Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998Y0114(01)

    Linji ta' gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi mposti skond l-artikolu 15 (2) tar-Regolament Nru. 17 u l-Artikolu 65 (5) tat-Trattat KEFA (98/C 9/03)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU C 9, 14.1.1998, p. 3–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    31998Y0114(01)



    Official Journal C 009 , 14/01/1998 P. 0003 - 0005


    Linji ta' gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi mposti skond l-artikolu 15 (2) tar-Regolament Nru. 17 u l-Artikolu 65 (5) tat-Trattat KEFA

    (98/C 9/03)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    Il-prinċipji ndikati hawnhekk għandhom jiżguraw t-trasparenza u l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, f'għajnejn kemm ta' l-impriżi kif ukoll tal-Qorti tal-Ġustizzja, waqt li tinżamm id-diskrezzjoni li hi mogħtija lill-Kummissjoni skond il-leġislazzjoni rilevanti biex tistabbilixxi multi fil-limitu ta' 10 % tal-valur tal-bejgħ totali. Din id-diskrezzjoni għandha, mandankollu, issegwi politika koerenti u mhux diskriminatorja li hi konsistenti ma' l-għanijiet segwiti fil-penalizazzjoni tal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni.

    Il-metodu l-ġdid li jistabbilixxi l-ammont ta' multa se jkun ibbażat fuq ir-regoli li ġejjin, li jibdew minn ammont bażiku li jiżdied biex jieħdu f'konsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi aggravati jew imnaqqsa biex jieħdu f'konsiderazzjoni ċirkustanzi li jiskużaw il-gravità.

    1. Ammont bażiku

    L-ammont bażiku se jkun stabbilit skond il-gravità u t-tul tal-ksur, li huma l-uniċi kriterji msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru. 17.

    A. Gravità

    Biex tiġi valutata l-gravità tal-ksur, għandu jiġi kunsidrat in-natura tiegħu, l-impatt reali tiegħu fuq is-suq, fejn dan jista' jkun ikkalkolat, u d-daqs tas-suq ġeografiku rilevanti.

    Il-ksur se jinqasam għalhekk fi tliet kategoriji: ksur ftit serju, ksur serju u ksur serju ħafna.

    - Ksur ftit serju:

    Dawn jistgħu jkunu restrizzjonijiet kummerċjali, ġeneralment ta' natura vertikali, imma b'impatt fuq is-suq limitat u li jaffettwa parti sostanzjali imma relattivament limitata tas-suq tal-Komunità.

    Penalità applikabbli: 1000 ECU sa' 1 miljun ECU.

    - Ksur serju:

    Dawn ikunu ħafna drabi restrizzjonijiet orizzontali jew vertikali ta' l-istess tip ta'hawn fuq, imma applikati b'mod aktar strett, b'impatt usa' fuq is-suq, u b'effetti f'żoni estensivi tas-suq komuni. Jista' jkun hemm abbuż ta' pożizzjoni dominanti (rifjuti għal rifornimenti, diskriminazzjoni, esklużjoni, skont ta' lealtà mogħti minn ditti dominanti sabiex iqaċċtu lill-kompetituri barra mis-suq, etċ).

    Multi applikabbli: 1 miljun ECU sa' 20 miljun ECU 20 million.

    - Ksur serju ħafna:

    Dawn ġeneralment ikunu restrizzjonijiet orriżontali bħal konsorzji ta' prezzjiet u kwota tas-sehem tas-suq, jew prattiċi oħra li jpoġġu fil-periklu l-funzjonament tajjeb tas-suq wieħed, bħal qsim tas-swieq nazzjonali u abbuż ċar ta' pożizzjoni dominanti minn impriżi li għandhom monopolju virtwali (ara d-Deċiżjonijiet 91/297/KEE, 91/298/KEE, 91/299/KEE, 91/300/KEE u 91/301/KEE [1] – Soda Ash, 94/815/KE [2] – Siment, 94/601/KE [3] – Kartonċin, 92/163/KE [4] – Tetra Pak, u 94/215/KEFA [5] – Travi tal-ħadid).

