Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0495

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta’ Lulju 1999 li temenda d-Deċiżjoni 94/577/KE dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċertifikazzjonijiet veterinarji għall-importazzjoni ta’ semen tal-bovini minn pajjiżi terzi (innotifikata bid-dokument numru C(1999) 1775)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 192, 24.7.1999, p. 56–56 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/09/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/495/oj

    31999D0495



    Official Journal L 192 , 24/07/1999 P. 0056 - 0056


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta’ l-1 ta’ Lulju 1999

    li temenda d-Deċiżjoni 94/577/KE dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċertifikazzjonijiet veterinarji għall-importazzjoni ta’ semen tal-bovini minn pajjiżi terzi

    (innotifikata bid-dokument numru C(1999) 1775)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (1999/495/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabbilixxi r- rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ fil-Komunità dwar importazzjoni ta’ semen ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 93/60/KEE [2], u b’ mod partikolari l-Artikoli 10 u 11 tagħha,

    (1) Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/577/KE [3] tistabilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ semen tal-bovini minn pajjiżi terzi;

    (2) Billi l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 88/407/KEE jistipula li mill-1 ta’ Jannar 1999 kummerċ fis-semen tal-barrin li jagħti reazzjoni pożittiva ġħat-test tan- newtraliżazzjoni tas-serum jew tat-test Elisa għar-rhinotracheitis infezzjuża tal-bovini vulov-vaginatis/pustular infezzjuża u li ma jkunx imlaqqam bi qbil ma’ din id-Direttiva hu pprojbit;

    (3) Billi l-Artikolu 10(4) tad-Deċiżjoni 88/407/KEE jistipula li d- dispożizzjonijiet applikabbli għall-kummerċ fil-Komunità stabilixxa li l-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva għandhom japplikaw, mutatis mutandis għall-importazzjoni;

    (4) Billi ċ-ċertifikati stipulati f’Parti 1 tal-Annessi A, B, C u D għad- Deċiżjoni 94/577/KE suppost ikunu emendati sabiex jiċċaraw il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-importazzjoni;

    (5) Billi l-miżuri li għalihom hemm disposizzjoni f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

    ADOTTAT DIN ID- DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Annessi A, B, C u D għad-Deċiżjoni 94/577/KE, Parti 1, punt 13(d)(ii) hu emendat kif ġej:

    1. Fl-aħħar tat-tielet parti "jew" hi kkanċellata,

    2. Ir- raba’ parti hi kanċellata.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-1 ta’ Lulju 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 194, tat-22.7.1988, p. 10.

    [2] ĠU L 186, tat-28.7.1993, p. 28.

    [3] ĠU L 221, tas-26.8.1994, p. 26.

    --------------------------------------------------

    Top