EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0861

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Novembru 2001 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dokumenti finalizzati u eżaminati bir-reqqa fid-dawl tal-possibiltà li jkun hemm inklużjoni ta’ Laminarin u Novaluron f’Anness I li jinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti (notifikat taħt id-Dokument numru Ċ(2001)3761)Test b’rilevanza għall-EEA

ĠU L 321, 6.12.2001, p. 34–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 11/04/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/861/oj

32001D0861



Official Journal L 321 , 06/12/2001 P. 0034 - 0035


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta’ Novembru 2001

li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tad-dokumenti finalizzati u eżaminati bir-reqqa fid-dawl tal-possibiltà li jkun hemm inklużjoni ta’ Laminarin u Novaluron f’Anness I li jinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti

(notifikat taħt id-Dokument numru Ċ(2001)3761)

(Test b’rilevanza għall-EEA)

(2001/861/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001 49/KE [2], u b’mod partikolari Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 91/414/KEE tipprovdi għall-iżvilupp ta’ lista tal-Komunità ta’ sustanzi attivi awtorizzati biex jiġu inkorporati fi prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti.

(2) Dokument għas-sustanza attiva Novaluron ġie mressaq mill-Makhteshim Agan Ltd, Renju Unit, lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fid-29 ta’ Marzu 2001 b’applikazzjoni sabiex tiġi akkwistata l-inklużjoni tagħha f’Anness I li jinsab mad-Direttiva 91/414/KEE. Għas-sustanza attiva Laminarin ġiet imressqa applikazzjoni mill-Laboratorji Goëmar SA, Franza, lill-awtoritajiet tal-Belġju fid-29 ta’ Marzu 2001.

(3) L-awtoritajiet Ingliżi u Belġjani urew lill-Kummissjoni li, fuq eżami preliminarju, id-dokumenti għas-sustanzi attivi konċernati jidhru li jissodisfaw il-ħtieġiet ta’ l-informazzjoni mitluba f’Anness II li jinsab mad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dokumenti li ġew imressqa jidhru wkoll li jissodisfaw l-informazzjoni mitluba f’Anness III li jinsab mad-Direttiva 91/414/KEE f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prodott wieħed ta’ protezzjoni għall-pjanti li fih is-sustanza attiva konċernata. Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dokumenti ġew sussegwentement imressqa mill-applikanti rispettivi quddiem il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra u ġew riferiti lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti.

(4) Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun formalment konfermat fil-livell tal- Komunità li d-dokumenti jissodisfaw fil-prinċipju il-ħtieġiet tat-tagħrif u l-informazzjoni provduta f’Anness II u, għall-inqas għal prodott wieħed ta’ protezzjoni għall-pjanti li fih is-sustanza attiva konċernata il-ħtieġiet t’Anness III li jinsab mad-Direttiva 91/414/KEE.

(5) Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tippreġudika d-dritt tal-Kummmissjoni li titlob lill-applikant sabiex jibgħat iktar tagħrif u informazzjoni lill-Istat Membru maħtur bħala rapporteur f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sustanza partikolari sabiex jiġu ċċarati xi punti fid-dokument.

(6) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-dokumenti li jikkonċernaw is-sustanzi attivi identifikati fl-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni, li kienu ntbagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex tinkiseb l-inklużjoni ta’ dawk is-sustanzi f’Anness I li jinsab mad-Direttiva 91/414/KEE, jissodisfaw fil-prinċipju l-ħtieġiet tat-tagħrif u l-informazzjoni stipulati f’Anness II li jinsab mad-Direttiva 91/414/KEE.

Id-dokumenti jissodisfaw ukoll il-ħtieġiet tat-tagħrif u l-informazzjoni stipulati f’Anness III li jinsab mad-Direttiva 91/414/KEE f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prodott wieħed ta’ protezzjoni għall-pjanti u li fih is-sustanza attiva, waqt li jingħata kont ta’ l-użi proposti.

Artikolu 2

Ir-rapporteur ta’ l-Istati Membri għandu jsegwi l-eżami dettaljat dwar id-dokumenti u għandu jirraporta l-konklużjonijiet ta’ l-eżami tagħhom flimkien ma’ xi rakkomandazzjonijiet li jista’ jkun hemm fir-rigward ta’ l-inklużjoni jew in-non inklużjoni tas-sustanza attiva konċernata f’Anness I li jinsab mad-Direttiva 91/414/KEE kif ukoll kull kondizzjoni relatata magħhom lill-Kummissjoni mill-iktar fis possibbli u l-aktar tard fi żmien sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Novembru 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[2] ĠU L 176, tad-29.6.2001, p. 61.

--------------------------------------------------

ANNESS

SUSTANZI ATTIVI KONĊERNATI MA DIN ID-DEĊIŻJONI

Nru. | Isem komuni, numru ta' identifikazzjoni CIPAC | Notifikatur | Data ta' l-applikazzjoni | Rapporteur Stat Membru |

1 | Novaluron CIPAC Nru. 672 | Makhteshim Agan Ltd, Renju Unit | fid-29 ta' Marzu 2001. | Renju Unit |

2 | Laminarin CIPAC Nru. 671 | Laboratorji Goëmar SA, Franza | fid-29 ta' Marzu 2001. | Belġju |

--------------------------------------------------

Top