EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1599

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1599/1999 tat-12 ta' Lulju 1999 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq wajers ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar li joriġinaw fl-Indja u jtemm il-proċedura li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta' wajers ta' l-i stainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea

ĠU L 189, 22.7.1999, p. 1–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 23/07/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1599/oj

31999R1599



Official Journal L 189 , 22/07/1999 P. 0001 - 0018


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1599/1999

tat-12 ta' Lulju 1999

li jimponi dazju kompensatorju definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq wajers ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar li joriġinaw fl-Indja u jtemm il-proċedura li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta' wajers ta' l-i stainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni sussidjata minn pajjiżi m‘humiex membri tal-Komunità Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 14 u 15 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara li konsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

(A) MIŻURI PROVIŻORJI

(1) Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 618/1999 [2] (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "Regolament proviżorju") imponiet dazji kompensatorji proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta' wajers ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew aktar (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa "SSW kbir" jew "prodott konċernat"), li joriġinaw fl-Indja u fir-Repubblika tal-Korea (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa "Korea"), u li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex72230019.

(B) PROĊEDURA SUSSEGWENTI

(2) Wara l-iżvelar tal-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet fuq il-bażi li kien ġie deċiż li jkunu imposti miżuri proviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-SSW kbar li joriġinaw fl-Indja u l-Korea (minn iżjed ‘il quddiem imsejħa l-"iżvelar"), diversi partijiet interessati issottomettew il-kummenti tagħhom bil-miktub. Il-partijiet li talbu dan ingħataw ukoll l-opportunità li jinstemgħu oralment.

(3) Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li ħasbet li hija meqjusa neċessarja għas-sejbiet definittivi tagħha.

(4) Il-partijiet kollha kienu informati bill-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom hi maħsuba li tirrakkomanda:

(i) l-imposizzjoni ta' dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet mill-Indja u l-ġbir definittiv ta' l-ammonti miksuba bħala dazji proviżorji fuq dawn l-importazzjonijiet; u

(ii) it-terminazzjoni tal-proċedura kontra l-importazzjonijiet mill-Korea mingħajr l-imposizzjoni ta' miżuri.

Huma kienu mogħtija wkoll perjodu li fih setgħu jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar.

(5) Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub sottomessi mill-partijiet kienu kunsidrati, u, fejn meqjus xieraq, is-sejbiet proviżorji kienu modifikati l-istess.

(Ċ) IL-PRODOTT KONĊERNAT U L-PRODOTT LI JIXXIEBAĦ

(6) Il-prodotti li qegħdin jiġu kunsidrati huma SSW kbar, li fihom piż ta' 2,5 % jew iżjed tan-nikel, għajr dak li jkun fih bil-piż 28 % jew iżjed imma mhux iktar minn 31 % tan-nikel u 20 % jew iżjed imma mhux aktar minn 22 % tal-kromju.

(7) Instab fl-istadju proviżorju ta' l-investigazzjoni illi kien hemm differenzi fil-karatteristiċi fiziċi u l-użanzi bejn il-SSW kopert mill-investigazzjoni preżenti, i.e. b'dijametru ta' 1 mm jew aktar (wajer kbir) u l-SSW b'djametru ta' anqas minn 1 mm (wajer irqiq). Għal dawn ir-raġunijiet, deher anki li ma kienx hemm jew kien hemm tibdil verament limitat bejn l-applikazzjonijiet tal-wajers kbar u irqaq. Madankollu, intqal ukoll fir-Regolament proviżorju illi l-mistoqsija jekk setgħetx issir linja diviżorja ċara bejn dawn iż-żewġ prodotti kienet se tkun investigata iżjed sa l-istadju definittiv.

(8) Fuq il-bażi ta' iżjed informazzjoni miġbura mill-partijiet interessati, huwa konkluż illi wajer kbir u wajer irqiq huma żewġ prodotti differenti peress li juru karatteristiċi fiziċi differenti u huma wżati għal applikazzjonijiet differenti. L-ewwelnett, rigward il-karatteristiċi fiziċi, s-saħħa stirata, l-istruttura mrammla u l-kisja tal-SSW huma differenti għall-wajers kbar u irqaq. It-tieni, rigward l-applikazzjonijiet varji taż-żewġ prodotti, instab illi wajer kbir jintuża għall-applikazzjonijiet ta' inġinerija ta' aktar saħħa bħal mollol, prodotti ta' infurzar tal-ħajt, wajers għas-saldatura, eċċ. B'kuntrast, wajer irqiq huwa bħala regola wżat għal applikazzjonijiet ta' preċiżjoni bħal paraventi u filtri (drapp tal-wajer minsuġ) b'aperturi żgħar għall-filtrazzjoni ta' partiċelli rqaq ħafna jew żgħar (per eżempju l-filtri tat-trab u l-filtri tal-kimiċi), applikazzjonijiet medikali/kirurġiċi, eċċ.

(9) Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq huwa konkluż illi wajers irqaq u kbar huma żewġ prodotti differenti li għandhom karatteristiċi u applikazzjonijiet differenti u li ma jistgħux jitbiddlu mil-lat ta' utenti tal-SSW.

(10) Peress illi ma tressqu ebda argumenti minn kwalunkwe mill-partijiet konċernati dwar is-sejbiet proviżorji tal-Kummissjoni fuq il-prodott taħt kunsiderazzjoni u l-kunsiderazzjonijiet magħmula fuq il-prodott li jixxiebaħ, il-fatti u s-sejbiet kif imniżżla fir-rakkonti 7 sa 12 tar-Regolament proviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

(D) SUSSIDJI

I. INDJA

1. Skema ta' Passbook (PBS) u Skema ta' Intitolament għal Dazju fuq il-Passbook (DEPB)

(11) Il-Gvern ta' l-Indja (GOI) u disa' produtturi esportaturi ippretendew illi dawn l-iskemi, li huma deskritti fir-rakkonti 14 sa 25 u 26 sa 35 tar-Regolament proviżorju, saritilhom stima ħażina mill-Kummissjoni skond il-punt tas-sussidju u l-ammont tal-benefiċċju kompensatorju. B'mod partikolari, jgħidu illi l-istima mill-Kummissjoni tal-benefiċċji taħt dawn l-iskemi kienet inkorretta peress li d-drawback ta' dazju żejjed biss seta' jkun ikkonsidrat bħala sussidju skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 (minn hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament bażiku").

(12) Il-Kummissjoni wżat il-metodu li ġej sabiex tistabbilixxi jekk l-PBS u l-DEPB jikkostitwux sussidji kompensatorji u jekk hekk hu, biex tikkalkola l-ammont ta' benefiċċju. Skond l-Artikolu 2(1)(a)(ii), il-Kummissjoni konkludiet illi dawn l-iskemi jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI peress illi d-dħul mit-taxxa tal-gvern (i.e. dazji ta' importazzjoni fuq l-importazzjonijiet) li inkella tkun dovuta m‘hiex miġbura. Hemm ukoll benefiċċju lir-reċipjent peress illi l-produtturi esportaturi ma kellhomx iħallsu dazji normali ta' importazzjoni.

(13) Madankollu, l-Artikolu 2(1)(a)(ii) jipprovdi għal eċċezzjoni għal din ir-regola ġenerali għal, inter alia, drawback u skemi ta' sostituzzjoni ta' drawback li jikkonformaw mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I(i) u l-Anness II (definizzjoni u regoli għal drawback) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għal sosituzzjoni ta' drawback).

(14) L-analiżi tal-Kummissjoni zvelat illi la l-PBS u lanqas l-DEPB m'huma drawback jew skema ta' sostituzzjoni ta' drawback. Dawn l-iskemi jonqoshom obbligazzjoni interna biex jimportaw biss l-oġġetti li huma konsumati fil-produzzjoni ta' l-oġġetti esportati (L-Anness II tar-Regolament bażiku). Barra dan, ma hemmx sistema ta' verifikazzjoni f'posta biex jiċċekkjaw jekk l-importazzjonijiet humiex attwalment konsumati fil-proċess ta' produzzjoni. M‘hiex ukoll skema ta' sostituzzjoni ta' drawback għaliex l-oġġetti importati mhux neċessarjament ikunu ta' l-istess kwantità u karatteristiċi bħalma huma l-inputs ta' natura domestika li kienu wżati għall-produzzjoni ta' l-esportazzjoni (L-Anness III tar-Regolament bażi). Fl-aħħarnett, il-produtturi esportaturi huma eliġibbli għall-benefiċċji tal-PBS u l-DEPB bla ma jingħata każ jekk jimportawx xi inputs. Huwa biżżejjed għal esportatur li jikseb il-benefiċċju billi sempliċiment jesporta l-oġġetti mingħajr ma jkun hemm bżonn li juri li kwalunkwe materjal għall-input kien tabilħaqq importat; għalhekk, il-produtturi esportaturi li jġibu l-inputs lokali kollha tagħhom u ma jimportawx oġġetti li jistgħu jintużaw bħala inputs huma xorta intitolati għall-benefiċċji tal-PBS u l-DEPB. Għalhekk, l-PBS u l-DEPB m‘humiex skond kwalunkwe mid-disposizzjonijiet ta' l-Anness I sa III. Peress illi din l-eċċezzjoni għad-definizzjoni tas-sussidju ta' l-Artikolu 2 għalhekk ma tapplikax, il-benefiċċju kompensatorju hija l-maħfra tad-dazji totali ta' importazzjoni li normalment ikunu dovuti fuq l-importazzjonijiet kollha.

(15) Minn dan ta' hawn fuq isegwi b'mod ċar illi l-eċċess tal-maħfra tad-dazji ta' importazzjoni hija l-bażi biex ikun ikkalkolat l-ammont tal-benefiċċju biss fil-każ ta' drawback bona fide u l-iskemi ta' sostituzzjoni ta' drawback. Peress illi huwa stabbilit illi l-PBS u l-DEPB ma jaqgħux f'waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji, il-benefiċċju hija l-maħfra totali fuq dazji ta' importazzjoni, mhux xi maħfra żejda probabbli.

(16) Il-GOI u disa' produtturi esportaturi argumentaw illi t-trattament ta' dawn l-iskemi huwa inkonsistenti mas-sejbiet proviżorji fl-investigazzjoni parallela ta' l-anti-dumping peress li l-Kummissjoni tat fl-investigazzjoni ta' l-anti-dumping indennizz għal dazji ta' importazzjoni mhux imħallsin taħt l-PBS u l-DEPB għal inputs importati li ġew attwalment ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

(17) Madankollu, skond l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament ta' l-anti-dumping, ir-Regolament (KE) Nru 384/96 [3], indennizz kien ġie mogħti biss fejn kien jidher illi l-materjali li fuqhom kienu mħallsin id-dazji ta' importazzjoni kienu fiżikament inkorporati fil-prodott konċernat mibjugħ fis-suq domestiku u li d-dazji ta' importazzjoni ma kienux miġburin jew rifużi fir-rigward tal-prodott esportat lill-Komunità. Filwaqt li tali indennizz ultimament se jirriduċi l-marġini ta' l-iskart, m‘huwiex rilevanti fl-investigazzjoni ta‘l-antisussidju, peress li l-PBS u l-DEPB diġa nstabu li huma kompensati, fuq il-bażi tad-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-bażi, għar-raġunijiet li ntqalu hawn fuq. Kif spjegat hawn fuq, ladarba tali sussidju kompensatorju jinstab li jeżisti, l-benefiċċju lir-reċipjent huwa l-ammont kollu tad-dazju ta' importazzjoni mhux imħallas mill-produttur esportatur fuq it-transazzjonijiet kollha ta' importazzjoni. F'dan ir-rigward, m‘huwiex f'idejn il-Kummissjoni li tirrikostruwixxi l-PBS u l-DEPB sabiex tistabbilixxi liema prodotti huma inkorporati fiżikament u liema m‘humiex. Barra minn dan, għandu jkun enfasizzat illi l-analiżi dwar kumpensi ta' skema u indennizz għal inputs fiżikament inkorporati huma kompletament differenti fir-rigward ta' dan il-għan, il-metodoloġija tal-kalkolazzjoni u l-bażi legali. L-iskop ta' eżaminazzjoni ta' l-indennizz konċernat f'investigazzjoni ta' l-anti-dumping huwa biex jiġu aġġustati valuri normali. L-eżaminazzjoni ta' kumpensi ta' skema f'investigazzjoni antisussidjarja timmira li tistabbilixxi l-benefiċċji li rċieva l-esportatur taħtha. Barra minn hekk, il-metodologija ta' kalkolazzjoni hija differenti fl-investigazzjoni ta' l-anti-dumping u antisussidjarji. Waqt li fil-każijiet ta' anti-dumping l-indennizz huwa mogħti biss fir-rigward ta' esportazzjonijiet tal-prodotti konċernati lill-Komunità, f'investigazzjoni antisussidjarja l-benefiċċji huma eżaminati fir-rigward ta' l-esportazzjonijiet totali tal-prodotti kollha lejn id-destinazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku u l-"Linji ta' gwida għall-kalkolazzjoni ta' l-ammont ta' sussidju f'investigazzjoni ta' dazju kompensatorju" (minn hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ "linji ta' gwida għall-kalkolazzjoni") [4].

