This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000D0429
2000/429/EC: Commission Decision of 6 July 2000 amending Decision 97/365/EC on drawing up provisional lists of third country establishments from which the Member States authorise imports of products prepared from meat of bovine animals, swine, equidae and sheep and goats (notified under document number C(2000) 1844) (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2000 li temenda d-Deċiżjoni 97/365/KE dwar it-tfassil ta’ listi provisorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjoni ta’ prodotti ppreparati mill-laħam ta’ annimali tal-ifrat, ħnieżer, equidae u nagħaġ u mogħoż (mgħarrfa bid-dokument Nru Ċ(2000) 1844)Test b’rilevanza għall-EEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2000 li temenda d-Deċiżjoni 97/365/KE dwar it-tfassil ta’ listi provisorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjoni ta’ prodotti ppreparati mill-laħam ta’ annimali tal-ifrat, ħnieżer, equidae u nagħaġ u mogħoż (mgħarrfa bid-dokument Nru Ċ(2000) 1844)Test b’rilevanza għall-EEE
ĠU L 170, 11.7.2000, p. 12–13
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/03/2014; Imħassar b' 32014D0160
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31997D0365 | Tlestija | anness |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32014D0160 |
Official Journal L 170 , 11/07/2000 P. 0012 - 0013
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2000 li temenda d-Deċiżjoni 97/365/KE dwar it-tfassil ta’ listi provisorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjoni ta’ prodotti ppreparati mill-laħam ta’ annimali tal-ifrat, ħnieżer, equidae u nagħaġ u mogħoż (mgħarrfa bid-dokument Nru Ċ(2000) 1844) (Test b’rilevanza għall-EEE) (2000/429/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kundizzjonijiet għat-tfassil, għal perjodu temporanju, ta’ listi provisorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti mis-sajd jew molluski bivalvi ħajjin [1], kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 98/603/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tagħha, Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/222/KE [3], tistipula lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam; (2) Għall-pajjiżi f’dik il-lista il-ħtiġiet ta’ ċertifikazzjoni ta’ saħħa tal-annimal u dik veterinarja għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam ġew stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/221/KE [4]; (3) Listi provisorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjoni ta’ prodotti ppreparati mill-laħam ta’ annimali tal-ifrat, ħnieżer, equidae u nagħaġ u mogħoż ġew stipulati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/365/KE [5]; (4) Il-Kummissjoni rċeviet mill-Islovakkja lista ta’ stabbilimenti, b’garanziji li jilħqu bis-ħiħ il-ħtiġiet xierqa ta’ saħħa tal-Komunità; (5) Lista provisorja ta’ stabbilimenti li jipproduċu prodotti preparati mill-laħam tal-annimali tal-ifrat, ħnieżer, equidae u nagħaġ u mogħoż tista’ għalhekk titfassal rigward l-Islovakkja. (6) Il-miżuri provvduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 It-test tal-Anness ma’ din id-Deċiżjoni huwa miżjud mal-Anness tad-Deċiżjoni Nru 97/365/KE. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Lulju 2000. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17. [2] ĠU L 289, tat-28.10.1998, p. 36. [3] ĠU L 89, tal-4.4.1997, p. 39. [4] ĠU L 89, tal-4.4.1997, p. 32. [5] ĠU L 154, tat-12.6.1997, p. 41. -------------------------------------------------- ANEXOBILAGANHANGΠAPAPTHMAANNEXANNEXEALLEGATOBIJLAGEANEXOLIITEBILAGA País : REPÚBLICA ESLOVACALand: SLOVAKIETLand : SLOWAKISCHE REPUBLIKΧώρα: ΣΛΟΒΑΚΙΚΗ ΔΗΜΟΚΡΑΤΙΑCountry: SLOVAK REPUBLICPays: SLOVAQUIEPaese: REPUBBLICA SLOVACCALand: SLOWAAKSE REPUBLIEKPaís: REPÚBLICA ESLOVACAMaa: SLOVAKIALand: SLOVAKIEN 1 | 2 | 2 | 4 | 5 | SK 13 | Nestle Food s.r.o. | Prievidza | Prievidza | 6 | SK 15 | Tauris Nitra s.r.o. | Mojmirovce | Nitra | 6 | SK 16 | Lumas M a M a.s. | Nitra | Nitra | 6 | SK 19 | Kabát s.r.o. | Madunice | Hlohovec | 6 | --------------------------------------------------