Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R0684

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/1999 tad-29 ta’ Marzu 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzi rappreżentattivi tal-laħam tat-tjur u fis-setturi tal-bajd u ta’ l-albumina tal-bajd, u li jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE

    ĠU L 86, 30.3.1999, p. 6–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/684/oj

    31999R0684



    Official Journal L 086 , 30/03/1999 P. 0006 - 0006


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/1999

    tad-29 ta’ Marzu 1999

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzi rappreżentattivi tal-laħam tat-tjur u fis-setturi tal-bajd u ta’ l-albumina tal-bajd, u li jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’Ottubru 1975 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq tal-bajd [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/96 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 5(4) u 15 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur tad-dar [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 [4], u b’mod partikolari l-Artikoli 5(4) u 15 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’Ottubru 1975 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ tal-ovalbumina u tal-laktalbumina [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2916/95, u b’mod partikolari l-Artikoli 3(4) u 10 tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 [6] kien ġie emendat dan l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 493/1999 [7] bi qbil mad-deċiżjoni meħuda fil-qafas ta’ l-Organizzazzjoni Dinija tax-Xogħol sabiex isir obligatorju għal dazju addizzjonali li jkun stabbilit fuq il-bażi tal-prezz cif ta’ l-importazzjoni; billi l-Artikoli 4(2) u 6 ta’dak ir-Regolament għandhom ukoll jiġu emendati bi qbil ma dik id-deċiżjoni;

    Billi hu neċċesarju li din l-emenda tiġi applikat kemm jista’ jkun malajr possibbli;

    Billi l-miżuri li hemm disposizzjoni dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Bajd u tal-Laħam tat-Tjur,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nu 1484/95 huwa emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 4(2) huwa mħassar;

    2. fl-Artikolu 6, "stabbilit fl-Artikolu 1" huwa mibdul bi "li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 1".

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jkun japplika b’effett mill-25 ta’Marzu 1999.

    Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 29 ta’Marzu 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p.49.

    [2] ĠU L 189, tat-30.7.1996, p.99.

    [3] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p.77.

    [4] ĠU L 305, tad-19.12.1995, p.49.

    [5] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p.104.

    [6] ĠU L 145, tad-29.6.1995, p.47.

    [7] ĠU L 59, tas-6.3.1999, p.15.

    --------------------------------------------------

    Top