(18) Il-GOI u disa' produtturi esportaturi jargumentaw iżjed li l-Kummissjoni kien imissha teżamina jekk kienx hemm fil-fatt drawback żejjed ta' prezzijiet ta' importazzjoni fuq inputs konsumati fil-proċess tal-produzzjoni.

(19) Kif diġa spjegat fir-rakkonti 12 sa 15, l-Annessi II u III fihom ir-regoli li jistabbilixxu jekk skema tikkostitwix dazju ta' drawback jew sostituzzjoni ta' drawback. L-eċċess tal-maħfra tad-dazji ta' importazzjoni hija l-bażi biex ikun ikkalkolat l-ammont tal-benefiċċju biss fil-każ ta' drawback u l-iskemi ta' sostituzzjoni ta' drawback. Dan l-argument ma jistax ikun aċċettat peress li l-materja ta' maħfra eċċessiva tinħoloq biss fil-kuntest ta' stima ta' skemi magħmulin tajbin fuq drawback jew sostituzzjoni ta' drawback, u ġie stabbilit illi l-PBS u l-DEPB m‘humiex skemi ta' drawback jew sostituzzjoni ta' drawback fi ħdan it-tifsir ta' l-Anness I(i) u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku.

(20) Il-GOI u disa produtturi esportaturi qalu illi l-Kummissjoni falliet li teżamina jekk il-GOI għandux sistema jew proċedura f'posta, biex tikkonferma liema inputs huma kunsmati fil-proċess ta' manifattura tal-prodott esportat, u f'liema ammonti. Il-GOI qiegħed jgħid illi n-normi standard ta' input/output jikkostitwixxu sistema adekwata ta' verifika.

(21) Dan l-argument jirrigwarda l-materja jekk l-PBS u l-DEPB jistgħux ikunu kunsidrati bħal skemi ta' drawback jew skemi ta' sostituzzjoni ta' drawback. Peress illi kien stabbilit illi l-PBS u l-DEPB m‘humiex skemi ta' drawback jew ta' sostituzzjoni ta' drawback fi ħdan it-tifsira ta' l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku m'hemmx għalfejn titwettaq iżjed eżaminazzjoni. Anke jekk l-PBS u l-DEPB kellhom jissodisfaw il-kriterji ta' l-Annessi II u III, għandu jkun konkluż illi ma teżisti ebda sistema ta' verifika raġonevoli. In-normi ta' input/output huma lista ta' oġġetti possibbli li jistgħu jiġu kunsmati fil-proċess ta' produzzjoni u f'liema ammonti. Madankollu, n-normi ta' l-input/output m‘humiex sistema ta' verifika fi ħdan it-tifsira tal-paragrafu 5 ta' l-Anness II tar-Regolament bażiku. Dawn in-normi ma jipprovdux għal verifika ta' l-inputs li huma kunsmati attwalment fil-proċess ta' produzzjoni u ma jipprovdux għal sistema ta' verifika jekk dawn l-inputs ġewx effettivament importati.

(22) Il-GOI u disa produtturi esportaturi qed jgħidu illi l-Kummissjoni kompensat b'mod inkorrett il-valur ta' l-ammont ta' kreditu fil-liċenzja ta' l-DEPB minflok tal-valur nett fuq il-bejgħ tal-liċenzja. Kumpannija waħda talbet illi t-taxxa tal-bejgħ, li kienet imħallsa fuq il-bejgħ tal-liċenzja, għandha titnaqqas mill-ammont totali tas-sussidju.

(23) Taħt id-disposizzjonijiet kurrenti tal-DEPB, kumpannija, li kisbet liċenzji, għandha żewġ għażliet: li timporta kwalunkwe prodott (minbarra l-oġġetti mniżżlin fil-lista negattiva) billi tuża l-kreditu biex tpatti għad-dazji applikabbli ta' importazzjoni jew titrasferixxi l-liċenzja lil terzi. Kif spjegat fir-rakkont 34 tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni tikkonsidra illi "l-bejgħ ta' liċenzja għal prezz inqas mill-valur nominali hija deċiżjoni purament kummerċjali li ma tbiddilx il-benefiċċju rċevut mill-iskema". Barra minn dan, l-Artikolu 7 tar-Regolament bażiku jniżżel l-elementi li jistgħu jitnaqqsu mill-ammont tas-sussidju. Kwalunkwe applikazzjoni bil-ħlas jew spejjeż li neċessarjament intefqu sabiex tikkwalifika għal jew biex jinkiseb is-sussidju jistgħu jitqassmu mill-ammont tas-sussidju. It-trasferiment ta' ammont ta' benefiċċju inqas minn dak illi attwalment ġie mogħti u t-taxxa tal-bejgħ ma jistgħux ikunu kunsidrati bħala tnaqqis ġustifikat fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament Bażiku peress illi dawn l-elementi m‘humiex spiża li neċessarjament intefqet sabiex tikkwalifika għal jew biex jinkiseb is-sussidju.

(24) Il-GOI u disa' produtturi esportaturi argumentaw illi l-Kummissjoni kumpensat parti mill-benefiċċji taħt dawn l-iskemi darbtejn minħabba xaqliba bejn din il-proċedura u l-investigazzjoni tal-istangi mdawlin ta' l-istainless steel.

(25) Il-Kummissjoni wżat l-istess metodoloġija kif intużat fil-każijiet ta' antibijotiċi [5] u l-istangi ta' l-istainless steel [6]. Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' sussidju kompensatorju kien stabbilit bl-allokazzjoni tal-valur tas-sussidju totali fuq il-livell ta' l-esportazzjonijiet totali. Peress illi s-sussidji ta' esportazzjoni ma kienux marbutin ma' l-esportazzjoni tal-prodott konċernat imma l-esportazzjonijiet kollha tal-kumpanniji, l-Kummissjoni kunsidrat li hu xieraq li tuża din il-metodoloġija. Fl-użu ta' din il-metodoloġija, ma kienx hemm għadd doppju tal-benefiċċji li kienu diġa kompensati fl-istangi ta' l-istainless steel peress li s-sussidji kienu allokati fuq l-esportazzjonijiet kollha.

(26) Kumpannija waħda, Raajratna Metal Industries Ltd, opponiet il-metodoloġija wżata mill-Kummissjoni biex tikkalkola l-benefiċċju taħt il-Passbook u l-iskemi tal-DEPB. Huma argumentaw li l-krediti li jkunu qalgħu biss fuq il-prodott konċernat matul il-perjodu ta' investigazzjoni għandhom jiġu kunsidrati. Dan l-ammont, tgħid il-kumpannija, għandu mbagħad ikun allokat fuq id-dħul mill-esportazzjoni korrispondenti tal-prodott konċernat biex ikun ikkalkolat il-benefiċċju.

(27) Il-Kummissjoni tikkonsidra illi jekk kellha taċċetta dan l-argument, l-effett ikun li tikkompensa potenzal b'differenza mill-benefiċċji attwali li kattru matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Peress illi kumpannija ma tistax tingħad li tirċievi sussidju sakemm ma jsirx użu mill-kreditu, l-Kummissjoni deċidiet illi huma t-totali tad-djun utilizzati li l-aħjar juru il-veru benefiċċju għal kumpannija. L-argument huwa għalhekk riġettat.

2. Skema għall-Promozzjoni ta' Esportazzjoni ta' Oġġetti Kapitali (EPCGS)

(28) Tliet kumpanniji għamlu talba dwar l-iskema għall-Promozzjoni ta' Esportazzjoni ta' Oġġetti Kapitali (EPCGS), li hija deskritta fir-rakkonti 36 sa 39 tar-Regolament proviżorju. Dawn jikkonċernaw l-allokazzjoni tal-benefiċċji fuq il-perjodu tad-deprezzament normali ta' l-assi fissi.

(29) Kien argumentat illi kien hemm diskrepanza bejn il-perjodu tad-deprezzament użat fl-ittra ta' żvelar u r-Regolament proviżorju. Il-Kummissjoni stabbiliet medja ta' perjodi ta' deprezzament użati mill-produtturi esportaturi kollha tal-prodott konċernat u wasslet għal medja ta' perjodu ta' deprezzament ta' 12-il sena. Dan il-perjodu kien użat fis-sejbiet proviżorji u se jkun konfermat fl-istadju definittiv. L-ammont ta' sussidju taħt l-EPCGS kien allokat fuq 12-il sena skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Bażiku.

(30) Kumpannija waħda argumentat illi l-oġġetti kapitali tagħha kien qegħdin ikunu deprezzati fuq 21 sena u li dan il-perjodu ta' deprezzament kellu jkun użat minflok l-medja ta' 12-il sena.

(31) Kif spjegat hawn fuq, is-servizzi tal-Kummissjoni, meta stabbilixxew is-sejbiet proviżorji tagħhom, iddeterminaw il-perjodu tad-deprezzament normali ta' oġġetti kapitali fl-industrija tal-wajers ta' l-istainless steel, i.e. 12-il sena fuq il-bażi tal-medja ta' perjodi wżat mill-produtturi esportaturi Indjani li jikkoperaw. Dan huwa skond il-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku li jgħid illi fejn sussidju jista' jkun marbut ma' l-akkwist ta' assi fissi, l-ammont tas-sussidju kompensatorju għandu jkun kalkolat billi jinxtered is-sussidju madwar perjodu li jirrifletti d-deprezzament normali ta' tali assi fl-industrija konċernata. Fid-dawl ta' din id-disposizzjoni, m‘huwiex xieraq li jintuża l-perjodu ta' deprezzament speċifiku tal-kumpannija. It-talba hija għalhekk riġettata.

3. Skema ta' eżenzjoni fuq it-taxxa fuq id-dħul

(32) Kumpannija waħda, Bhansali Ferromet Ltd ma sottomettietx kopja tal-prospett tat-taxxa fuq id-dħul tagħha fiż-żmien ta' skadenza stipulat mill-Kummissjoni u kienet għalhekk ikkonsidrata li ma tikkoperax għall-iskop ta' eżenzjoni fuq it-taxxa fuq id-dħul. Wara l-iżvelar, din il-kumpannija issottomettiet kopja tal-prospett tat-taxxa fuq id-dħul tagħha li kixef illi ma ngħatawx benefiċċji taħt din l-iskema. Għalhekk, il-marġini tas-sussidju għal Bhansali Bright Bars Pvt. Ltd huwa adattat għal 18,5 %.

4. Kumpanniji relatati

(33) Isibars Ltd u Isinox Ltd jargumentaw illi l-Kummissjoni ma kienx imissha kunsidrathom bħala kumpanniji relatati peress illi huma entitajiet legali separati. Jekk il-Kummissjoni kellha titrattahom bħala kumpanniji relatati, kellha tapplika metodoloġija differenti biex tikkalkola marġinu wieħed ta' sussidju.

(34) Kien stabbilit matul il-verifikazzjoni illi Isibars u Isinox huma kumpanniji relatati peress li għandhom azzjonisti komuni u ġestjoni komuni. Il-Kummissjoni kienet dejjem ikkonsidrat fl-investigazzjonijiet ta' anti-dumping u ant-isussidju żewġ kumpaniji relatati bħala entita ekonomika waħda sabiex tevita ċ-ċirkumvenzjoni. Għalhekk, din it-talba ma tistax tingħata. Inkwantu tal-kalkolazzjoni tal-marġini ta' sussidju, l-Kummissjoni wżat metodoloġija ta' piż-medju bħala l-iktar bażi raġonevoli biex jiġi stabbilit marġini ta' sussidju.

