This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000D0113
2000/113/EC: Commission Decision of 14 January 2000 on amending Decision 1999/246/EEC approving certain contingency plans for the control of classical swine fever (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Jannar 2000 dwar emenda għad-Deċiżjoni 1999/246/KEE li tapprova ċerti pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżerTest b’ relevanza għall-Ftehim ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Jannar 2000 dwar emenda għad-Deċiżjoni 1999/246/KEE li tapprova ċerti pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżerTest b’ relevanza għall-Ftehim ŻEE
ĠU L 33, 8.2.2000, p. 23–24
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31999D0246 | Sostituzzjoni | anness |
Official Journal L 033 , 08/02/2000 P. 0023 - 0024
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Jannar 2000 dwar emenda għad-Deċiżjoni 1999/246/KEE li tapprova ċerti pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (Test b’ relevanza għall-Ftehim ŻEE) (2000/113/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 80/217/KEE tat-22 ta’ Jannar 1980 li ntroduċiet miżuri tal-Komunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 93/384/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 14b tagħha, Billi: (1) Il-kriterji li għandhom ikunu applikati mutatis mutandis meta jkun qiegħed jitfassal pjan ta’ kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer ġew preskritti fid-Deċiżjoni tal-Kommissjoni 91/42/KEE [3]; (2) Il-Greċja u l-Lussemburgu ssottomettew għall-approvazzjoni pjanijiet nazzjonali ta’ kontinġenza; (3) Wara li kienu eżaminati, dawn il-pjanijiet jissodifaw il-kriterji prsekritti bid-Deċiżjoni 91/42/KEE u jippermettu biex l-għan mixtieq jinkiseb sakemm ikun hemm implimentazzjoni effettiva; (4) Il-Kommissjoni approvat pjanijiet ta’kontinġenza sottomessi minn ċerti Stati Membri bid- Deċiżjoni 1999/246/KEE [4]; (5) Id-Deċiżjoni 1999/246/KEE għandha tiġi emendata biex tinkludi l-pjanijiet sottomessi mill-Greċja u l-Lussemburgu; (6) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 1999/246/KEE huwa sostitwit bl-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-14 ta’ Jannar 2000. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] GU L 47, tal-21.1.1980, p. 11. [2] GU L 166, tat-8.7.1993, p. 34. [3] GU L 23, tad-29.1.1991, p. 29. [4] GU L 93, tat-8.4.1999, p. 24. -------------------------------------------------- ANNESS Il-Belġju Id-Danimarka Il-Ġermanja Il-Greċja Spanja Franza l-Irlanda L-Italja Il-Lussemburgu l-Olanda L-Awstrija Il-Portugal Il-Finlandja L-Isvezja Ir-Renju Unit --------------------------------------------------