Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1628

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1628/2000 tal-24 ta Lulju 2000 li jikkoreġi, għat-tielet darba, r-Regolament (KEE) Nru 1802/95 li jemenda r-Regolamenti li ffissaw, qabel l-1 ta’ Frar 1995, ċerti prezzijiet u ammonti fis-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib li tagħhom il-valur f’ECUs kien adattat bħala riżultat tat-tneħħija tal-fattur korrettiv għar-rati ta’ konverżjoni agrikoli

    ĠU L 187, 26.7.2000, p. 11–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1628/oj

    32000R1628



    Official Journal L 187 , 26/07/2000 P. 0011 - 0011


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1628/2000

    tal-24 ta Lulju 2000

    li jikkoreġi, għat-tielet darba, r-Regolament (KEE) Nru 1802/95 li jemenda r-Regolamenti li ffissaw, qabel l-1 ta’ Frar 1995, ċerti prezzijiet u ammonti fis-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib li tagħhom il-valur f’ECUs kien adattat bħala riżultat tat-tneħħija tal-fattur korrettiv għar-rati ta’ konverżjoni agrikoli

    Il-Kummissjon il-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1600/1999 tal-15 ta’ Ġunju 1992 dwar miżuri speċifiċi għall-Azores u Madeira fir-rigward ta’ ċerti prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolamnt (KE) Nru 1257/1999 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

    Billi:

    (1) Instab żball fl-Anness li jinsab mar-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1802/95 [3], kif l-aħħar emendat bir Regolament (KE) Nru 904/96 [4]. Dak l-iżball għandu jiġi korrett.

    (2) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1802/95, l-ammonti li jirrelataw mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2219/92 [5] huma mibdula b’dan li ġej:

    1 | 2 | 3 | 4 | 5 |

    Regolament | Riferenzi | Ammont ta’ qabel il-qalba ("switch over") | L-ammont il-ġdid mingħajr il-qalba ("switch over") | L-ammont il-ġdid applikabbli mill- fl-1 ta' Settembru 1995. |

    (KEE) Nru 2219/92 | L-Artikolu 3(b) | 2,5 | 3,019 | 3 |

    5 | 6,04 | 6 |

    7,5 | 9,06 | 9 |

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ Lulju 2000.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 173, tas-27.06.1992, p. 1.

    [2] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80.

    [3] ĠU L 174, tas-26.7.1995, p. 27.

    [4] ĠU L 122, tat-22.5.1996, p. 4.

    [5] ĠU L 218, ta’ l-1.8.1992, p. 75.

    --------------------------------------------------

    Top