5. Ammont ta' sussidji kompensatorji

(35) Meta jittieħed akkont tas-sejbiet definittivi dwar l-iskemi varji kif stabbilit hawn taħt, l-ammont tas-sussidji kompensatorji għal kull wieħed mill-produtturi esportaturi investigati huwa kif ġej:

| Passbook | DEPB | EPCGS | Taxxa fuq id-dħul | Total |

Bhansali Bright Bars | 4,1 % | 14,4 % | 0,0 % | 0,0 % | 18,5 % |

Devidayal | 0,0 % | 18,4 % | 0,0 % | 0,0 % | 18,4 % |

Indore Wajer | 7,7 % | 10,7 % | 0,9 % | 0,0 % | 19,3 % |

Isibars/Isinox | 4,2 % | 7,8 % | 1,2 % | 0,0 % | 13,2 % |

Kei Industries | 0,0 % | 0,0 % | 0,0 % | 0,0 % | 0,0 % |

Macro Bars | 9,6 % | 12,6 % | 0,0 % | 3,2 % | 25,4 % |

Mukand Ltd | 7,5 % | 5,7 % | 0,0 % | 0,0 % | 13,2 % |

Raajratna | 23,3 % | 13,7 % | 0,0 % | 5,9 % | 42,9 % |

Triveni Shinton | 0,0 % | 0,0 % | 0,0 % | 0,0 % | 0,0 % |

Venus Wajer | 19,8 % | 14,3 % | 0,0 % | 1,3 % | 35,4 % |

(36) L-ammont ta' sussidju stabbilit definittivament għal kumpanniji Indjani għajr dawk li jikkoperaw f'din l-investigazzjoni, espress bħala persentaġġ tal-prezz nett ħieles fil-Komunità, huwa ta' 48,8 %, li hija s-somma ta' l-ogħla ammont mogħti lil kull esportatur li jikkopera taħt kull skema.

II. KOREA

1. Programmi ta' self

(a) Kalkolazzjoni tar-rata ta' interessi benchmark

(37) Il-Gvern tal-Korea (GOK) talab illi dwar il-kalkolazzjoni ta' l-ammont tas-sussidju fil-każ ta' self, il-metodu li jħares l-ispiża min-naħa tal-Gvern aktar milli min-naħa tal-benefiċċju lir-reċipjent kellu jkun użat, fejn ikkwota l-Artikolu 19(4) u l-Artikolu 6(1)(a), u l-punti ta' l-Anness (k) u (l) tal-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kompensatorji (ASCM).

(38) Huwa kunsidrat illi d-disposizzjonijiet ċitati mill-GOK m‘humiex applikabbli lill-programmi tas-self investigati. L-Artikolu 19(4) tal-ASCM jistabbilixxi illi ebda dazju kompensatorju ma huwa impostat f'eċċess ta' l-ammont tas-sussidju li nstab li jkun misjub li jeżisti kalkolat fuq il-bażi tal-benefiċċju mogħti. Din id-disposizzjoni kienet osservata minn meta r-regoli espliċiti għal kalkolu tas-sussidju fil-każ ta' self, i.e. L-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku li jinkorporaw l-Artikolu 14(b) tal-ASCM, kienu segwiti. Dawn ir-regoli jistabbilixxu biċ-ċar illi s-sussidju għandu jkun ikkalkolat skond il-benefiċċju li huwa d-differenza bejn l-ammont imħallas mill-kumpannija li tirċievi s-self u l-ammont li l-kumpannija kienet tħallas għal self kummerċjali mqabbel. L-Artikolu 19(4) tal-ASCM ma joħloqx il-ħtieġa għall-kalkolu ta' sussidju fuq il-bażi ta' l-ispiża lill-gvern. L-Artikolu 6(1)(a) jikkonċerna l-presunzjoni ta' preġudizzju serju f'ċerti ċirkostanzi, li m‘huwiex applikabbli għall-proċeduri ta' dazji kompensatorji. Il-punt (k) ta' l-Anness I tal-ASCM li huwa riprodott fl-Anness I tar-Regolament bażiku jipprovdi għal regoli speċjali għall-krediti ta' esportazzjoni li huma eċċezzjonijiet għar-regoli ġenerali għall-kalkolu ta' sussidji fil-każ ta' self. Il-punt (l) fih innifsu ma jistabbilix illi il-metodu li jħares l-ispiża min-naħa tal-gvern jipprevali fuq ir-regoli espliċiti fl-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, b'mod partikolari peress li l-punt kien diġa preżenti fil-lista illustrattiva tas-sussidji ta' esportazzjoni adottati matul it-Taħdidiet ta' Tokjo fin-negozjati tal-GATT, fi żmien meta l-metodu li jħares il-benefiċċju minn-naħa tar-reċipjent ma kienx għadu ġie inkorporat fir-regoli tal-WTO.

(39) Barra minn dan, il-GOK qal illi l-paragun ta' interessi mħallsin fuq programm ta' self mill-gvern ma' self kummerċjali kien bi żvista jassumi illi r-rati ta' l-interess fuq is-self kollu fl-ekonomija jkunu indaqs.

(40) Il-Kummissjoni ma tassumix illi s-self kollu huwa ugwali imma użat bħala benchmark self li kien kunsidrat komparabbli fuq il-bażi ta' perjodu ta' ħlas lura, ammont prinċipali u skop tas-self kif meħtieġ skond l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku.

(41) Fl-aħħarnett, il-GOK qal illi r-rata ta' interess benchmark għandha tkun dik ta' self komparabbli mogħti fl-istess żmien bħas-self taħt konsiderazzjoni aktar milli jintużaw rati ta' interess li jipprevu fil-perjodu ta' investigazzjoni peress li matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, r-rata ta' interess kienet normalment għolja minħabba l-kriżi finanzjarja.

(42) Kien instab matul l-investigazzjoni illi r-rati ta' interess għal self mogħtija fuq bażi kummerċjali jirriflettu l-kondizzjonijiet tas-suq billi jitbiddlu maż-żmien. Tali self kien ikun wera l-istess rati ta' interess matul il-perjodu ta' investigazzjoni avolja kien ingħata fl-istess żmien bħas-self tal-gvern jew le. Għalhekk, il-Kummissjoni ma toħroġx barra mill-prattika normali tagħha mfassla mir-Regolament bażiku u l-linji gwida ta' kalkolu. Għalhekk, it-talba hija riġettata.

(43) Żewġ produtturi esportaturi Koreani qalu li l-klassifikazzjoni tal-Kummissjoni fuq is-self f'ħames kategoriji fuq il-bażi ta' l-ammont tal-prinċipal hija arbitrarja u inkonsistenti mal-prattika tas-soltu tal-banek Koreani u li konsegwentement id-determinazzjoni tar-rata ta' l-interessi fuq il-bażi ta' l-ammont tas-self m‘hiex metodoloġija adekwata biex tkun stabbilita r-rata ta' interess benchmark. Esportatur Korean talab illi minħabba li l-banek Koreani ma jieħdux akkont ta' l-ammont tas-self bħala fattur determinanti għar-rata ta' l-interessi, l-Kummissjoni għandha tuża bħala l-unika benchmark, il-medja attwali tar-rata ta' interessi tal-produttur fuq self kummerċjali. Żewġ produtturi esportaturi Koreani talbu wkoll illi l-Kummissjoni għandha tuża r-rata ta' interess fuq self għan-negozju bħala r-rata ta' interess markata għal self tal-EXIM-SM.

(44) Fi tweġiba għal dawn it-talbiet, huwa kunsidrat illi l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku jagħmilha ċara illi l-benchmark għall-kalkolazzjoni tas-sussidju huwa self kummerċjali paragunabbli li l-kumpannija tista' tikseb attwalment fis-suq. Għalhekk, il-prattika tal-Komunità f'dan il-qasam, kif imfassla fil-linji gwida għall-kalkolazzjoni, hija li jiġu paragunati self bl-istess ammont, skop u l-istess perjodu ta' ħlas lura. Is-self tan-negozju (i.e. self għal żmien qasir għal skopijiet operattivi) miksub mill-produtturi esportaturi Koreani hu differenti fl-iskop (ara r-rakkont 126 tar-Regolament proviżorju) u l-perjodu ta' self mis-self ta' l-EXIM-SM taħt konsiderazzjoni u għalhekk m‘huwiex paragunabbli. Għalhekk dawn it-talbiet ma jintlaqgħux.

(45) Iż-żewġ produtturi esportaturi Koreani argumentaw iżjed illi l-Kummissjoni użat rati ta' interess straordinarjament għoljin li riżultaw mill-kriżi finanzjarja fil-Korea bħala benchmark għall-kalkolu tas-sussidju fuq self konkluż qabel il-kriżi.

(46) l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku jgħid li l-benefiċċju huwa kalkolat billi jkunu paragunati r-rati ta' interess fuq self tal-gvern mar-rati ta' interess fuq self kummerċjali paragunabbli. Sabiex dan isir, medja tar-rati ta' interess fuq is-self mill-gvern kienu paragunati mal-medja tar-rati ta' interessi fuq self kummerċjali paragunabbli matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Din it-talba, għalhekk, ma tintlaqax.

(b) Self għall-Produzzjoni ta' Xbieki tas-Sajd (FNPL)

(47) Il-GOK qal illi peress li dan is-self kien speċifiku għall-industrija tax-xbieki tas-sajd, ma tax benefiċċju fuq l-esportatur tal-wajers ta' l-istainless steel u lanqas ma kien speċifiku għall-industrija ta' l-istainless steel. Barra minn dan, kumpanija li tipproduċi kemm ix-xbieki tas-sajd kif ukoll il-wajers ta' l-istainless steel tista' tamministra r-riżorsi finanzjarji u l-kontijiet tagħhom separatament.

(48) Matul l-investigazzjoni kien stabbilit illi l-produtturi esportaturi ta' wajers ta' l-istainless steel irċevew tali self, li huwa kompensatorju peress li, kif ammetta l-GOK, huwa speċifiku għall-industrija tax-xbieki tas-sajd. Huwa kunsidrat li huwa irrilevanti li l-iskema konċernata hix speċifika għall-industrija li tipproduċi l-prodott taħt investigazzjoni sakemm il-programm huwa speċifiku u l-benefiċċji tiegħu jistgħu jkunu relatati mal-produzzjoni tal-prodott konċernat. Dan ta' l-aħħar huwa l-każ peress li s-self issussidjat naqqas l-ispiża finanzjarja komplessiva tal-produttur li jibbenefika wkoll mill-prodott konċernat. Ebda evidenza ma kienet sottomessa illi l-ġestjoni tar-risorsi finanzjarji mill-produtturi esportaturi konċernati kienet immexxija b'tali mod illi l-ispiża finanzjarja ġenerali tal-kumpannija ma tkunx affettwata mill-għotja tas-self. Għalhekk, it-talba ma tintlaqax.

(ċ) Fond ta' Self għall-Ftugħ u Promozzjoni ta' SMEs (SME-SPFL)

(49) Il-GOK qal illi self tat-Tip Ċ mogħtijin taħt il-By-law ta' l-Istabbiliment u Operazzjoni tal-Fondi għall-Appoġġ tal-Belt Metropolitana ta' Pusan ma kienux kontinġenti ma' l-andament ta' l-esportazzjoni peress li tmien kriterji prinċipali u 12-il kriterju addizzjonali li jistabbilixxu l-eliġibiltà għal tali self huma oġġettivi u newtrali. L-uniku element relatat ma' l-esportazzjoni huwa illi konsiderazzjoni addizzjonali tittieħed għall-SMEs li l-bejgħ tagħhom għall-esportazzjoni ma jakkontax għal aktar minn 20 % tad-dħul totali tagħhom. L-għan ta' l-iskema m‘huwiex biex tippromwovi l-esportazzjonijiet imma biex tuża s-sehem ta' l-esportazzjoni bħala indikatur indirett ta' l-attivitajiet ta' żvilupp fit-teknoloġija.

(50) Huwa kunsidrat illi, għalkemm kondizzjoni relatata ma' andament ta' l-esportazzjoni hija waħda fost ħafna kriterji, madankollu tagħmel l-iskema kontiġenti fuq l-andament ta' l-esportazzjoni u għalhekk hi speċifika. Dan huwa mfassal b'mod ċar fl-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku li jgħid illi s-sussidji li huma kontinġenti fil-liġi jew fil-fatt, kemm jekk unikament jew bħala wieħed minn ħafna kondizzjonijiet, fuq l-andament ta' l-esportazzjoni huma meqjusa li jkunu speċifiċi. Peress li element wieħed li għandu jiġi kunsidrat mill-awtorità li tagħti huwa illi sehem minimu ta' l-esportazzjonijiet fid-dħul totali huwa miksub, din il-ħtieġa ta' kontinġenza fuq l-andament ta' l-esportazzjoni hija mwettqa peress li kumpanniji jistgħu ma jkunux kisbu benefiċċji mingħajr ma jeċċedu ċertu livell fil-bejgħ esportat. Għalhekk, it-talba tal-GOK ma tintlaqax.

