Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0400

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 1999 dwar il- konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Ħong Kong, iċ-Ċina dwar kooperazzjoni u għajnuna amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali.

    ĠU L 151, 18.6.1999, p. 20–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/400/oj

    Related international agreement

    31999D0400



    Official Journal L 151 , 18/06/1999 P. 0020 - 0020


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tal-11 ta' Mejju 1999

    dwar il- konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Ħong Kong, iċ-Ċina dwar kooperazzjoni u għajnuna amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali.

    (1999/400/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 flimkien ma'l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    (1) Billi fil-5 ta' April 1993 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f'isem il- Komunità, diversi ftehim ta' kooperazzjoni doganali ma' xi wħud mill-isħab kummerċjali ewlenin tal-Komunità.

    (2) Billi l-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u Ħong Kong, iċ-Ċina dwar kooperazzjoni u għajnuna amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali għandu jiġi approvat,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u Ħong Kong, iċ-Ċina dwar kooperazzjoni u għajnuna amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali qiegħed b'hekk jiġi approvat f'isem il-Komunità,

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il- Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti ta'l-Istati Membri, għandha tirrapreżenta lill-Komunità fil- Kumitat Konġunt tad- Dwana mwaqqaf taħt l-Artikolu 21 tal-Ftehim.

    Artikolu 3

    Il-President tal-Kunsill qiegħed b'hekk jiġi awtorizzat biex jinnomina l-persuni li jkollhom is-setgħa jiffirmaw il-Ftehim li jorbot lill-Komunità.

    Artikolu 4

    Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 22 tal-Ftehim [1].

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Meħuda fi Brussel, 11 ta' Mejju 1999.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    L. Schomerus

    [1] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

    --------------------------------------------------

    Top