    Multi applikabbli: aktar minn 20 miljun ECU

    F'kull waħda minn dawn il-kategoriji, u b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-ksur serju u l-ksur serju ħafna, l-iskala proposta ta' multi se tagħmilha possibli li jiġi applikat trattament differenti lill-intrapriżi skond in-natura tal-ksur li jkun sar.

    Se jkun wkoll neċessarju li tiġi kunsidrata f'liema miżura l-awturi tal-ksur għandhom il-kapaċità effettiva ekonomika biex joħolqu theddid sinifikanti għall-operaturi l-oħra, b'mod partikolari konsumaturi, u li tiġi stabbilita l-multa f'livell li jiggarantixxi effett suffiċjentament diswassiv.

    F'sens ġenerali, jista' jiġi kkunsidrat ukoll il-fatt li impriżi kbar ġeneralment ikollhom tagħrif u infrastrutturi ġuridiċi-ekonomiċi li faċilment jippermettulhom biex jirrikonoxxu li l-komportament tagħhom jikkostitwixxi ksur u li jkunu konxji tal-konsegwenzi ta' dan skond il-liġi tal-kompetizzjoni.

    Meta ksur jinvolvi aktar minn impriża waħda (eż konsorzji), jista' jkun neċessarju f'ċerti każijiet li jiġu applikati ko-effiċjenti korrettivi lill-ammonti determinati f'kull waħda mit-tliet kategoriji sabiex jiġi kunsidrat il-piż speċifiku u, għalhekk, l-impatt reali tal-kondotta offensiva ta' kull impriża li hi f'kompetizzjoni, partikolarment meta hemm disparità konsiderabbli bejn id-daqs ta' l-impriżi li qed jikkommettu ksur ta' l-istess tip.

    Għalhekk, il-prinċipju ta' kastig ugwali għall-istess kondotta jista', jekk iċ-ċirkustanzi joħolqu hekk, iwassal għal multi differenti li jiġu sforzati fuq l-impriżi konċernati mingħajr ma din id-differenza maħluqa tkun irregolata minn kalkolazzjoni aritmetika.

    B. Dewmien

    Għandha ssir distinzjoni bejn dan li ġej:

    - ksur ta' dewmien qasir (ġeneralment ta' inqas minn sena): l-ebda żieda fl-ammont,

    - ksur ta' dewmien medju (ġeneralment, minn sena sa' ħames snin): żieda sa' 50 % fl-ammont determinat għall-gravità,

    - ksur ta' dewmien twil (ġeneralment, aktar minn ħames snin): żieda sa' 10 % kull sena fl-ammont determinat għall-gravità.

    Dan l-approċċ se jippermetti li tiġi stabbilita żieda possibli fl-ammont tal-multa.

    F'sens ġenerali, iż-żieda fil-multa għall-ksur ta' terminu twil tirrapreżenta tisħiħ konsiderevoli tal-prattika ta' qabel bil-għan li jiġu mposti sanzjonijiet effettivi fuq restrizzjonijiet li kellhom impatt negattiv fuq konsumaturi għal perijodu twil. Barra minn dan, dan l-approċċ il-ġdid hu konsistenti ma' l-effett mistenni tan-notifka tat-18 ta' Lulju 1996 dwar in-nuqqas ta' imposizzjoni jew tnaqqis ta' multi f'każijiet ta' konsorzju [6]. Ir-riskju ta' multa akbar proprozjonata mad-dewma tal-ksur se jżid, b'mod żgur, l-inċentiva ta' l-intrapriża biex tiddenunċja l-ksur stess jew tikkoopera mal-Kummissjoni.

    L-ammont bażiku se jirriżulta mill-addizzjoni taż-żewġ ammonti stabbiliti skond ta' hawn fuq:

    x gravità + y dewma = ammont bażiku

    2. Ċirkustanzi aggravati

    L-ammont bażiku se jiżdied meta hemm ċirkustanzi li jaggravaw bħal:

    - ksur ripetut ta' l-istess tip magħmul mill-istess impriża(/i),

    - rifjut ta' koperazzjoni ma' jew attentati li jxekklu lill-Kummissjoni waqt li tkun qed tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha,

    - rwol ta' mexxej fil-, jew provokatur tal-ksur,

    - miżuri ta' ritaljazzjoni kontra impriżi oħra bil-għan li jissaħħu l-prattiċi li jikkostitwixxu ksur,

    - bżonn li tiżdied il-multa sabiex jinqabeż l-ammont ta' dħul magħmul b'mod illeċitu b'riżultat ta' ksur meta hu oġġettivament possibli li jiġi kalkolat l-ammont,

    - ċirkustanzi oħra.