(d) Self għall-Iżvilupp fil-Kummerċ tat-Teknoloġija (TDBL) Fond għall-Promozzjoni tax-Xjenza u t-Teknoloġija (STPF)

(51) Il-GOK qal illi dawn il-programmi jipprovdu l-għajnuna għal attivitajiet ta' riċerka skond l-Artikolu 8(2)(a) tal-ASCM u għalhekk m‘humiex azzjonabbli u kompensatorji. Barra minn dan, l-iżvilupp fit-teknoloġija, u l-promozzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija huma kriterji oġġettivi u newtrali fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 2(1)(b) l-ASCM u l-programmi huma ġeneralment disponibbli lill-industriji kollha li jinvestu fil-proġetti għall-iżvilupp tat-teknoloġija u għalhekk m‘humiex speċifiċi. Dwar l-STPF, il-GOK qal iżjed illi peress li kriterji trasparenti u oġġettivi huma impjegati mill-Ministeru għax-Xjenza u t-Teknoloġija, dan ma jistax jeżerċita xi diskrezzjoni fid-deċiżjoni tal-prijorità tal-proġetti u li l-Kummissjoni naqset milli tippreżenta xi evidenza biex tappoġġja l-konklużjoni tagħha li din id-diskrezzjoni kienet eżerċitata.

(52) It-talba meta ma jkunx hemm azzjonabilità għaż-żewġ programmi hija riġettata għall-istess raġunijiet kif intqal hawn isfel taħt ir-rakkonti 75 sa 77. L-ebda evidenza ma kienet provduta li setgħet tixħed dubju fuq il-fording proviżorju illi s-TDBL kien speċifiku għal ċertu industriji li investew f'ċertu proġetti kif stabbilit mill-Ministeru tan-Negozju u l-Industrija. Ukoll dwar l-STPF, ebda informazzjoni fuq kwalunkwe kriterju wżat mill-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija ma kien provdut. Matul l-investigazzjoni kien verifikat illi l-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija kien fil-fatt iddeċieda minn żmien għal żmien fuq proġetti ta' prijorità. Dan huwa kunsidrat bħala evidenza suffiċjenti biex ikun stabbilit illi l-STPF huwa de facto speċifiku fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(2)(ċ) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, ma tintlaqax it-talba illi l-iskemi m‘humiex speċifiċi.

(e) Self għal Finanzjar ta' Esportazzjoni

(53) Produttur esportatur Korean talab li l-Kummissjoni ma tatx kaz ċerta informazzjoni verifikata u għamlet żball ta' kalkolazzjoni fid-determinazzjoni tal-benefiċċju mis-self ta' l-EXIM-SM.

(54) Huwa kunsidrat li din it-talba hija valida. Għalhekk saru l-aġġustamenti xierqa lill-ammont tas-sussidju għall-kumpannija rilevanti.

(55) Il-GOK talab illi peress li s-self ta' l-EXIM-EC (qabel il-ġarr), l-EXIM-SM u l-EXIM-FIC ingħataw b'rati ‘l fuq minn dawk li l-EXIM ħallas attwalment għall-fondi, s-self tal-EXIM-EC, l-EXIM-SM u l-EXIM-FIC m‘humiex kompensatorji. Barra minn dan qiegħed jiġi argumentat illi n-nota 5 f'qiegħ il-paġna ta' l-Artikolu 3(1)(a) ta' l-ASCM jgħid illi l-miżuri msemmija fl-Anness I li ma jikkostitwux sussidji għall-esportazzjoni m'għandhomx ikunu projbiti taħt din jew xi disposizzjoni oħra ta' l-ASCM.

(56) Huwa kunsidrat li dawn l-argumenti japplikaw biss għal "krediti ta' esportazzjoni" kif definiti fil-punt (k) ta' l-Anness I tar-Regolament bażiku. Kif diġa spjegat fir-Regolament proviżorju fir-rakkonti 129 u 130, is-self ta' l-EXIM-EC (qabel il-ġarr), l-EXIM-SM u l-EXIM-FIC mhumiex ikkonsidrati li huma "krediti għall-esportazzjoni" u ma jaqgħux taħt il-punt (k) ta' l-Anness I tar-Regolament bażiku. Dawn it-talbiet, għalhekk, m‘humiex aċċettati.

(57) Il-GOK argumenta illi l-EXIM-FIC huwa kontinġenti la fuq l-andament ta' esportazzjoni u lanqas fuq l-użu ta' domestiku fuq oġġetti importati fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1) tal-ASCM. Il-GOK jgħid ukoll illi, minħabba li l-EXIM-FIC jinsab disponibbli f'varjeta kbira ta' industriji u peress li l-kriterju ta' investiment barrani huwa oġġettiv u newtrali fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 2(1)(b) ta' l-ASCM, l-EXIM-FIC m‘huwiex speċifiku.

(58) Fi tweġiba għal dawn l-argumenti l-Kummissjoni konkludiet fuq is-self ta' l-EXIM-FIC li huma disponibbli biss għall-kumpanniji li jinvestu barra u għalhekk huma speċifiċi fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament bażiku peress li m‘humiex ibbażati fuq kriterji newtrali kif spjegat hawn taħt fir-rakkonti 80 sa 84. Ġie kunsidrat illi l-EXIM-FIC m‘huwiex kontinġenti fuq l-andament ta' esportazzjoni u lanqas fuq l-użu domesetiku fuq l-oġġetti importati fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1) tal-ASCM.

2. Sistema ta' rifużjoni ta' ammonti fissi

(59) Il-GOK argumenta li din l-iskema hija sistema drawback fi ħdan it-tifsira ta' l-Anness I, punt (i), l-Anness II u l-Anness III ta' l-ASCM u pretenda aktar illi d-drawback ta' piżijiet fuq l-importazzjoni ma jsirx b'eċċess ta' dawk imposti fuq l-inputs importati li huma konsumati fil-produzzjoni tal-prodott esportat, li jagħmlu allokazzjoni normali għall-iskart.

(60) Fi tweġiba għal dawn l-argumenti huwa kunsidrat li peress li m'hemmx obbligazzjoni biex ikunu importati xi inputs għall-produzzjoni tal-prodott esportat, l-iskema ta' rifużjoni ta' ammonti fissi m‘hijiex la skema ta' dazju drawback u lanqas skema ta' sostituzzjoni ta' drawback fi ħdan it-tifsira ta' l-Anness I, punt (i), l-Anness II u l-Anness III tal-ASCM. Fil-fatt, is-sistema ta' rifużjoni ta' ammonti fissi tal-Korea taqa' taħt id-definizzjoni ġenerali ta' sussidju skond l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku li inkorpora l-Artikolu 1 tal-ASCM. Hi tikkostitwixxi sussidju peress li kontribuzzjoni finanzjarja hija magħmula mill-GOK fil-forma ta' għotjiet ibbażati fuq il-valur FOB ta' l-esportazzjonijiet u tikkonferixxi benefiċċju dirett fuq ir-reċipjent. Hija sussidju kontinġenti fil-liġi fuq l-andament ta' l-esportazzjoni u hija għalhekk meqjusa li hi speċifika taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Konsegwentament, il-kwistjoni ta' remissjonijiet eċċessivi fuq id-dazji ta' importazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku, ma tqumx peress illi din hija rilevanti biss għall-każijiet ta' drawback u skemi ta' sostituzzjoni ta' drawbacks skond l-Annessi I sa III tar-Regolament bażiku. Għalhekk dawn it-tabiet huma riġettati.

(61) Il-GOK qal illi, skond paragrafu 2 ta' l-Anness II(II) tal-ASCM, jekk m'hemmx sistema jew proċedura biex tistabbilixxi jekk sarx pagament eċċessiv u l-awtoritajiet investigattivi jaħsbu li huwa neċessarju, eżaminazzjoni oħra titwettaq skond il-paragrafu 1 ta' l-Anness II(II). Il-GOK qal illi peress li l-Kummissjoni ma eżaminatx jekk kienx hemm fil-fatt drawback żejjed ta' piżijiet ta' importazzjoni fuq l-inputs konsumati fil-produzzjoni tal-prodott esportat, ma teżisti l-ebda bażi li tikkonkludi illi s-sistema Koreana ta' rifużjoni ta' l-ammont fiss tikkostitwixxi sussidju speċifiku skond l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(62) Huwa kunsidrat illi dan l-argument huwa rilevanti peress li paragrafu 2 ta' l-Anness II(II) tal-ASCM jittratta skema ta' drawback ta' dazju li, kif spjegat hawn fuq, il-programm taħt konsiderazzjoni m‘huwiex. Imma f'kull eventwalità, anki jekk kienet skema ta' drawback ta' dazju, l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku jipprovdi li r-responsabbiltà tkun fuq il-gvern tal-pajjiż esportatur biex iwettaq tali eżaminazzjoni bażata fuq transazzjonijiet attwali. Il-GOK ma wettaqx tali eżaminazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni ma eżaminatx jekk kienx hemm fil-fatt drawback żejjed ta' piżijiet ta' importazzjoni fuq inputs konsumati fil-produzzjoni tal-prodott esportat.

(63) Produttur esportatur Korean qal illi l-argument tal-Kummissjoni illi ma hemmx sistema jew proċedura biex tikkonferma liema inputs huma konsumati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f'liema ammont, m‘huwiex validu għaliex ir-rifużjoni tad-dazju huwa permess biss għall-inputs li huma użati attwalment fil-produzzjoni ta' oġġetti esportati u għad-dazju li hu mħallas attwalment.

(64) F'risposta għal dawn l-argumenti huwa kunsidrat illi taħt is-sistema ta' rifużjoni ta' ammont fiss, l-ammont ta' għotjiet riċevuti m‘huwiex kalkolat b'rabta ma' l-inputs konsumati attwalment fil-proċess tal-produzzjoni jew id-dazju ta' importazzjoni attwalment imħallas, imma kalkolat bħala somma waħda bażata fuq l-esportazzjonijiet ġenerali. Għalhekk, dawn it-talbiet m‘humiex aċċettati.

(65) Produttur esportatur Korean li argumenta aktar illi ma rċeviex xi benefiċċju mill-użu ta' din is-sistema qal illi ħallas dazju ta' importazzjoni fuq il-materja prima użata fil-produzzjoni tal-prodott konċernat u esporta l-prodott konċernat, bl-ammont tad-dazju drawback ikun nferjuri għall-ammont illi kien jirċievi jekk is-sistema individwali kienet użata. Il-GOK argumenta aktar illi dak il-produttur esportatur Korean li uża s-sistema ta' drawback ta' dazju fuq ammont fiss ipprovda lill-Kummssjoni bl-evidenza illi d– drawback tiegħu ta' piżijiet ta' importazzjoni huma ferm inqas minn dawk imposti fuq l-inputs importati li kienu konsumati fil-produzzjoni tal-prodott esportat matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni.

(66) Bi tweġiba għal dawn l-argumenti huwa kunsidrat illi, għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, il-ħlasijiet taħt is-sistema ta' rifużjoni ta' ammont fiss jikkostitwixxu għotjiet li huma bażati fuq l-andament ta' l-esportazzjoni u għalhekk huma speċifiċi u kompensatorji skond l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Barra minn dan, huwa irrilevanti jekk l-użu ta' skema leġittima ta' drawback ta' dazju kenitx tkun ta' aktar vantaġġ għall-produttur esportatur peress li huwa għażel li jirċievi benefiċċji taħt skema li hija sussidju kompensatorju. Għalhekk, dawn it-talbiet m‘humiex aċċettati.

3. Programmi ta' taxxa

(a) Limitazzjoni mhix speċifikata lill-industrija tal-manifattura

(67) Fid-determinazzjoni proviżorja tagħha, l-Kummissjoni kunsidrat illi ċerti Artikoli tal-Liġi ta' Eżenzjoni mit-Taxxa u Kontroll tar-Riduzzjoni (TERCL) kienu kompensatorji peress li kienu speċifiċi skond l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament bażiku bis-saħħa li kienu limitati għal ċertu intrapriżi inklużi dawk fl-industrija tal-manifattura. Dawn l-Artikoli kienu:

- l-Artikolu 7 (Riduzzjoni speċjali u eżenzjoni mill-ammont tat-taxxa għall-industriji ta' manifattura żgħar u medji, eċċ.),

- l-Artikolu 8 (Riżerva għal żvilupp tat-teknoloġija),

- l-Artikolu 9 (Kreditu ta' taxxa għal spejjeż ta' żvilupp tat-teknoloġija u ta' manpower),

- l-Artikolu 25 (Kreditu ta' taxxa għal investiment fil-faċilitajiet għaż-żieda tal-produttività),

- l-Artikolu 27 (Kreditu ta' taxxa għal investiment temporanju).

(68) Il-GOK qal illi peress li d-disposizzjonijiet ta' dawn l-Artikoli huma, fil-prattika, disponibbli lil varjeta wiesa' sinifikanti ta' industriji/negozji, m‘humiex speċifiċi fi ħdan id-definizzjoni ta' l-Artikolu 2(1)(a), (b) u (ċ) ta' l-ASCM u għalhekk m‘humiex kompensatorji (dawn il-paragrafi ta' l-ASCM huma riprodotti fl-Artikolu 3(2)(a), (b) u (ċ) tar-Regolament bażiku). B'mod partikolari, l-GOK enfasizza illi l-kunċett ta' "industrija tal-manifattura" huwa wieħed definit b'mod ġeneriku ħafna u, fil-prattika, jinkludi għaxriet f'eluf ta' sub-kategoriji ta' industriji.

