This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000D0426
2000/426/EC: Commission Decision of 26 June 2000 amending Decision 1999/659/EC fixing an indicative allocation by Member State of the allocations under the European Agricultural Guidance and Guarantee Fund Guarantee Section for rural development measures for the period 2000 to 2006 (notified under document number C(2000) 1648)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ġunju 2000 li temenda d-Deċiżjoni 1999/659/KE li tagħti allokazzjoni indikattiva minn Stati Membri ta’ l-allokazzjonijiet taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, Taqsima Gwida għal miżuri għal l-iżvilup rurali għall-perijodu 2000 sa 2006 (notifikat bid-dokument numru K(2000) 1648)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ġunju 2000 li temenda d-Deċiżjoni 1999/659/KE li tagħti allokazzjoni indikattiva minn Stati Membri ta’ l-allokazzjonijiet taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, Taqsima Gwida għal miżuri għal l-iżvilup rurali għall-perijodu 2000 sa 2006 (notifikat bid-dokument numru K(2000) 1648)
ĠU L 165, 6.7.2000, p. 33–35
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31999D0659 | Tlestija | artikolu 1 | ||
Modifies | 31999D0659 | Emenda | anness |
Official Journal L 165 , 06/07/2000 P. 0033 - 0035
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ġunju 2000 li temenda d-Deċiżjoni 1999/659/KE li tagħti allokazzjoni indikattiva minn Stati Membri ta’ l-allokazzjonijiet taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, Taqsima Gwida għal miżuri għal l-iżvilup rurali għall-perijodu 2000 sa 2006 (notifikat bid-dokument numru K(2000) 1648) (2000/426/KE) IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunita Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-appoġġ għal l-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu, Billi: (1) Bid-Deċiżjoni 1999/659/KE [2], il-Kummissjoni ddeterminat l-allokazzjonijiet inizjali lil l-Istati Membri għal miżuri ta’ żvilup rurali iffinanzjat parzjalment minn l-FAEGG Taqsima Garanzija għall-perijodu 2000 sa 2006. (2) Għar-raġuni ta’ kjarifika u trasparenza, l-ispejjeż li huma skond il-fondi allokati lil l-Istati Membri minn dik id-Deċiżjoni għandhom ikunu speċifikati. (3) Pagamenti minn l-FAEGG Taqsima Garanzija għal miżuri li jakkompanjaw skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92, (KEE) Nru 2079/92 u (KEE) Nru 2080/92 [3], imħassra fl-1 ta’ Jannar 2000, jibqaw isiru għal l-2000 u snin ta’ bilanċ segwenti. Il-fondi allokati lil l-Istati Membri għall-perijodu 2000 sa 2006 ukoll ikopru l-ispejjeż. (4) L-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/96 tas-16 ta’ Frar 1996 fuq data biex jintbagħtu minn l-Istati Membri u r-riżerva bill-quddiem ta’ kull xahar għan-nefqa finanzjarja skond it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu u ta’ Garanzija (FAEGG) [4], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2761/1999 [5] li jgħid li għal sena n, għandhom jiġu meqjusin l-ispejjeż effetti minn l-Istati Membri mis-16 ta’ Ottubru tas-sena n-1 sa l-15 ta’ Ottubru tas-sena n. Bħala konsegwenza, spejjeż involuti minn l-FAEGG Taqsima Ta’ Garanzija fuq miżuri skond ir-Regolamenti (KEE) Nru 2078/92, (KEE) Nru 2079/92 u (KEE) Nru 2080/92 mis-16 ta’ Ottubru 1999 jaqaw fill-bilanċ annwali ta’ l-2000 u għandhom jiġu meqjusa skond l-allokazzjoni għall-perijodu 2000 sa 2006. Aktar minn hekk, pagamenti magħmula minn l-aġenziji ta’ ħlas mis-16 ta’ Ottubru 2006 sa l-31 ta’ Diċembru 2006 għandhom ikunu iċċarġjati kontra l-bilanċ annwali ta’ l-2007. (5) Joħroġ ukoll