This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000R2712
Commission Regulation (EC) No 2712/2000 of 12 December 2000 amending Regulation (EEC) No 2123/89 establishing the list of representative markets for pigmeat in the Community
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2712/2000 tat-12 ta’ Diċembru 2000 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2123/89 li jistabilixxi l-lista tas-swieq rappreżentattivi tal-laħam tal-majjal fil-Komunità
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2712/2000 tat-12 ta’ Diċembru 2000 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2123/89 li jistabilixxi l-lista tas-swieq rappreżentattivi tal-laħam tal-majjal fil-Komunità
ĠU L 313, 13.12.2000, p. 4–4
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 10/07/2006
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31989R2123 | Emenda | anness | 01/01/2001 |
Official Journal L 313 , 13/12/2000 P. 0004 - 0004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2712/2000 tat-12 ta’ Diċembru 2000 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2123/89 li jistabilixxi l-lista tas-swieq rappreżentattivi tal-laħam tal-majjal fil-Komunità IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal- Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1365/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(6) ta’ dan, billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2123/89 [3], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1285/98 [4], stabilixxa l-lista tas-swieq rappresentattivi tal-laħam tal-majjal fil-Komunità. (2) Fl-Irlanda seħħet bidla fis-swieq rappresentattivi. Il-lista tas-swieq rappresentattivi tal-laħam tal-majjal fil-Komunità elenkata fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2123/89 għandha tiġi emendata kif ġej. (3) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tà Ġestjoni għall-Laħam tal-Majjal, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-punt 7 ta’ l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2123/89 huwa mibdul kif ġej: "7. Il-grupp ta’ swieq li ġejjin: Rooskey, Waterford u Mitchelstown." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2001. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fit-12 ta’ Diċembru 2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1. [2] ĠU L 156, tad-29.6.2000, p. 5. [3] ĠU L 203, tal-15.7.1989, p. 23. [4] ĠU L 178, tat-23.6.1998, p. 5. --------------------------------------------------