(69) Il-prinċipju bażiku ta' l-ispeċifiċità huwa illi sussidju li jfixkel l-allokazzjoni ta' riżorsi fi ħdan ekonomija billi jgħin ċertu intrapriżi fuq oħrajn għandu jkun soġġett għal miżuri kompensatorji jekk jikkawża inġurji. Fejn l-eliġibbiltà għal sussidji hija limitata fi ħdan ekonomija fuq il-bażi ta' kriterju mhux newtrali, tali tfixkil fl-allokazzjoni ta' riżorsi huwa meqjus li jseħħ. Dan il-prinċipju huwa l-bażi għal l-Artikolu 2(1)(a) ta' l-ASCM u l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament bażiku li jipprovdu li sussidju huwa speċifiku jekk l-awtorità li tagħti, jew il-leġislazzjoni li fuqha l-awtorità li tagħti topera, tillimita espliċitament l-aċċess għal sussidju lil ċertu intrapriżi. F'dan il-każ, huwa kunsidrat illi, filwaqt li l-kunċett ta' "industrija tal-manifattura" jista' jkun wieħed definit b'mod ġeneriku ħafna, huwa fatt illi d-disposizzjonijiet ta' l-hawn fuq imsemmija Artikoli ta' l-TERCL huma disinjati iżjed sabiex jirrestrinġu l-benefiċċji taħt dak lil ċertu intrapriżi billi jagħmlu l-eliġibbiltà kontinġenti fuq kriterji oħrajn mhux newtrali, bħal investiment f'ċertu tipi ta' prodotti ta' teknoloġija għolja jew investiment barrani.

(70) Kien argumentat mill-GOK illi tali kriterju huwa newtrali, peress li l-kumpanniji kollha għandhom opportunità ugwali biex jagħmlu użu mis-sussidji. Per eżempju, huwa argumentat illi sussidju għal kumpanniji li jinvestu barra mill-pajjiż m‘huwiex speċifiku peress li l-kumpanniji kollha jistgħu jinvestu barra mill-pajjiż. Madankollu, skond dan l-argument, sussidju limitat lill-kumpanniji fis-settur tat-tessuti m‘huwiex speċifiku peress li l-kumpanniji kollha "jistgħu" jiddiversifikaw għat-tessuti. Jekk l-ispeċifiċità taħt l-ASCM għandha tagħmel xi sens, għandha tkopri sitwazzjonijiet fejn il-gvernijiet jagħmlu sussidji soġġetti għal kondizzjonijiet li huma jafu minn qabel li se jirrestrinġu severament in-numru ta' kumpanniji li huma eliġibbli biex japplikaw; tali sussidji huma disinjati biex jgħinu ċertu intrapriżi fuq oħrajn. Għal din ir-raġuni, t-tip ta' kriterju wżat mill-GOK biex jinnomina r-reċipjenti li m‘humiex "newtrali", u kif spjegat hawn taħt, m‘humiex orizzontali fl-applikazzjoni, kif mitlub minn l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament bażiku. Għalhekk instab illi s-sussidji taħt dawn l-Artikoli tal-TERCL huma speċifiċi; iżjed raġunijiet dettaljati huma mogħtijin hawn isfel dwar l-iskemi individwali.

(b) Proċess eċċessiv

(71) Il-GOK allega illi, peress li l-persuna b'ilment f'din il-proċedura m'għamlitx xi allegazzjonijiet dwar id-disposizzjonijiet tat-taxxa f'ċertu Artikoli ta' l-TERCL, huma m'għandhomx ikunu inklużi fi kwalunkwe determinazzjoni li għandha ssir f'dan il-proċess. L-Artikoli konċernati huma:

- l-Artikolu 5 (Kreditu ta' taxxa speċjali għall-SMEs),

- l-Artikolu 7 (Riduzzjoni speċjali u eżenzjoni mill-ammont tat-taxxa għall-industriji tal-manifattura żgħar u medji, eċċ.),

- l-Artikolu 27 (Kreditu ta' taxxa għall-investiment temporanju).

(72) B'mod partikolari, il-GOK jgħid illi:

(i) l-Artikolu 11 ta' l-ASCM (L-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku) iniżżel l-informazzjoni li għandha tinstab f‘ilment, inkluż l-evidenza ta' l-eżistenza ta' sussidji u l-ammont u n-natura tas-sussidju konċernat;

(ii) l-Artikolu 12(1) ta' l-ASCM (L-Artikolu 11 tar-Regolament bażiku) jgħid illi Membri interessati u l-partijiet kollha interessati f'investigazzjoni ta' dazju kompensatorju għandhom jingħataw avviż fuq l-informazzjoni li l-awtoritajiet jeħtieġu;

(iii) Paragrafu 7 ta' l-Anness VI ta' l-ASCM (L-Artikolu 26(3) tar-Regolament bażiku) jgħid illi għandha tkun prattika standard qabel ma ssir il-(verifikazzjoni) viżta biex javżaw il-kumpanniji konċernati dwar in-natura ġenerali ta' l-informazzjoni li se tkun verifikata u kwalunkwe informazzjoni oħra li trid tkun provduta.

(73) Il-GOK jgħid illi dawn id-disposizzjonijiet ta' l-ASCM ġew injorati billi ġew inklużi l-programmi mhux allegati fid-determinazzjoni u illi, barra minn dan, kemm il-GOK u ftit produtturi esportaturi li jikkoperaw ma kellhomx l-opportunità biex jiddefendu lilhom infushom kif xieraq.

(74) Bi tweġiba lit-talbiet tal-GOK, huwa kunsidrat illi, meta jsir ilment, wieħed ma jistax jistenna li l-persuni b'ilment ikunu jafu b'kull l-aħħar dettalji ta' allegazzjoni ta' programmi ta' sussidju f'pajjiż terz. F'dan il-każ, il-persuna b'ilment għamel numru kbir ta' allegazzjonijiet ta' sussidji ta' taxxi mogħtijin taħt il-TERCL. L-investigazzjoni mbagħad kixfet sussidji ta' taxxi oħrajn mogħtijin taħt ċertu disposizzjonijiet tal-TERCL li ma kienux imsemmijin speċifikament fl-ilment, imma li għandhom effett simili ħafna għall-iskemi allegati. Bil-ħsieb tan-natura ta' dawn is-sussidji, u b'mod partikolari l-fatt illi huma mogħtija taħt l-umbrella ġenerali ta' l-TERCL (li kontra tagħhom il-persuna b'ilment kien għamel numru ta' allegazzjonijiet ta' sussidji) huwa konkluż illi l-Kummissjoni hija intitolata li tinvestigahom u tirrakkomanda azzjoni kompensatorja jekk xieraq.

(ċ) l-Artikolu 8 tal-TERCL (Riżerva għal Żvilupp Teknoloġiku)

(75) B'żieda ma' l-allegazzjoni tal-GOK fir-rigward tad-disposizzjonijiet mhux speċifiċi ta' dan l-Artikolu, il-GOK talab li dan l-Artikolu huwa sussidju għal riċerka u żvilupp (R&D) mhux azzjonabbli fi ħdan it-tifsir ta' l-Artikolu 8(2)(a) tal-ASCM (dan il-paragrafu tal-ASCM huwa riprodott fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku).

(76) Huwa innotat illi, jekk is-sussidji ta' R&D li jilħqu l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 8(2)(a) tal-ASCM huma notifikati lill-WTO taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(3) ta' dak il-Ftehim, investigazzjoni lanqas ma tista' tinfetaħ kontra tali sussidji. Dwar l-Artikolu 8 tal-TERCL, kien innotat illi l-Korea ma notifikatx din id-disposizzjoni lill-WTO taħt l-Artikolu 8(3) tal-ASCM. Għalhekk, il-Kummissjoni kienet intitolata li tibda investigazzjoni ta' din id-disposizzjoni tal-TERCL. Dwar it-talba tal-GOK illi din id-disposizzjoni m‘hijiex azzjonabbli, u għalhekk hija protetta minn miżuri kompensatorji, l-GOK huwa meħtieg li juri tali non-azzjonabbiltà. Ingħata l-opportunità mill-Kummissjoni li ssir tali dimostrazzjoni fil-bidu ta' l-investigazzjoni, imma m'għamilx hekk. F'dawn iċ-ċirkustanzi, miżuri kompensatorji jistgħu jkunu imposti fuq il-benefiċċji li jeżistu taħt dan l-Artikolu.

(77) Dwar l-allegazzjonijiet m‘humiex speċifiċi tal-GOK, l-iskema hija newtrali peress li tagħmel differenza bejn kumpanniji normali u intensivi fit-teknoloġija. Dawn ta' l-aħħar jirċievu rati ogħla ta' benefiċċju. Tali distinzjoni turi li l-kriterji m‘humiex newtrali u jeskludu numru kbir ta' kumpanniji li għalihom tali żvilupp fit-teknoloġija m‘huwiex neċessarju. Għal dawn ir-raġunijiet u dawk imsemmijin fir-rakkonti 67 sa 70, huwa kunsidrat illi l-Artikolu 8 tal-TERCL huwa speċifiku u għalhekk kompensatorju.

(d) l-Artikolu 9 tal-TERCL (Kreditu ta' taxxa ta' taxxa għal spejjeż ta' żvilupp tat-tekonoloġija u ta' manpower)

(78) B'żieda mat-talba ġenerali tal-GOK dwar in-nuqqas ta' speċifiċità tad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, l-GOK qal illi l-kriterju ta' żvilupp tat-teknoloġija u ta' manpower huwa kriterju oġġettiv u newtrali fi ħdan it-tifsir ta' l-Artikolu 2(1)(b) ta' l-ASCM. Huwa kunsidrat illi dan il-kriterju m‘huwiex newtrali fi ħdan is-sens ta' dak l-Artikolu ta' l-ASCM u lanqas fi ħdan is-sens ta' l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament bażiku. Dan l-Artikolu ta' l-aħħar jitlob illi l-kriterji jew il-kondizzjonijiet oġġettivi għandhom ikunu newtrali u anke ekonomiċi fin-natura u orrizzontali fl-applikazzjoni. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu tal-TERCL huma kunsidrati li m‘humiex orizzontali fin-natura peress li bla dubju kumpanniji f'ċerti setturi industrijali se jkunu aktar orjentati għat-teknoloġija milli dawk f'setturi oħrajn u għalhekk ikun iżjed probabbli li jieħdu vantaġġ ta' din id-disposizzjoni. Il-GOK, billi għadda liġi din id-disposizzjoni tal-TERCL, ta benefiċċju disproporzjonat lill-kumpanniji f'ċertu setturi industrijali.

(79) Huwa kunsidrat illi din l-iskema hija speċifika peress li hija limitata lil ċertu intrapriżi (ara r-rakkonti 67 sa 70) u għalhekk hi kompensatorja. L-iskema hija speċifika wkoll skond l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament bażiku u għalhekk hi kompensatorja.

(e) l-Artikolu 23 tal-TERCL (Riserva għal telf ta' investiment barrani)

(80) Il-GOK innota illi d-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma baqgħux effettivi mill-1 ta' Jannar 1998. Il-GOK qal ukoll illi d-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma disponibbli lil numru kbir ta' industriji u wkoll illi l-kriterju ta' investiment barrani huwa kriterju oġġettiv u newtrali fi ħdan it-tifsir ta' l-Artikolu 2(1)(b) tal-ASCM.

(81) In-natura ta' din id-disposizzjoni hija dik ta' differiment ta' taxxa li terġa tkun miżjuda lura mal-bażi tat-taxxa ta' kumpannija wara perjodu ta' grazzja ta' sentejn f'ammonti ndaqs tul tliet snin. Għalhekk, għat-taxxa differita matul l-aħħar sena ta' eliġibbilta (sena ta' taxxa 1997), il-benefiċċji komplew jiżdiedu matul il-perjodu ta' investigazzjoni (1 ta' April 1997 sal-31 ta' Marzu 1998) u se jkomplu jiżdiedu għal numru ta' snin wara dan lil kumpanniji li għamlu użu minn din id-disposizzjoni tat-taxxa.

