This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999R0083
Commission Regulation (EC) No 83/1999 of 13 January 1999 amending the Annex to Regulation (EC) No 1107/96 on the registration of geographical indications and designations of origin under the procedure laid down in Article 17 of Council Regulation (EEC) No 2081/92
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 83/1999 tat-13 ta' Jannar 1999 li jemenda l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 83/1999 tat-13 ta' Jannar 1999 li jemenda l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92
ĠU L 8, 14.1.1999, p. 17–17
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31996R1107 | Emenda | anness | 14/01/1999 |
Official Journal L 008 , 14/01/1999 P. 0017 - 0017
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 83/1999 tat-13 ta' Jannar 1999 li jemenda l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1068/97 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi, skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, il-Gvern Franċiż talab illi l-isem 'Ossau-Iraty Brebis-Pyrénées', irreġistrat bħala isem ta' l-oriġini protett bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1549/98, għandu jinbidel għal 'Ossau-Iraty'; Billi eżami tat-talba għall-emenda wera illi din hija emenda minuri; billi dan huwa hekk għaliex, minkejja emenda għal isem irreġistrat, li fil-prinċipju għandha tiġi kkunsidrata emenda maġġuri, din ma taffettwax il-jeddijiet tal-pussessuri ta' l-isem fil-kwistjoni; billi, barra minn hekk, l-emenda ma taffettwax il-jeddijiet ta' produtturi oħra; Billi, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, il-Kummissjoni ddeċidiet fid-Deċiżjoni tagħha ta' l-20 ta' Marzu 1998 li ma tapplikax il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 għaliex dan kien każ ta' emenda minuri; Billi ġie wkoll konkluż illi din hija emenda skond ir-Regolament (KEE) Nru 2081/92; billi, għalhekk, il-bdil ta' l-isem 'Ossau-Iraty Brebis-Pyrénées' għal 'Ossau-Iraty' għandu jiġi rreġistrat u l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 għandu jiġi emendat akkont; Billi, skond l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-emenda fl-isem 'Ossau-Iraty Brebis-Pyrénées' għal 'Ossau-Iraty' għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96, l-isem ta' l-oriġini protett 'Ossau-Iraty Brebis-Pyrénées' huwa hawnhekk mibdul bi' 'Ossau-Iraty'. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' Jannar 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU 208, ta' l- 24.7.1992, pġ. 1. [2] ĠU 156, tat- 13.6.1997, pġ. 10. [3] ĠU 148, tal- 21.6.1996, pġ. 1. --------------------------------------------------