Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0508

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2001 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mar-Regolament Nru 106 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tyres pnewmatiċi għall-vetturi għall-agrikoltura u l-karrijiet tagħhom

    ĠU L 183, 6.7.2001, p. 36–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/508/oj

    32001D0508



    Official Journal L 183 , 06/07/2001 P. 0036 - 0036


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-26 ta' Ġunju 2001

    dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mar-Regolament Nru 106 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tyres pnewmatiċi għall-vetturi għall-agrikoltura u l-karrijiet tagħhom

    (2001/508/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-għan ta' l-adezzjoni mill-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li tikkonċerna l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu ikunu mmuntati fuq u/jew użati fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għal rikonoxximenti reċiproċi moghtija fuq il-bażi ta' dawk il-preskrizzjonijiet ("Il-Ftehim Rivedut tal-1958") [1], u partikolarment l-Artikolu 3(3) u t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [2],

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew [3],

    Billi:

    (1) Il-ħtiġiet standard tar-Regolament Nru 106 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tyres prewmatiċi għal vetturi għall-agrikoltura u l-karrijiet tagħhom huma ntiżi biex ineħħu l-barrieri tekniċi għall-kummerċ fil-vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontrattwanti fir-rigward tat-tyres u biex jassigura livell għoli ta' sigurtà u protezzjoni ambjentali.

    (2) Ir-Regolament Nru 106 kien ġie nnotifikat lill-Partijiet Kontrattwanti u kien daħal fis-seħħ fir-rigward tal-Partijiet Kontrattwanti kollha li ma kienux ippreżentaw avviż tan-nuqqas ta' qbil tagħhom sad-data jew sad-dati speċifikati hemmhekk bħala Regolament miżjud mal-Ftehim Revedut tal-1958.

    (3) Ir-Regolament Nru 106 għandu jkun inkorporat fis-sistema ta' l-approvazzjoni tal-Komunità għat-tratturi għall-agrikoltura u tal-forestrija u għandu għalhekk ikun miżjud mal-leġislazzjoni fis-seħħ fi ħdan il-Komunità,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu uniku

    Il-Komunità Ewropea għandha taderixxi mar-Regolament Nru 106 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni tat-tyres pnewmatiċi għal-vetturi għall-agrikoltura u l-karrijiet tagħhom.

    It-test ta' dan ir-Regolament huma mehmuż ma' din id-Deċiżjoni [4].

    Magħmula fil-Lussemburgu, fis-26 ta' Ġunju 2001.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    T. Östros

    [1] ĠU L 346, tas-17.12.1997, p. 78.

    [2] ĠU C 274 E, tas-26.9.2000, p. 34.

    [3] Il-kunsens moghti fil-15 ta' Mejju 2001 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [4] Dan ir-Regolament għandu jkun ippubblikat fil-futur fil-Ġurnal Uffiċjali.

    --------------------------------------------------

    Top