(82) Dwar it-talba tal-GOK illi d-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma disponibbli lil numru kbir ta' industriji, huwa innotat illi, fis-sejbiet proviżorji tagħha, l-Kummissjoni sabet illi d-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu kienu limitati lil dawk il-kumpanniji Koreani li jinvestu barra mill-pajjiż. L-ebda informazzjoni ġdida ma ġiet ipprovduta li dan m‘huwiex il-każ. Simili għat-talba tal-GOK hawn fuq dwar in-nuqqas ta' speċifiċità tal-limitazzjoni lill-industrija tal-manifattura (ara r-rakkonti 67 sa 70), huwa fatt illi d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 23 tal-TERCL jirrestrinġu l-benefiċċju ta' hemm fih lil ċerti intrapriżi. Din id-disposizzjoni hija għalhekk speċifika skond l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament Bażiku u hi għalhekk kompensatorja.

(83) Il-GOK qal ukoll illi l-kriterju ta' investiment barrani huwa kriterju oġġettiv u newtrali fi ħdan it-tifsir ta' l-Artikolu 2(1)(b) tal-ASCM. Huwa kunsidrat illi dan il-kriterju m‘huwiex newtrali fi ħdan is-sens ta' dak l-Artikolu ta' l-ASCM u lanqas fi ħdan is-sens ta' l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament bażiku. Dan l-Artikolu ta' l-aħħar jitlob illi l-kriterji jew il-kondizzjonijiet oġġettivi għandhom ikunu newtrali u anke ekonomiċi fin-natura u orizzontali fl-applikazzjoni. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu tal-TERCL huma kunsidrati li m‘humiex oġġettivi, peress li wieħed ikun jaf minn qabel illi l-kumpanniji li ma jinvestux barra mill-pajjiż ikunu ineliġibbli għall-benefiċċju. Dan il-kriterju huwa għalhekk la newtrali u lanqas orizzontali fl-applikazzjoni. Il-GOK, billi għadda liġi din id-disposizzjoni tal-TERCL, ta benefiċċju lil numru limitat ta' intrapriżi b'interessi barra mill-pajjiż.

(84) Huwa kunsidrat, għalhekk, illi din id-disposizzjoni tal-TERCL hija speċifika skond l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament bażiku u hi għalhekk kompensatorja.

(f) l-Artikolu 25 tal-TERCL (Kreditu ta' taxxa għal investiment f'faċilitajiet għaż-żieda tal-produttività)

(85) B'żieda mat-talba tal-GOK dwar in-nuqqas ta' speċifiċità tad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, il-GOK wera li d-disposizzjoni ta' trattament preferenzjali għal domestiku fuq faċilitajiet importati li kien jinsab f'dan l-Artikolu kien imħassar fl-aħħar tal-1996, li huwa qabel il-perjodu ta' investigazzjoni. Fis-sejbiet proviżorji tagħha, l-Kummissjoni tabilħaqq innotat illi d-disposizzjoni fl-Artikolu għal rati differenti fis-seħħ għall-faċilitajiet importati (kreditu ta' 3 %) u b'sorsi mhux barranin (kreditu ta' 10 %) kienet imħassra fl-aħħar ta' l-1996. Madankollu, peress li kumpanniji li bdew il-proġetti ta' investiment qabel l-aħħar ta' l-1996, izda li komplew wara dik id-data, jistgħu jagħżlu li jieħdu benefiċċju mir-rati fis-seħħ qabel dik id-data, il-benefiċċji komplew jiżdiedu matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(86) Dwar ir-rati differenti fis-seħħ għall-faċilitajiet importati b'sorsi mhux barranin qabel l-aħħar ta' l-1996, diġa nstab illi l-iskema hija speċifika skond l-Artikolu 3(4)(b) tar-Regolament bażiku. Dwar it-talba ġenerali ta' nuqqas ta' speċifiċità, huwa kunsidrat illi din l-iskema hija speċifika peress li hija limitata lil ċerti intrapriżi (ara r-rakkonti 67 sa 70) u hi għalhekk kompensatorja. Ikun magħruf minn qabel illi x'aktarx ċerti intrapriżi jkunu f'posizzjoni aħjar minn oħrajn li jibbenefikaw mill-vantaġġi tat-taxxa għal titjib fil-produttività, minħabba biss it-tip ta' kummerċ li jinsabu fih. Għalhekk, benefiċċji minn din l-iskema jkunu inevitabilment iżjed rilevanti lil ftit setturi milli oħrajn.

(g) l-Artikolu 27 tal-TERCL (Kreditu ta' taxxa għall-investiment temporanju)

(87) B'żieda mat-talba tal-GOK dwar in-nuqqas ta' speċifiċità tad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, l-GOK wera illi d-disposizzjoni ta' trattament preferenzali għall-faċilitajiet domestiċi fuq l-importati kienet imħassra fl-aħħar ta' l-1996. Fis-sejbiet proviżorji tagħha, l-Kummissjoni kunsidrat illi l-benefiċċji li żdiedu taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu kompensati peress li kumpanniji jistgħu jagħżlu li jibbenefikaw mir-rati differenti fis-seħħ għall-makkinarju importat (kreditu ta' 3 %) u b'sorsi mhux barranin (kreditu ta' 10 %) qabel l-aħħar ta' l-1996 għall-proġetti ta' investiment li bdew qabel dakinhar. Għalhekk, il-benefiċċji komplew jiżdiedu matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(88) Huwa kunsidrat illi din l-iskema hija speċifika peress li hija limitata lil ċerti intrapriżi (ara r-rakkonti 67 sa 70) u hi għalhekk kompensatorja. Dwar ir-rati differenti fis-seħħ qabel l-aħħar ta' l-1996, l-iskema hija speċifika skond l-Artikolu 3(4)(b) tar-Regolament bażiku. Dwar it-talba ġenerali għan-nuqqas ta' speċifiċità, kif huwa l-każ fl-Artikolu 25, din l-iskema hija disponibbli biss lil dawk il-kumpaniji li jinvestu fit-tagħmir ta' titjib tal-produttività. Jekk ikollhom in-natura ta' din il-kondizzjoni, huwa inevitabbli illi x'aktarx ċerti intrapriżi jibbenefikaw aktar minn oħrajn.

4. Ammont ta' sussidji kompensatorji

(89) Meta jittieħed kont tas-sejbiet definittivi relattati ma' l-iskemi varji kif imfasslin hawn taħt, l-ammont tas-sussidji kompensatorji għal kull wieħed mill-produtturi li jesportaw investigat huwa kif ġej:

| Self (esportazzjoni) | Self (ieħor) | Taxxa (esportazzjoni) | Taxxa (ieħor) | Dazju drawback | Sussidju Totali |

Korea Welding | 0,47 | 0,06 | 0,34 | 0,08 | 0 | 0,95 |

Shine Metal Products | 1,63 | 0 | 0 | 0 | 1,09 | 2,72 |

Dae Sung Rope Mfg Co., Ltd | 0,09 | 0,15 | 0,06 | 0,55 | 0 | 0,85 |

Korea Sangsa Co. Ltd/Myung Jin Co., Ltd | 0,17 | 0 | 0,15 | 0,25 | 0 | 0,57 |

Kowel Special Steel Wajer Co. | 0,88 | 0 | 0 | 0,03 | 0 | 0,91 |

SeAH Metal Products Co., Ltd | 2,31 | 0,18 | 0,02 | 0 | 0 | 2,51 |

(90) Il-marġini medja ta' sussidju għall-pajjiż kollu għall-produtturi esportaturi kollha investigati li jirrappreżentaw it-totalità ta' l-esportazzjonijiet lill-Komunità li għandhom l-oriġini fil-Korea esprimew persentaġġ tal-prezz cif f'livell ta' fruntiera tal-Komunità li huwa de minimis, i.e. taħt il-1 %. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-marġini ta' sussidju għall-Korea trid tiġi kunsidrata negliġibbli skond l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku.

(E) INĠURJI

1. Rimarka preliminari

(91) Fuq il-bażi tas-sejbiet ta' hawn fuq dwar il-Korea, i.e. il-marġini ta' sussidju għal pajjiż kollu għal dan il-pajjiż li huwa inqas mid-dħul de minimis, l-importazzjonijiet ta' SSW kbar li għandhom l-oriġini fil-Korea m‘humiex ikkonsidrati iżjed bħala importazzjonijiet sussidjati. Għalhekk, bil-kontra tas-sejbiet imfasslin fir-Regolament proviżorju, importazzjonijiet li għandhom l-oriġini fl-Indja biss se jkunu kunsidrati għall-għan ta' l-istima ta' l-inġurji mniżżla hawn taħt.

2. Industrija tal-Komunità

(92) Fin-nuqqas ta' evidenza ġdida jew ta' argument ieħor issostanzjat imressaq minn kwalunkwe wieħed mill-partijiet konċernati, il-fatti u s-sejbiet imfasslin fir-rakkonti 207 u 208 tar-Regolament proviżorju huma konfermati, i.e. il-produtturi atturi tal-Komunità li qegħdin jirrappreżentaw iżjed minn 65 % tal-produzzjoni totali ta' SSW kbar jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità, skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.

3. Aspetti ta' kompetizzjoni

(93) Fil-kummenti tagħhom wara l-iżvelar, il-produtturi esportaturi Indjani tennew it-talba tagħhom illi d-data kollha sottomessa mill-industrija tal-Komunità fi ħdan l-istruttura tal-proċedura korrenti tkun imkabbra artifiċjalment bħala riżultat ta' l-applikazzjoni uniformi tas-sistema ta' "soprataxxa ligata", u li, għalhekk, ma jkunx possibbli li titmexxa analiżi eżatta ta' inġurji fi ħdan l-istruttura tal-proċedura ta' anti-sussidju. Peress li, madankollu, l-ebda argumenti ġodda ma tressqu minn kwalunkwe parti interessata u kien hemm deċiżjoni definittiva biex ma tiġix aċċettata t-talba fil-każ IV/E-1/36 930 li tikkonċerna l-istangi mdawlin ta' l-istainless steel, li jappartjenu lill-istess kategorija tal-prodotti ta' l-SSW, is-sejbiet imniżżla fir-rakkonti 209 sa 216 tar-Regolament proviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

4. Il-konsum tal-Komunità

(94) Wara l-iżvelar, xi partijiet interessati argumentaw illi ma kenitx xierqa l-metodoloġija segwita għall-iskop biex ikun iddeterminat il-konsum fil-Komunità, b'mod partikolari rigward il-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità li ma jikkoperawx u importazzjoni ta' pajjiżi terzi.

(95) Għal dan il-għan, għandu jkun imfakkar illi d-data dettaljata u verifikata hija disponibbli biss għall-industrija tal-Komunità u l-produtturi esportaturi li jikkoperaw fil-pajjiż konċernat. Għalhekk, b'konformità mal-prattika konsistenti ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità sar rikors għal informazzjoni disponibbli lill-Komunità, u b'mod partikolari lil sorsi ta' statistika indipendenti. L-ebda parti interessata ma provdiet informazzjoni illi tkun turi li l-mezz segwit mill-istituzzjonijiet tal-Komunità ma kienx raġjonevoli u mhux ġustifikat fiċ-ċirkostanzi tal-każ preżenti.

(96) Minħabba f'hekk, is-sejbiet kif imniżżla fir-rakkonti 217 u 218 tar-Regolament proviżorju huma konfermati.

5. Volum ta' importazzjoni u ishma tas-suq ta' importazzjonijiet sussidjati

(97) L-importazzjonijiet li għandhom l-oriġini fl-Indja żviluppaw kif ġej: 952 t fl-1994, 4513 t fl-1995, 6951 t fl-1996, 8719 t fl-1997 u 9166 t matul il-perjodu ta' investigazzjoni. huma għalhekk żdiedu b'mod ferm u konsiderevolment fuq il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, i.e. b'madwar 850 %.

(98) L-ishma tas-suq ta' l-importazzjonijiet sussidjati li għandhom l-oriġini fl-Indja żdiedu b'mod ferm minn 1,4 % fl-1994 sa 5,6 % fl-1995, 9,9 % fl-1996 sa 11,1 % fl-1997, fejn baqa' stabbli għal 11,1 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

6. Prezzijiet ta' importazzjonijiet issussidjati

(a) Evoluzzjoni tal-prezz

(99) Prezzijiet tal-bejgħ medji għal kull kilo (f'ecus) ta' l-importazzjonijiet li għandhom l-oriġini fl-Indja żdiedu bejn l-1994 u l-1995 (minn 1,88 sa 2,44), imma naqsu b'mod ferm minn dik is-sena ‘l quddiem (2,32 fl-1996, 2,10 fl-1997 u 2,05 matul il-perjodu ta' investigazzjoni).

