EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1631

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1631/2000 tal-25 Lulju 2000 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2077/85 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni għal ananas tal-bott u li jistabbilixxi, għas-sena tas-suq 2000/2001, l-għajnuna għall-produzzjoni għal ananas tal-bott u l-prezz minimu li għandu jitħallas lill-produtturi ta’ l-ananas

ĠU L 187, 26.7.2000, p. 25–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1631/oj

32000R1631



Official Journal L 187 , 26/07/2000 P. 0025 - 0026


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1631/2000

tal-25 Lulju 2000

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2077/85 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni għal ananas tal-bott u li jistabbilixxi, għas-sena tas-suq 2000/2001, l-għajnuna għall-produzzjoni għal ananas tal-bott u l-prezz minimu li għandu jitħallas lill-produtturi ta’ l-ananas

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 525/77 tal-14 Marzu 1977 li jistabbilixxi sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni għal ananas tal-bott [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1699/85 [2], u partikolarment l-Artikolu 8 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2077/85 tal-25 Lulju 1985 [3], kif l-aħħaremendat bir-Regolament (KEE) Nru 2033/91 [4], jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjonitas-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 525/77 upartikolarment il-prodotti eliġibbli għal għajnuna.

(2) Minbarra l-ananas sħaħ u biċċiet ta’ l-ananas tal-bott, is-settur ta’ l-ananas tal-Komunitàjipproduċi wkoll ‘crush’ (biċċiet żgħar jew bċejjeċ ta’ frott) ta’ l-ananas tal-bott, miksub billijingħasar il-frott u jiġi preżentat fil-forma ta’ ananas mgħaffeġ irqiq. Il-prodotti eliġibbli għalgħajnuna għandhom għalhekk jiġu definiti b’mod aktar preċiż u r-Regolament (KEE) Nru 2077/85 jiġi emendat għanl dan il-għan.

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1558/91 [5], li għalih jireferi l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2077/85, ġie mħassar u mibdul bir-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 504/97 tad-19 Marzu 1997 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward tas-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni għal prodotti pproċessati minn frott u ħxejjex [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) No 1607/1999 [7]. Ir-riferenzi li jikkorrispondu fir-Regolament (KE) Nru 504/97 għandhom għalhekk jiġu speċifikati fl-Artikolu t’a hawn fuq.

(4) Il-prezz minimu u l-għajnuna għall-produzzjoni għal ananas tal-bott għandhom jiġu stabbilitigħas-sena tas-suq 2000/2001 skond il-bażi ta’ l-Artikolu 4 u 5 tar-Regolament (KEE) Nru 525/77 li jiddistingwi bejn iż-żewġ tipi ta’ prodotti definiti fl-Artikolu 1 tar-Regolament(KEE) Nru 2077/85.

(5) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Prodotti Proċessati minn Frott u Ħxejjex ma wassalx opinjoni fit-terminu ta’ żmien stipulat mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

"L-Artikolu 1

1. Għall-iskopijiet tas-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni li hemm provdut dwarha fir-Regolament (KEE) Nru 525/77 ‘ananas tal-bott’ tfisser ananas, mingħajr qoxra w għadma, lijkun għadda minn trattament tas-sħana, ippakkjat f’kontenituri siġillati ermetikamentb’likwidu li jgħattih ta’ ġulepp taz-zokkor u/jew meraq tal-frott naturali, kopert bil-kodiċi NM ex20082051, ex20082059, ex20082071, ex20082079, ex20082091 and ex20082099, u

(a) preżentat sħiħ jew f’biċċiet, fejn il-piż nett tal-frott mingħajr ilma jirrapreżenta mill-inqas 58 % tal-piż nett tal-kontenitur, jew

(b) preżentat f’biċċiet żgħar jew bċejjeċ mgħaffġa irqaq, fejn il-piż nett tal-frott mingħajr ilmajirrapreżenta mill-inqas 73 % tal-piż nett tal-kontenitur.

2. L-Artikolu 1(2)(o) u (p) u l-Artikoli 3, 4 7(1), (2) u (4), 8, 9, 10, 11(1), 14, 15 u 16(2) sa (7) tar-Regolament (EC) Nru 504/97 għandhom japplikaw għal din is-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni."

Artikolu 2

Għas-sena ta’ marketing 2000/2001:

(a) il-prezz minimu li ssir riferenza għalih fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 525/77 li għandu jitħallas lil produtturi għal ananas għandu jkun ta’ EUR 41,413 kull 100 kg netti mingħand il-produttur,

(b) l-għajnuna għall-produzzjoni għall-ananas tal-bott li ssir riferenza għaliha fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament għandha tkun EUR 111,925 kull 100 kg netti għall-prodotti li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2077/85, u EUR 240,067 kull 100 kg netti għall-prodotti li ssir riferenza għalihom fl-Artikolu 1(1)(b) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 Ġunju 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, il-25 Lulju 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 73, tal-21.3.1977, p. 46.

[2] ĠU L 163, tat-22.6.1985, p. 12.

[3] ĠU L 196, tas-26.7.1985, p. 28.

[4] ĠU L 186, tat-12.7.1991, p. 32.

[5] ĠU L 144, tat-8.6.1991, p. 31.

[6] ĠU L 78, ta’ l-20.3.1997, p. 14.

[7] ĠU L 190, tat-23.7.1999, p. 11.

--------------------------------------------------

Top