Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2451

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2451/2000 tas-7 ta’ Novembru, 2000, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000, li jipprovdi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid u li jistabilixxi kodiċi tal-Komunità dwar prattika u proċessi enoloġiċi, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Anness XIV

    ĠU L 282, 8.11.2000, p. 7–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/06/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2451/oj

    32000R2451



    Official Journal L 282 , 08/11/2000 P. 0007 - 0008


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2451/2000

    tas-7 ta’ Novembru, 2000,

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000, li jipprovdi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid u li jistabilixxi kodiċi tal-Komunità dwar prattika u proċessi enoloġiċi, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Anness XIV

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju, 1999, dwar l-organiżżazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 [2], u partikolarment Artikoli 43 u 46 tiegħu,

    Billi:

    (1) Anness V (Ċ) (4) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jipprovdi li l-limiti tal-qawwa alkoħolika ta’ nbid bil-volum jistgħu jiżdiedu sa wieħed fil-mija (1 %) fi snin meta l-kondizzjonijiet tat-temp ikunu tassew ħżiena.

    (2) Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000 jipprovdi li dawn is-snin b’temp tassew ħażin u ż-żoni fejn jitkabbar l-għeneb għall-inbid tar-reġjuni ġeografiċi u tal-varjetajiet li għandhom x’jaqsmu għandhom jissemmew f’Anness XIV ta’ dan ir-Regolament.

    (3) Minħabba t-temp tassew ħażin matul l-2000, il-limiti fuq iż-żjidiet fil-qawwa alkoħolika naturali stabbiliti f’Anness V (E) ma jippermettux il-produzzjoni ta’ l-inbid fir-reġjunijiet fir-Renju Unit fejn jitkabbar l-għeneb għall-inbid li għalihom soltu jkun hemm talba fis-suq. Ir-Renju Unit għandu għalhekk ikun awtoriżżat li jżid il-qawwa alkoħolika naturali b’sa 4,5 % vol, u li s-sena li għaliha tapplika din id-deroga, flimkien ma’ l-informazzjoni l-oħra rilevanti, għandhom jiddaħħlu f’Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000.

    (4) Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Inbid,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    | "Sena | Żona fejn jitkabbar l-għeneb għall-inbid | Reġjun ġeografiku | Varjetà (fejn tapplika) |

    1. | 2000 | A | Ingilterra, Wales | Auxerrois, Chardonnay, Ehrenfelser, Faber, Huxelrebe, Kerner, Pinot Blanc, Pinot Gris, Pinot Noir, Riesling, Schonburger, Scheurebe, Seyval Blanc u Wurzer" |

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 7 ta’ Novembru, 2000.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 179, ta’ l-14.07.99, p. 1.

    [2] ĠU L 194, tal-31.07.00, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top