(b) Prezzijiet imraħħsin fuq ħaddieħor

(100) Dwar il-metodoloġija segwita għall-għan tal-kalkolazzjoni tal-marġini tal-prezzijiet imraħħsin fuq ħaddieħor, xi partijiet interessati kuntestaw il-metodoloġija wżata mill-Kummissjoni fl-istadju proviżorju. Huma qalu illi dawn il-marġini kienu mkabbrin peress li xi ammont negattiv li bih il-prezzijiet tal-produtturi esportaturi kienu orħos minn dawk ta' l-industrija tal-Komunità ma kienux impattijin b'xi ammonti posittivi.

(101) Għandu jkun innotat illi bil-metodoloġija deskritta fir-rakkonti 226 u 227 tar-Regolament proviżorju għall-kalkolazzjoni tal-marġini tar-roħs tal-prezzijiet, il-prezzijiet medji tal-bejgħ nett ta' l-importazzjonijiet sussidjati kienu komparati, fuq bażi ta' mudell b'mudell, bil-prezz medju tal-bejgħ nett bil-mudell ta' l-industrija fil-Komunità fis-suq tal-Komunità. Għalhekk, din il-metodoloġija ippermetiet l-ammont li bih il-prezz tal-produtturi esportaturi ta' mudell partikolari eċċeda dak il-prezz ta' l-industrija fil-Komunità li jkun meħud fuq bażi ta' transazzjoni bi transazzjoni.

(102) Għalhekk, il-konklużjonijiet milħuqa dwar il-metodoloġija ġenerali applikata mniżżla fir-rakkonti 226 sa 227 tar-Regolament proviżorju huma konfermati.

(103) Fin-nuqqas ta' xi kummenti oħrajn, il-prezz attwali tal-marġini tar-roħs għal importazzjonijiet li għandhom l-oriġini fl-Indja mniżżla fir-rakkont 228 tar-Regolament proviżorju huwa hawnhekk ikkonfermat.

7. Sitwazzjoni ta' l-industrija fil-Komunità

(104) Peress illi l-ebda argumenti ma tressqu ‘l quddiem minn kwalunkwe parti interessata dwar is-sejbiet proviżorji li jikkonċernaw l-indikaturi ekonomiċi dwar is-sitwazzjoni ta' l-industrija fil-Komunità, is-sejbiet kif imniżżla fir-rakkonti 229 sa 238 tar-Regolament proviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

(105) Xi partijiet interessati argumentaw illi l-indikaturi ekonomiċi ta' l-industrija fil-Komunità ma wasslux għall-konklużjoni illi din l-industrija kienet inġurjata materjalment. Tabilħaqq, huma argumentaw illi s-sitwazzjoni ta' l-industrija fil-Komunità baqgħet relattivament stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u anke wriet sinjali ta' titjib f'termini ta' produzzjoni, volum ta' bejgħ u investimenti. Dwar profitabbilità, ix-xejra tiegħu li kienet qed tonqos kienet tkun spjegata mid-deċiżjoni ta' l-industrija fil-Komunità biex tikkonċentra fuq il-prodotti li jiġġeneraw spejjeż ogħla ta' produzzjoni.

(106) Kif imniżżel fir-rakkonti 237 u 238 tar-Regolament proviżorju, irid ikun imfakkar illi l-konklużżjoni ta' inġurja materjali ta' l-industrija fil-Komunità kienet ibbażata fuq il-fatt illi l-industrija fil-Komunità, affrontata b'importazzjonijiet issussidjati, ma setgħetx issegwi x-xejra li kienet qiegħda tikber tas-suq, qatt ma rkuprat il-posizzjoni fis-suq u kienet kapaċi biss li żżomm il-volum tal-bejgħ stabbli bi spiża għas-sitwazzjoni tal-profitt tagħha li, f'kuntest ta' prezzijiet tal-bejgħ dipressati, iddeterjoraw bil-mod ferm. Tabilħaqq, il-volum ta' bejgħ ta' l-industrija fil-Komunità żdied biss b'5 % bejn l-1994 u l-perjodu ta' investigazzjoni, filwaqt li s-suq tal-Komunità tela' ‘l fuq b'20 % matul l-istess perjodu. Barra minn dan, iż-żieda żgħira fil-produzzjoni u l-investiment saru biss minħabba l-fatt illi l-industrija fil-Komunità pruvat iżżomm is-sehem tagħha fis-suq. Għalhekk, ix-xejra ta' tnaqqis fil-profitt tagħha m‘hix esklusivament minħabba l-fatt illi l-industrija fil-Komunità bdiet ukoll tipproduċi xi mudelli li kienu affrontati b'inqas kompetizzjoni mill-importazzjonijiet issussidjati.

(107) Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż illi l-industrija fil-Komunità qiegħda ssoffri inġurja materjali kif imniżżel fir-rakkonti 237 u 238 tar-Regolament proviżorju.

(F) KAWŻA

(108) Skond l-Artikolu 8(6) u (7) tar-Regolament bażiku, s-servizzi tal-Kummissjoni eżaminaw jekk l-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja kawżawx inġurja materjali. Fatturi magħrufin għajr mill-importazzjonijiet issussidjati, li setgħu fl-istess ħin ikunu qegħdin jagħmlu inġurja lill-industrija fil-Komunità, kienu eżaminati wkoll sabiex ikun assigurat illi inġurja possibbli kawżata minn dawn il-fatturi m‘hix attribwita għal importazzjonijiet issussidjati.

(a) Effett ta' importazzjonijiet issussidjati

(109) Iż-żieda sinifikanti fil-volum ta' bejgħ (madwar 850 %) u fl-ishma tas-suq ta' importazzjonijiet issussidjati (minn 1,4 għal 11,1 %) bejn l-1994 u l-perjodu ta' investigazzjoni kif ukoll il-prezz imraħħas b'mod sostanzjali li nstabu tqabblu perfettament mad-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni ta' l-industrija fil-Komunità f'termini ta' telf ta' ishma tas-suq, depressjoni fil-prezz kif ukoll deterjorazzjoni fil-profitt.

(110) Fil-kuntest tal-waqgħa ġenerali fil-prezzijiet tas-suq fl-1996, li ġraw wara t-tkabbir qawwi tas-sena 1995, l-industrija fil-Komunità kienet affettwata negattivament mit-tlugħ kontinwu ta' l-importazzjonijiet issussidjati. Tabilħaqq, l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja kienu dawk li kibru b'mod impressjonanti matul dik is-sena.

(111) Sa mill-1997, ix-xejra ta' tkabbir tas-suq ibbenefikat l-iktar lill-importazzjonijiet issussidjati. Il-volumi ta' bejgħ ta' l-industrija fil-Komunità ma segwewx ix-xejra ‘l fuq tas-suq, u l-prezzijiet ta' bejgħ ma rkuprawx il-livelli tagħhom ta' qabel. Bil-kontra, l-industrija fil-Komunità sofriet trazzin tal-prezzijiet u depressjoni qawwija tal-prezzijiet kif jidher mir-roħs fil-prezzijiet li nstab. Is-sitwazzjoni hija riflessa f'sitwazzjoni ta' profitt li jiddeterjora u mpiegi li jonqsu.

(112) Meta ġiet affrontata bi prezzijiet baxxi ta' importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja, l-industrija fil-Komunità kellha l-possibbilta li jew iżżomm il-prezzijiet tagħha b'riskju li titlef il-volum tal-bejgħ, jew issegwi l-prezzijiet baxxi ta' importazzjonijiet issussidjati minkejja l-konsegwenzi tal-profitt. Iż-żewġ strateġiji riżultaw f'impatt negattiv fuq il-profitt kemm direttament (prezzijiet baxxi) jew indirettament (prezzijiet għoljin wasslu għal volum ta' bejgħ inqas li rriżulta fi spejjeż tal-produzzjoni ogħla għall kull tunnellata). Sa mill-1996, il-produtturi kollha tal-Komunità baxxew b'mod sostanzjali l-prezzijiet tagħhom tal-bejgħ, li wkoll kellhom impatt negattiv fuq il-profitt tagħhom, allavolja pruvaw jikkonċentraw fuq ċerti niċċeċ sabiex jevitaw milli jkunu affettwati b'mod aktar qawwi mill-effetti ta' importazzjonijiet issussidjati. Dan juri ċar is-sensittivita tal-prezz fis-suq u l-impatt importanti tar-roħs fil-prezzijiet ippratikat mill-produtturi esportaturi Indjani.

(b) L-effett ta' fatturi oħrajn

(113) Skond l-Artikolu 8(7) tar-Regolament bażiku, s-servizzi tal-Kummissjoni eżaminaw jekk fatturi għajr mill-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja setgħux kellhom effett fuq is-sitwazzjoni ta' l-industrija fil-Komunità, b'mod partikolari dwar l-irwol ta' produtturi oħrajn fil-Komunità li ma koperawx fl-investigazzjoni u għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn.

(i) Produtturi oħrajn tal-Komunità

(114) Wara l-adozzjoni tar-Regolament proviżorju, xi partijiet interessati staqsew jekk l-inġurja li sofriet l-industrija fil-Komunità kienetx ikkawżata minn importazzjonijiet issussidjati. B'mod partikolari, intqal illi l-inġurja kienet ikkawżata minn fatturi oħrajn, jiġifieri minn produtturi oħrajn tal-Komunità. Intqal dwar dan illi bil-ħsieb tal-koperazzjoni limitata miksuba mill-produtturi tal-Komunità, l-istima ta‘l-impatt tal-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità li ma koperawx ma kienetx ta'min jorbot fuqha kompletament.

(115) Għandu jkun imfakkar illi t-tagħrif dettaljat u verifikat jinsab disponibbli biss għall-industrijà fil-Komunità. B'konsiderazzjoni tal-livell għoli ta' koperazzjoni miksub mill-industrija fil-Komunità li jassigura sejbiet rappreżentativi kif ukoll it-trasparenza u s-sensittività fil-prezzijiet fis-suq tal-SSW fil-Komunità, m‘huwiex bla sens li jkun konkluż illi produtturi oħrajn fil-Komunità x'aktarx segwew xejra simili għal dik li nstabet għall-industrija fil-Komunità, b'mod partikolari dwar il-prezzijiet. Barra minn dan, l-ebda parti interessata ma sottomettiet kwalunkwe informazzjoni illi kienet tissuġġerixxi illi l-produtturi li ma lmentawx kienu operaw f'kuntest aktar pożittiv.

(ii) Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(116) L-ishma fis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi huma kif ġej:

(F'% ta' perċentwali) |

| 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | IP |

Korea | 0,4 | 0,6 | 1,0 | 1,1 | 1,5 |

Switzerland | 6,6 | 6,3 | 5,5 | 6,7 | 6,9 |

Pajjizi ohrajn | 1,4 | 2,8 | 2,5 | 1,7 | 2,2 |

Total ta` importazzjonijiet ohra | 8,4 | 9,7 | 9,0 | 9,6 | 10,6 |

(117) Is-sehem fis-suq ta' importazzjonijiet tal-SSW kbar li joriġinaw minn pajjiżi terzi żdiedu biss b2,2 punti ta' perċentwali bejn l-1994 u l-perjodu ta' investigazzjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet issussidjati li joriġinaw fl-Indja telgħu b'9,7 punti ta' perċentwali matul l-istess perjodu ta' żmien. Dwar prezzijiet, l-ebda indikazzjoni ta' roħs fil-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija fil-Komunità ma nstabet matul l-investigazzjoni.

Il-Korea

(118) Importazzjonijiet li joriġinaw mill-Korea ġew eżaminati fil-kuntest ta' din l-investigazzjoni u kien konkluż illi l-marġini medju ta' sussidju għall-pajjiż kollu huwa inqas mid-dħul de minimis. Fuq il-bażi ta' l-iżvilupp ta' dawn l-importazzjonijiet imniżżlin hawn fuq, huwa konkluż illi x-xejra ta' żieda tagħhom hija inqas qawwija minn importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja, imma madankollu m‘hiex negliġibbli.

(119) Fuq il-bażi tas-sejbiet ta' hawn fuq, huwa konkluż illi importazzjonijiet minn pajjiżi terzi setgħu kontribwiew għall-inġurja li sofriet l-industrija fil-Komunità imma din waħedha ma nstabitx li kienet biżżejjed biex tkisser ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja u inġurja materjali li sofriet l-industrija fil-Komunità, b'mod partikolari bil-ħsieb ta' l-iżvilupp tas-sehem fis-suq ta' dawn il-pajjiżi terzi tul il-perjodu kunsidrat.

