Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999E0346

    Pożizzjoni komuni tas-17 ta’ Mejju 1999 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-progress lejn Protokoll legalment vinkolanti biex isaħħaħ il-konformità mal-Konvenzjoni dwar Armi Bijoloġiċi u Tossini (BTWC), u bil-ħsieb li jitlesta b’suċċess xogħol sostantiv fil-Grupp Ad Hoc sa l-aħħar ta’ l-1999

    ĠU L 133, 28.5.1999, p. 3–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/1999/346/oj

    31999E0346



    Official Journal L 133 , 28/05/1999 P. 0003 - 0004


    Pożizzjoni komuni

    tas-17 ta’ Mejju 1999

    adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-progress lejn Protokoll legalment vinkolanti biex isaħħaħ il-konformità mal-Konvenzjoni dwar Armi Bijoloġiċi u Tossini (BTWC), u bil-ħsieb li jitlesta b’suċċess xogħol sostantiv fil-Grupp Ad Hoc sa l-aħħar ta’ l-1999

    (1999/346/CFSP)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,

    (1) Billi fil-25 ta’ Ġunju 1996, il-Kunsill iddefinixxa l-Pożizzjoni Komuni 96/408/CFSP dwar il-preparazzjoni tar-Raba’ Konvenzjoni Reviżjonali tal-Konvezjoni fuq il-projbizzjoni ta’ l-iżvilupp, produzzjoni u tħażżin ta’ armi batterjoloġiċi (bijoloġiċi) u tossini u fuq id-distruzzjoni tagħhom (BTWC) [1];

    (2) Billi fl-4 ta’ Marzu 1998 il-Kunsill iddefinixxa l-Pożizzjoni Komuni 98/197/CFSP dwar il-progress lejn Protokoll legalment vinkolanti biex isaħħaħ il-konformità mal-Konvenzjoni dwar Armi Bijoloġiċi u Tossini (BTWC) u l-intensifikazzjoni ta’ xogħol fil-Grupp Ad Hoc għal dak l-għan [2];

    (3) Billi huwa approprjat li tkun reviżjonata l-Pożizzjoni Komuni 98/197/CFSP, sabiex tikkontribwixxi għall-inkoraġġiment ta’ xogħol fil-Grupp Ad Hoc, bil-ħsieb li jinkiseb żvilupp sostantiv sa l-aħħar ta’ l-1999;

    (4) Billi huwa approprjat li tkun imfakkra d-Dikjarazzjoni tal-Presidenza Awstrijaka f’isem l-Unjoni Ewropea fuq in-negozjati ta’ Protokoll għall-Konvenzjoni dwar Armi Bijoloġiċi u Tossini (BTWC) tat-22 ta’ Diċembru 1998;

    (5) Billi huwa wkoll xieraq li jkun imfakkar li d-Dikjarazzjoni Finali tar-Raba’ Konvenzjoni Reviżjonali ta’ l-istati Membri għall-Konvenzjoni dwar Armi Bijoloġiċi u Tossini ddeterminata li ssaħħaħ l-effettività u ttejjeb l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni permezz ta’ instrument legalment vinkolanti, u laqgħat l-istabbiliment ta’ Grupp Ad Hoc miftuħ għall-Istati Membri kollha biex jinnegozjaw Protokoll immirat li jilħaq dan l-għan qabel il-bidu tal-Ħames Konferenza Reviżjonali, li għandha tinżamm mhux aktar tard mill-2001,

    ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

    Artikolu 1

    Konformi mad-deċiżjoni tar-Raba’ Konferenza Reviżjonali, l-għan ta’ din il-Pożizzjoni Komuni għandha tkun li tħeġġeġ il-konklużjoni tan-negozjati, fil-Grupp Ad Hoc tal-BTWC, dwar protokoll legalment vinkolanti li jistabbilixxi reġim ta’ verifikazzjoni u konformità li jsaħħaħ b’mod effettiv il-Konvenzjoni BTWC. Sabiex dan jintlaħaq, huwa imperattiv li jitlestew l-istadji kollha neċessarji għall-adozzjoni ta’ Protokoll b’konferenza speċjali ta’ l-Istati Membri fl-2000.