li t-tabella fl-Anness tad-Deċizjoni li tistipula l-allokazzjonalijiet inizjali lil l-Istati Membri ma tħallix li l-ogħla livelli tal-bilanċ annwali jiġu ikkalkulati eżatti. Dik it-tabella għandha tkun mibdula kif suppost minn tabella aktar dettaljata fejn jiġu stipulati l-ammonti li m’għandhomx ikunu eċċeduti minn kull Stat Membru kull sena, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 1999/659/KE hi emendata kif ġej: 1. Il-paragrafi segwenti huma miżjuda ma’ l-Artikolu 1: "L-allokazzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu għandu jkopri wkoll: (a) spejjeż li ntefqu mill-FAEGG Taqsima ta’ Garanzija ta’ miżuri li jakkompanjaw skod ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92, (KEE) Nru 2079/92 u (KEE) Nru 2080/92 mill-bilanċ annwali ta’ l-2000 u, skond ir-regoli stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/96, pagamenti minn l-aġenziji ta’ ħlas mis-16 ta’ Ottubru 1999; (b) il-miżuri l-oħra ta’ żvilup rurali approvati qabel l-1 ta’ Jannar 2000 u inklużi fil-programm ġdid skond l-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2603/1999 [6]. Għall-perijodu tas-16 ta’ Ottubru 2006, l-ammont massimu eleġibbli taħt il-FAEGG għal l-ispejjeż imħallsa minn l-aġenziji ta’ ħlas ta’ l-Istati Membri ma’ jistawx jeċċedu l-ispejjeż totali meħuda minn dawk l-Istati Membri fill-perijodu 16 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 1999." 2. It-tabella fl-Anness tiġi mibdula minn dik stipulata fl-Anness hawnhekk. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Ġunju 2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80. [2] ĠU L 259, tas-6.10.1999, p. 27. [3] ĠU L 215, tat- 30.7.1992, pp. 85, 91 u 96. [4] ĠU L 39, tas-17.2.1996, p. 5. [5] ĠU L 331, tat-23.12.1999, p. 57. [6] ĠU L 316, ta' l-10.12.1999, p. 26. -------------------------------------------------- L-ANNESS Appoġġ għall-iżvillup rurali (2000 sa 2006) Allokazzjonijiet annwali lill-Istati Membri (miljun EUR) | L-għola livell | Medja annwali (prezzijiet ta' l-1999) | Allokazzjonijiet finanzjarji (miljun EUR) | 2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | 2006 | R 1(b) (prezzijiet ta' l-1999) | 4300 | 4320 | 4330 | 4340 | 4350 | 4360 | 4370 | Deflator | | 1,02000 | 1,04040 | 1,06121 | 1,08243 | 1,10408 | 1,12616 | 1,14869 | R 1(b) (prezzijiet kurrenti) | | 4386,0 | 4494,5 | 4595,0 | 4697,8 | 4802,8 | 4910,1 | 5019,8 | Il-Belġju | 50 | 50,5 | 51,8 | 52,9 | 54,1 | 55,3 | 56,6 | 57,8 | Id-Danimarka | 46 | 46,5 | 47,6 | 48,7 | 49,8 | 50,9 | 52,1 | 53,2 | Il-Ġermanja | 700 | 707,6 | 725,1 | 741,3 | 757,9 | 774,8 | 792,1 | 809,8 | Il-Greċja | 131 | 132,4 | 135,7 | 138,7 | 141,8 | 145,0 | 148,2 | 151,6 | Spanja | 459 | 464,0 | 475,4 | 486,1 | 497,0 | 508,1 | 519,4 | 531,0 | Franza | 760 | 768,2 | 787,2 | 804,8 | 822,8 | 841,2 | 860,0 | 879,2 | L-Irlanda | 315 | 318,4 | 326,3 | 333,6 | 341,0 | 348,7 | 356,5 | 364,4 | L-Italja | 595 | 601,4 | 616,3 | 630,1 | 644,2 | 658,6 | 673,3 | 688,4 | Il-Lussemburgu | 12 | 12,1 | 12,4 | 12,7 | 13,0 | 13,3 | 13,6 | 13,9 | L-Olanda | 55 | 55,6 | 57,0 | 58,2 | 59,5 | 60,9 | 62,2 | 63,6 | Awstrija | 423 | 427,6 | 438,2 | 448,0 | 458,0 | 468,2 | 478,7 | 489,4 | Il-Portugall | 200 | 202,2 | 207,2 | 211,8 | 216,5 | 221,4 | 226,3 | 231,4 | Finlandja | 290 | 293,1 | 300,4 | 307,1 | 314,0 | 321,0 | 328,2 | 335,5 | Svezja | 149 | 150,6 | 154,3 | 157,8 | 161,3 | 164,9 | 168,6 | 172,4 | Ir-Renju Unit | 154 | 155,7 | 159,5 | 163,1 | 166,7 | 170,5 | 174,3 | 178,2 | Total | 4 339 | 4386,0 | 4494,5 | 4595,0 | 4697,8 | 4802,8 | 4910,1 | 5019,8 | --------------------------------------------------