(iii) Oħrajn

(120) L-ebda argumenti ġodda ma tressqu ‘l quddiem minn kwalunkwe parti dwar jekk fatturi oħrajn li setgħu kontribwew għall-inġurja li sofriet l-industrija fil-Komunità, b'mod partikolari, kontratazzjoni mitluba jew it-tibdiliet fil-mudelli tal-konsum, żviluppi fit-teknoloġija u l-andament fl-esportazzjoni u l-produttività ta' l-industrija fil-Komunità. Għalhekk, is-sejbiet imfasslin fir-rakkonti 247 sa 250 tar-Regolament proviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

(ċ) Konklużjoni fuq il-kawża

(121) Għalhekk, fatturi oħrajn minbarra l-importazzjonijiet issussidjati li joriġinaw fl-Indja, anke jekk setgħu kontribwew għall-inġurja li sofriet l-industrija fil-Komunità, ma kienux tali sabiex ikissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet issussidjati li joriġinaw fl-Indja u l-inġurja materjali li sofriet l-industrija fil-Komunità minn dakinhar.

(122) Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż illi l-importazzjonijiet issussidjati li joriġinaw fl-Indja meħuda f'izolament ikkawżaw inġurja materjali lill-industrija fil-Komunità.

(G) L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

(123) Wara l-adozzjoni tar-Regolament proviżorju, ġew sottomessi kummenti mill-utenti dwar l-effett potenzali ta' dawn id-dazji.

(124) Dwar l-industrija fil-Komunità u produtturi oħrajn fil-Komunità, fin-nuqqas ta' iżjed sottomissjonijiet dwar l-impatt tad-dazji fuq is-sitwazzjoni tagħhom, il-konklużjoni hija hawnhekk ikkonfermata illi l-imposizzjoni ta' miżuri se tippermetti lill-industrija fil-Komunità li terġa ġġib marġinu ta' profitt sodisfaċenti, u li żżomm u tiżviluppa iżjed l-attivitajiet tagħha fil-Komunità fejn tassigura kemm l-impjiegi kif ukoll l-investiment.

(125) Fin-nuqqas ta' kwalunkwe reazzjoni oħra minn importaturi mhux relatati u mill-fornituri, s-sejbiet imniżżla fir-rakkonti 257 sa 261 tar-Regolament proviżorju huma konfermati.

(126) Dwar l-utenti, ftit kumpanniji qalu illi l-imposizzjoni ta' miżuri se jkollha impatt dirett fuq is-sitwazzjoni ekonomika tagħhom peress li twassal għal żieda fil-prezz tal-materja prima tagħhom. Madankollu, huma qalu wkoll illi jistgħu jipprovdu l-provvisti tagħhom minn pajjiżi għajr dak il-pajjiż konċernat. Barra minn dan, bil-għan tal-livell baxx tad-dazji, l-impatt ta' kwalunkwe żieda fil-prezzijiet ikun limitat.

(127) Utenti oħrajn insistew fuq il-kwalità u s-serjeta tal-prodotti ta' l-industrija fil-Komunità, b'konsiderazzjoni għalhekk illi l-imposizzjoni tal-miżuri ma tkunx taffettwa s-sitwazzjoni tagħhom stess.

(128) Għalhekk, is-sejbiet imniżżlin fir-rakkonti 252 sa 268 tar-Regolament proviżorju huma konfermati fis-sens illi m'hemmx raġunijiet konvinċenti kontra l-imposizzjoni ta' dazji kompensatorji.

(H) MIXJA TA' AZZJONI DEFINITTIVA

1. Korea

(129) Fid-dawl tas-sejbiet ta' hawn fuq illi l-marġinu medju ta' sussidju għall-pajjiż kollu għal importazzjonijiet li joriġinaw fil-Korea huwa de minimis, din il-proċedura għandha tintemm skond l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku.

2. Indja

(130) Ibbażat fuq il-konklużjonijiet ta' hawn fuq ta' sussidjar, inġurja, r-rabta kawżali u l-interess tal-Komunità, ġie kunsidrat liema forma u livell il-miżuri kompensatorji definittivi kien ikollhom jieħdu sabiex jitneħħew l-effetti ta' tfixkil tan-negozju ta' sussidji inġurjużi u biex jiġġeddu l-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni effettiva fuq is-suq tal-SSW kbar tal-Komunità.

(131) Għalhekk, kif spjegat fir-rakkont 271 tar-Regolament proviżorju, livell mhux inġurjuż tal-prezzijiet kien ikkalkolat fuq livell li jkopri l-ispiża ta' l-industrija fil-Komunità tal-produzzjoni u jikseb prospett raġonevoli fuq il-bejgħ.

(132) Il-paragun tal-livelli tal-prezzijiet mhux inġurjużi mal-prezz ta' esportazzjoni tal-produtturi wassal għal marġini ta' inġurja li kienu, ħlief għal produttur esportatur wieħed, fil-każijiet kollha ugwali lil jew ‘il fuq mill-ammonti tas-sussidju li nstabu għall-produtturi esportaturi li jikkoperaw.

(133) Skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, r-rata ta' dazju għandha tikkorrispondi ma' l-ammont tas-sussidju, sakemm il-marġini ta' inġurja tkun aktar baxxa. Dan wassal għar-rati ta' dazji li ġejjin għall-produtturi esportaturi Indjani li jikkoperaw:

Kumpannija | Dazju kompensatorju propost % |

Bhansali Bright Bars Pvt Ltd | 18,5 |

Devidayal Ltd, Mumba | 18,4 |

Indore Wajer Ltd, Indore | 19,3 |

Isibars/Isinox Ltd, Mumbai | 13,2 |

Kei Industries Ltd, Delhi | 0 |

Macro Bars and Wajers Pvt Ltd, Mumbai | 25,4 |

Mukand Ltd, Mumbai | 13,2 |

Raajratna Metal Industries Ltd, Mumbai | 28,6 |

Triveni Shinton, Mumbai | 0 |

Venus Wajer, Indore | 35,4 |

(134) Sabiex tiġi evitata l-għotja ta' bonus għan-nuqqas ta' koperazzjoni, kien ikkonsidrat xieraq li tiġi stabbilita r-rata ta' dazju għall-kumpanniji li ma jikkoperawx fl-għola livell stabbilita għal kull programm ta' sussidju individwali għall-kumpanniji li jikkoperaw, i.e. għall-kumpanniji li ma jikkoperawx fl-Indja għal 48,8 %.

(135) Ir-rati individwali ta' dazju speċifikati f'dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta' l-investigazzjoni preżenti ta' anti-sussidju. Għalhekk, huma jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni. Dawn ir-rati ta' dazju huma għalhekk applikabbli esklussivament għal importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw fil-pajjiż konċernat u prodotti mill-entitajiet legali speċifiċi msemmijin. Prodotti li huma prodotti minn kumpannija oħra li m‘hiex speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta' dazju residwa.

(136) Kull talba li tirrikkjedi l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazji individwali (eż. wara tibdil fl-isem ta' l-entità) għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni minnufih bl-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe modifikazzjoni fl-attivitajiet tal-kumpannija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u għal esportazzjoni assoċjati mat-tibdil fl-isem.

(J) ĠBIR TAD-DAZJI PROVIŻORJI

(137) Fid-dawl ta' l-ammont ta' sussidji kompensatorji li nstabu għall-produtturi esportaturi li jinsabu fl-Indja u fid-dawl tas-serjeta ta' l-inġurja kawżata lill-industrija fil-Komunità, huwa meqjus neċessarju li l-ammonti miksubin permezz ta' dazji kompensatorji proviżorji fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja skond ir-Regolament (KE) Nru 618/1999 jinġabru definittivament sal-punt ta' l-ammont ta' dazji definittivi mposti, sakemm ir-rati ta' dazji proviżorji jkunu aktar baxxi f'liema każ dan ta' l-aħħar jipprevali.

(138) Dwar l-ammonti miġburin permezz tad-dazji kompensatorji proviżorji fuq importazzjonijiet li joriġinaw fil-Korea, dawn għandhom ikunu meħlusin,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dazju kompensatorju definittiv qiegħed hawnhekk jiġi impost fuq l-importazzjonijiet tal-wajers ta' l-istainless steel b'dijametru ta' l mm jew iżjed, li jkollu piż 2,5 % jew iżjed tan-nikel, mingħajr il-wajer li jkollu piż 28 % jew iżjed imma mhux iżjed minn 31 % tan-nikel u 20 % jew iżjed iżda mhux iżjed minn 22 % tal-kromju, li jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM ex72230019 (kodiċi tat-TARIK 7223001990) u li joriġina mill-Indja.

2. Ir-rata ta' dazju kompensatorju definittiv applikabbli lill-prezz nett b'xejn fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazji, għandha tkun kif ġejja:

Produttur | | Rata ta' dazju (%) | Kodiċi addizzjonali Tarik |

–Bhansali Bright Bars Pvt Ltd, C-8/3, T.T.C. Industrial Area, Village — Pawne Opposite P.I.L., Thane - Belapur Road, Navi Mumbai 400 705 | 18,5 | A009 |

–Devidayal Industries Ltd, Gupta Mills Estate, Reary Road, Mumbai 400 010 | 18,4 | A010 |

–Indore Wajer Company Ltd, Near Fort, Indore 452 006 (M.P.) | 19,3 | A004 |

–Isinox Steels Ltd Indiasteel Complex, Railway Gate No 4, Antop Hill, Wadala, Mumbai 400 037 | 13,2 | A002 |

–Isibars Ltd Indiasteel Complex, Railway Gate No 4, Antop Hill, Wadala, Mumbai 400 037 | 13,2 | A011 |

–Mukand Ltd, L.B.S. Marg, Kurla, Mumbai 400 070 | 13,2 | A003 |

–Raajratna Metal Industries Ltd, 909, Sakar - III, Nr Income Tax, Ahmedabad 380 014 | 28,6 | A005 |

–Venus Wajer Industries Ltd, Block No 19, Raghuvanshi Mill Compound, Senapati Bapat Marg, Lower Parel, Mumbai 400 013 | 35,4 | A006 |

–Macro Bars and Wires Pvt. Ltd, 702 Bombay Market Building Taredo Road, Mumbai 400 032 | 25,4 | A008 |

–Kei Industries Ltd, D-90, Okhla Industrial Area Phase-1, New Delhi,India | 0 | A020 |

–Triveni Shinton International Ltd., Kanti Mansion, 6 Murai Mohalla Indore, 400 001, (M.P.) | 0 | A012 |

– Kumpanniji l-oħra kollha | 48,8 | A999 |

3. Sakemm speċifikat mod ieħor, id-disposizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali għandhom japplikaw.

4. Ir-rati individwali tad-dazju (bl-oppost tad-dazju għall-pajjiż kollu applikabbli għal "oħrajn") speċifikati f'dan ir-Regolament huma applikabbli esklussivament għal importazzjonijiet ta' prodotti li huma prodotti mill-entita/jiet legali speċifiċi msemmijin u li joriġinaw fil-pajjiż konċernat. Il-prodotti li huma prodotti minn kwalunkwe kumpannija mhix speċifikata bl-isem preċiż tagħha fil-parti opperattiva tar-Regolament ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati.

Kull talba li teħtieġ l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazji individwali (eż. wara tibdil fl-isem ta' l-entità) għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni minnufih bl-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kull modifikazzjoni fl-attivitajiet tal-kumpannija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u għal esportazzjoni assoċjati mat-tibdil fl-isem. Il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, temenda r-Regolament kif xieraq billi tiġi aġġornata l-lista ta' kumpanniji li jibbenefikaw mir-rati individwali ta' dazju.

Artikolu 2

1. L-ammonti assigurati permezz tad-dazji kompensatorji proviżorji fuq importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja skond ir-Regolament (KE) Nru 618/1999 għandhom ikunu miġbura definittivament bir-rata tad-dazji imposti definittivament. Ammonti assigurati b'eċċess tar-rata definittiva ta' dazji kompensatorji għandhom jiġu meħlusin.

2. Id-disposizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 1(4) għandhom japplikaw ukoll għall-ġbir definittiv ta' l-ammonti assigurati permezz ta' dazji kompensatorji proviżorji.

Artikolu 3

Il-proċeduri dwar l-importazzjonijiet ta' wajers ta' l-istainless steel b'dijametru ta' 1 mm jew iżjed li joriġinaw fil-Korea se jintemmu. L-ammonti proviżorji assigurati permezz tad-dazji kompensatorji proviżorji fuq importazzjonijiet li joriġinaw fil-Korea skond ir-Regolament (KE) Nru 618/1999 għandhom jiġu meħlusin.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Lulju 1999.

Il-President

Għall-Kunsill

S. Niinistö

[1] ĠU L 288, ta' l-21.10.1997, p. 1.

[2] ĠU L 79, ta' l-24.3.1999, p. 25.

[3] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 905/98 (ĠU L 128, tat-30.4.1998, p. 18).

[4] ĠU C 394, tas-17.12.1998, p. 6.

[5] ĠU L 273, tad-9.10.1998, p. 4.

[6] ĠU L 202, tat-18.7.1998, p. 44.

--------------------------------------------------

Top