    Artikolu 2

    Huwa essenzjali li, minbarra l-allokazzjoni taż-żmien neċessarju għall-Grupp Ad Hoc, il-parteċipanti kollha fin-negozjati jaħdmu intensivament għar-risoluzzjoni ta’ materji importanti. Sabiex jintlaħaq dan l-għan sa l-aħħar ta’l-1999, l-isforzi meħuda mill-president tal-Grupp Ad Hoc u l-Ħbieb tas-Siġġu għandhom ikunu attivament sostnuti.

    Artikolu 3

    Ftehim għandu jkun imħeġġeġ, partikolarment fin-negozjati, fuq il-miżuri li ġejjin li huma kemm ċentrali kif ukoll essenzjali biex Protokoll effettiv isaħħaħ il-konformità mal-BTWC:

    - dikjarazzjonijiet ta’ skjera ta’ faċilitajiet u attivitajiet li huma rilevanti għall-Konvenzjoni, inter alia sabiex tkun imsaħħa t-trasparenza,

    - segwitu effettiv għal dawn id-dikjarazzjonijiet f’forma ta’ żjajar, fuq bażi ta’ mekkaniżmi approprjati ta’ selezzjoni mhux sistematika, sabiex tkun imsaħħa t-trasparenza ta’ faċilitajiet u attivitajiet iddikjarati, tkun imħeġġa l-eżatezza ta’ dikjarazzjonijet, u żgurat it-twettiq ta’ obbligazzjonijiet dikjaratorji sabiex tkun imsaħħa aktar konformità mal-Protokoll,

    - proċeduri ta’ kjariment approprjati miżjuda, jekk hemm bżonn, b’attivitajiet fuq il-post kull meta hemm anomalija, ambigwità jew omissjoni f’dikjarazzjoni mogħtija minn Stat Membru, li teħtieġ dawn il-proċeduri. Proċeduri ta’ kjariment approprjati għandhom ukoll ikunu segwiti kull meta faċilità li tilħaq il-kriterji għad-dikjarazzjoni kellha tkun iddikjarata iżda ma tkunx ġiet iddikjarata,

    - disposizzjoni għall-investigazzjonijiet rapidi u effettivi dwar kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformita’, inklużi kemm faċilitajiet kif ukoll investgazzjonijiet fil-kamp,

    - l-istabbiliment ta’ organizzazzjoni effettiva taħt il-profil ta’ ġestjoni u ta’ spejjeż u indipendenti, bl-inklużjoni ta’ numru żgħir ta’ impjegati permanenti li kapaċi jimplimentaw il-Protokoll b’mod effetiiv,

    - disposizzjoni għal miżuri speċifiċi fil-kuntest ta’ l-Artikolu 7 tal-Protokoll sabiex titmexxa ’l quddiem il-koperazzjoni internazzjonali u tpartit fil-qasam tal-bioteknoloġija. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu assistenza għat-tħeġġiġ tal-implimentazzjoni tal-Protokoll.

    Artikolu 4

    L-azzjoni meħuda biex issostni l-għanijiet imniżżla fl-Artikolu 2 u 3 għandha tinkludi:

    - l-insegwiment ta’ pożizzjonijiet konġunti fin-negozjati, bl-inklużjoni meta hu approprjat tat-tqegħid fuq l-aġenda ta’ karti u proposti speċifiċi għas-sottomissjonijiet lill-Grupp Ad Hoc, partikolarment dwar oqsma ċentrali u elementi identifikati fl-Artikolu 3,

    - proċeduri politiċi mill-Presdienza, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(3) u (4) tat-Trattat, b’kunsiderazzjoni lill-Istati Membri, sabiex ikun imħeġġeġ is-sosteniment tagħhom għall-għanijiet imniżżla fl-Artikoli 1, 2 u 3,

    - kuntatti bejn il-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri u l-industrija, sostnuti mill-Kummissjoni fejn hu approprjat, bl-għan li jitmexxa ’l quddiem ftehim bejn ir-rappreżentanti ta’ l-industrija Ewropea u dawk involuti fin-negozjati ġewwa l-Grupp Ad Hoc.

    Artikolu 5

    L-Istati Membri għandhom ukoll ikomplu jħeġġu l-universalità tal-Konvenzjoni BTWC.

    Artikolu 6

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha. Hija għandha tbiddel il-Pożizzjoni Komuni 98/197/CFSP.

    Artikolu 7

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

    Magħmula fi Brussell, fis-17 ta’ Mejju 1999.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Fischer

    [1] ĠU L 168, tas-7.6.1996, pġ. 3

    [2] ĠU L 75, tat-12.3.1998, pġ. 2

    --------------------------------------------------

    Top