Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0295

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' April 1999 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-estensjoni tal-ftehim ta' koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi membri ta' l-ASEAN għar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam

    ĠU L 117, 5.5.1999, p. 30–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/295/oj

    Related international agreement

    31999D0295



    Official Journal L 117 , 05/05/1999 P. 0030 - 0030


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-26 ta' April 1999

    dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-estensjoni tal-ftehim ta' koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi membri ta' l-ASEAN għar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam

    (1999/295/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 130Y, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 228(3),

    Wara li kkunsidrat il-proposta tal-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

    Billi, sabiex tikseb l-għanijiet tagħha fl-isfera ta' relazzjonijiet ekonomiċi esterni, l-Komunità għandha tapprova l-Protokoll dwar l-estensjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi membri ta' l-ASEAN għar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll dwar l-estensjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi membri ta' l-ASEAN għar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam qiegħed fil-preżenti jiġi approvat f'isem il-Komunità.

    It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jagħti notifika li l-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll tlestew fir-rigward tal-Komunità [3].

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 26 ta' April 1999.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    J. Fischer

    [1] ĠU C 95, ta' l-24.3.1997, p. 41.

    [2] ĠU C 325, tas-27.10.1997, p. 16.

    [3] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

    --------------------------------------------------

    Top