EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0027

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Diċembru 2000 li temenda d-Deċiżjoni 92/160/KEE dwar l-importazzjonijiet ta’ żwiemel mill-Brażil (notifikata taħt id-dokument numru Ċ(2000) 4145)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 6, 11.1.2001, p. 20–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2004; Impliċitament imħassar minn 32004D0211

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/27(1)/oj

32001D0027



Official Journal L 006 , 11/01/2001 P. 0020 - 0020


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta’ Diċembru 2000

li temenda d-Deċiżjoni 92/160/KEE dwar l-importazzjonijiet ta’ żwiemel mill-Brażil

(notifikata taħt id-dokument numru Ċ(2000) 4145)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2001/27/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjonijiet ta’ żwiemel minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari Artikoli 13(2) tagħha,

Billi:

(1) Skond il-leġislazzjoni tal-Komunità, l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw żwiemel minn pajjiżi terzi jew fil-każ ta’ reġjonalizzazzjoni uffiċjali minn partijiet tat-territorju ta’ pajjiż terz, li kienu ħielsa mill-mard taż-żwiemel għall-aħħar sitt xhur qabel l-esportazzjoni.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2000/508/KE [3], tistabbilixxi r-reġjonalizzazzjoni ta’ ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjonijiet taż-żwiemel.

(3) Id-Deċiżjoni 92/160/KEE ġiet emendata fir-rigward ta’ importazzjonijiet għal ġewwa l-Komunità ta’ żwiemel mill-Brażil bid-Deċiżjonjiet 2000/163/KE [4] u 2000/508/KE minħabba rapporti ta’ mard taż-żwiemel fuq żwiemel lokali fl-Istati ta’ Pernambuco u Alagoas u Sergipe u Ceará rispettivament.

(4) Il-Brażil irrapporta każijiet kliniċi ġodda ta’ mard taż-żwiemel fi żwiemel indiġeni tax-xogħol f’ċerti distretti ta’ l-Istati ta’ Maranhão u Piaui fil-grigal tal-pajjiż. Fi ħdax-il Stat l-aktar fil-grigal tal-pajjiż qiegħed isir stħarriġ seroloġiku biex tiġi stmata s-sitwazzjoni tal-marda.

(5) Huwa għalhekk xieraq li r-reġjonalizzazzjoni tiġi addattata għas-sitwazzjoni tal-marda fil-pajjiż konċernat, waqt li jingħata kas ta’ l-istħarriġ li huwa għaddej bħalissa.

(6) Il-miżuri li għalihom hemm provdut f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kliem "Maranhão", "Piaui", "Rio Grande do Norte", "Paraiba", "Bahia" u "Tocantins" huma mneħħija mil-lista ta’ l-Istati tal-Brażil fl-Anness għad-Deċiżjoni 92/160/KEE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula Brussel, fis-27 ta’ Diċembru 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

[2] ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 27.

[3] ĠU L 204, tal-11.8.2000, p. 44.

[4] ĠU L 51, ta’ l-24.2.2000, p. 46.

--------------------------------------------------

Top