This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999L0065
Commission Directive 1999/65/EC of 24 June 1999 amending Council Directives 86/362/EEC and 90/642/EEC on the fixing of maximum levels for pesticide residues in and on cereals and certain products of plant origin including fruit and vegetables respectively (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/65/KE ta' l-24 ta’ Ġunju 1999 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi għall-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa jew fuq iċ-ċereali u ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti inklużi l-frott u l-ħxejjex ta' l-ikelTest b’rilevanza għaż-ŻEE
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/65/KE ta' l-24 ta’ Ġunju 1999 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi għall-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa jew fuq iċ-ċereali u ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti inklużi l-frott u l-ħxejjex ta' l-ikelTest b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 172, 8.7.1999, p. 40–41
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31986L0362 | DATE artikolu 7.3 | |||
Modifies | 31986L0362 | DATES artikolu 7.2 | |||
Modifies | 31990L0642 | DATE artikolu 4.3 | |||
Modifies | 31990L0642 | DATES artikolu 4.2 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32005R0396 | 01/09/2008 |
Official Journal L 172 , 08/07/1999 P. 0040 - 0041
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/65/KE ta' l-24 ta’ Ġunju 1999 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi għall-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa jew fuq iċ-ċereali u ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti inklużi l-frott u l-ħxejjex ta' l-ikel (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta' l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għall-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/82/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4)(a) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għall-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq il-prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex ta' l-ikel [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/82/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4)(a) tagħha, (1) Billi l-Artikolu 7(2)(a) tad-Direttiva 86/362/KEE u l-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 90/642/KEE jeħtieġu illi l-Istati Membri jissottomettu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju ta' kull sena l-programmi nazzjonali tagħhom bil-quddiem tal-monitorjar għas-sena ta’ wara dwar il -fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa jew fuq il-frott, fil-ħxejjex ta' l-ikel u fiċ-ċereali; billi l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fil-pjanifikazzjoni, kif jiġi stabbilit, it-twettiq, l-evalwazzjoni u r-rappurtaġġ tal-programmi tal-monitorjar annwali ta' qabel tindika illi din it-temma taż-żmien mhix prattika minħabba li ma’ tħallix biżżejjed żmien biex jitqiesu matul il-pjanifikazzjoni għas-sena ta’ wara r-riżultati tas-sena ta’ qabel; billi perjodu addizzjonali taż-żmien ta’ tliet xhur huwa meqjus biżżejjed għall-evalwazzjoni approprjata tar-riżultati preċedenti u għall-pjanifikazzjoni tal-programmi nazzjonali bil-quddiem tal-monitorjar; (2) Billi l-Artikolu 7(2)(b) tad-Direttiva 86/362/KEE u l-Artikolu 4(2)(b) tad-Direttiva 90/642/KEE jeħtieġu illi l-Kummissjoni tissottometti lill-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti sat-30 ta’ Settembru ta' kull sena abbozz ta’ rakkomandazzjoni li tfassal programm tal-monitorjar Komunitarju kkoordinat li jidentifika t-teħid ta’ kampjuni speċifiċi li jridu jiġu inklużi fil-programm tal-monitorjar; billi l-kontenut ta’ dan l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni jiddependi mit-tagħrif ipprovdut mill-Istati Membri dwar il-programmi bil-quddiem tal-monitorjar tagħhom; billi perjodu addizzjonali taż-żmien ta’ tliet xhur sabiex jiġu ssottomessi l-pjani nazzjonali mill-Istati Membri lill-Kummissjoni joħloq dewmien ta’ tliet xhur fis-sottomissjoni ta’ l-abbozz tar-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti; (3) Billi fil-prattika l-Kummissjoni u l-Istati Membri jippjanifikaw programmi Komunitarji kkoordinati ta’ monitorjar fuq bażi multiannwi; (4) Billi l-miżuri pprovvduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 86/362/KEE: - fil-paragrafu 2(a), "it-30 ta’ Ġunju" jiġi mibdul bi "it-30 ta’ Settembru", - fil-paragarafi 2(b) u 3, "it-30 ta’ Settembru" jiġi mibdul bi "il-31 ta’ Diċembru". L-Artikolu 2 Fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 90/642/KEE: - fil-paragrafu 2(a), "it-30 ta’ Ġunju" jiġi mibdul bi "it-30 ta’ Settembru", - fil-paragrafi 2(b) u 3, "it-30 ta’ Settembru" jiġi mibdul bi "il-31 ta' Diċembru". L-Artikolu 3 1. Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha. 2. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, il-miżuri regolatorji jew amministrattivi sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 1999. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih. 3. Għandhom japplikaw dawn il-miżuri mill-1 ta’ Jannar 2000. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza filwaqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, l-24 ta’ Ġunju 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37. [2] ĠU L 290, tad-29.10.1998, p. 25. [3] ĠU L 350, ta 'l-14.12.1990, p. 71. --------------------------------------------------