournemouth, Bracknell Forest, Bradford, Bristol, Brighton u Hove, Buckinghamshire, Calderdale, Cambridgeshire, Cornwall, Cumbria, Darlington, Devon, Doncaster, Dorset, Durham, l-East Riding ta’ Yorkshire, Sussex tal-Lvant, Essex, Gateshead, London fil-kobor tagħha, Hampshire, Hartlepool, Hertfordshire, Kent, Kingston fuq ix-xmara Hull, Kirklees, Leeds, Leicester City, Lincolnshire, Luton, il-Kunsill ta’ Medway, Middlesbrough, Milton Keynes, Newbury, Newcastle fuq ix-xmara Tyne, Norfolk, Northamptonshire, Northumberland, Lincolnshire tat-Tramuntana, Lincolnshire tal-Grigal, it-Tyneside tat-Tramuntana, Somerset tal-Majjistral, il-Belt ta’ Nottingham, Nottinghamshire, Oxfordshire, Peterborough, Plymouth, Poole, Portsmouth, Reading, Redcar u Cleveland, Rochdale, Rotherham, Rutland, Sheffield, Slough, Somerset, Southend, Southampton, it-Tyneside tan-Nofs in-Nhar, Stockton fuq ix-xmara Tees, Suffolk, Sunderland, Surrey, Swindon, Thurrock, Torbay, Wakefield, Sussex tal-Punent, Windsor u Maidenhead, Wokingham, York, l-Isle of Man, l-Isle of Wight, il-Gżejjer Scilly, u l-partijiet tal-kontej, distretti u awtoritajiet unitarji li ġejjin: il-Belt ta’ Derby: dik il-parti ta’ l-awtorità unitarja li tinsab lejn it-tramuntana tal-limiti tat-tramuntana tat-triq A52(T) flimkien ma’ dik il-parti ta’ l-awtorità unitarja li tinsab lejn it-tramuntama tal-limiti tat-tramuntana tat-triq A52(T), u dik il-parti tal-kontea li tinsab fil-limiti tat-tramuntana tat-triq A6(T); Gloucestershire: dik il-parti tat-triq li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-lvant tat-Triq Rumana Fosse; Leicestershire: dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-lvant tat-triq Rumana Fosse, flimkien ma’ dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-lvant tat-triq B4114, u dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-lvant tal-motorway M1; Yorkshire tat-Tramuntana: il-kontea kollha, għajr dik il-parti tal-kontea li fiha d-distrett ta’ Craven; Gloucestershire tan-Nofs in-Nhar: dik il-parti ta’ l-awtorità unitarja li tinsab lejn in-nofs in-nhar tal-limiti tan-nofs in-nhar ta’ l-M4; Warwickshire: dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-lvant tat-triq Rumana Fosse; Wiltshire: dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn in-nofs in-nhar tal-limiti tan-nofs in-nhar tal-motorway M4, u dik il-parti tal-kontea li tinsab lejn il-lvant tal-limiti tal-lvant tat-triq Rumana Fosse)"

    .

    10. Fil-Parti B ta’ l-Anness IV, jitħassru l-punti 6.1, 13 u 14.8.

    11. Fil-punt 19 tal-Parti B ta’ l-Anness IV, it-test fil-kolonna tal-lemin jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "EL, P (l-Azores; id-distrett ta’ Beja: il-concelhos kollha; id-distrett ta’ Casatelo Branco: il-concelhos ta’ Castelo Branco, Fundão u Penamacôr, Idanha-a-Nova; id-distrett ta’ Évora bl-eċċezzjoni tal-concenlhos de Montemor-O-Novo, Mora u Vendas Novas; id-distrett ta’ Faro: il-concelhos kollha; id-distrett ta’ Portalegre: il-concelhos de Arronches, Campo Maior, Elvas, Fronteira, Monforte u Sousel)"

    .

    12. Fil-punt 21 tal-Parti B ta’ l-Anness IV, it-test fil-kolonna tal-lemin jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "E, F (Corsica), IRL, I (l-Abruzzi; il-Basilicata; il-Calabria; il-Campania; l-Emilia-Romagna; il-provinċji ta’ Forlí-Cesena, Parma, Piacenza u Rimini; il-Friuli-Venezia Giulia; il-Lazio; il-Liguria; il-Lombardija; il-Marche; il-Molise; il-Piemonte; l-Apulia, Sardinia, Sqallija; it-Toscana; it-Trentino-Alto Adige: il-provinċji awtonomi ta’ Bolzano u Trento; l-Umbria; il-Valle d’Aosta; il-Veneto), A (Burgenland, Corinthia, L-Awstrija tan-Nofs in-Nhar, it-Tirol tal-Lvant, Styria, Vjenna), P, FI, UK (l-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man u ċ-Channel Islands)"

    .

    13. Fil-punt 24 tal-Parti B ta’ l-Anness 1V, titħassar id-"DK" fil-kolonna tal-lemin.

    --------------------------------------------------

    Top