    3. Ċirkustanzi li jiskużaw il-gravità

    L-ammont bażiku se jitnaqqas meta jkun hemm ċirkustanzi li jiskużaw il-gravità bħal:

    - rwol esklussivament passiv jew emulattiv fil-ksur,

    - nuqqas ta' implimentazzjoni fil-prattika tal-ftehim jew prattiċi lleċiti,

    - tmiem tal-ksur hekk kif tintervjeni l-Kummissjoni (b'mod partikolari meta jsiru l-kontrolli),

    - eżistenza ta' dubju raġonevoli min-naħa ta' l-impriża dwar jekk il-kondotta restrittiva tikkostitwixxix verament ksur,

    - ksur magħmul b'riżultat ta' negliġenza jew mhux intenzjonat,

    - koperazzjoni effettiva mill-impriża fil-proċedimenti, barra l-għan tan-Notifika tat-18 ta' Lulju 1996 dwar in-nuqqas ta' imposizzjoni jew tnaqqis ta' multi f'każijiet ta' konsorzju,

    - ċirkustanzi oħra.

    4. Applikazzjoni tan-Notifika tat-18 ta' Lulju 1996 dwar in-nuqqas ta' imposizzjoni jew tnaqqis ta' multi [7]

    5. Kummenti ġenerali

    (a) Hu ovvju li l-ammont aħħari kalkolat skond dan il-metodu (ammont bażiku miżjud jew imnaqqas fuq bażi perċentwali) m'għandux fi kwalunkwe każ jaqbeż 10 % tal-profitt dinji ta' l-impriżi, kif stabbilit fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru. 7. Fil-każ ta' ftehim li huma llegali skond it-Trattat tal-KEFA, il-limitu stabbilit mill-Artikolu 65(5) hu d-doppju tal-profitt fuq il-prodotti in-kwistjoni, miżjud f'ċerti każijiet sa' massimu ta' 10 % tal-profitt ta' l-impriża fuq prodotti tal-KEFA.

    Is-sena ta' kontabbiltà li fuqha hu determinat il-profitt dinji għandha, sakemm hu possibli, tkun is-sena ta' qabel is-sena li fiha hi meħuda d-deċiżjoni jew, jekk huma disponibbli l-figuri għal dik is-sena ta' kontabbiltà, s-sena immedjatament ta' qabel.

    (b) Jiddependi miċ-ċirkustanzi, għandha tittieħed konsiderazzjoni, meta jsiru l-kalkolazzjoniet imsemmija hawn fuq, ta' ċerti fatturi oġġettivi bħal kuntest ekonomiku speċifiku, kull benefiċċju ekonomiku jew finanzjarju magħmul mill-awturi ta' l-offiżi (ara XXI Rapport dwar il-politika ta' kompetizzjoni, punt 139), il-karatteristiċi speċifiċi ta' l-impriżi in-kwistjoni u l-kapaċità reali tagħhom li jħallsu f'kuntest soċjali speċifiku, u l-multi għandhom jiġu emendati kif xieraq.

    (ċ) F'każijiet li jinvolvu assoċjazzjoni ta' impriżi, d-deċiżjonijiet, sakemm hu possibli, għandhom ikunu indirizzati lil, u multi imposti fuq, l-impriżi individwali li huma ta' assoċjazzjoni. Jekk dan mhux possibbli (eż. fejn hemm eluf ta' impriżi affiljati), u ħlief għal każijiet li jaqgħu taħt it-Trattat tal-KEFA, multa totali għandha tkun imposta fuq l-assoċjazzjoni, ikkalkolata skond il-prinċipji stabbiliti hawn fuq imma ekwivalenti għat-total ta' multi individwali li setgħu ġew imposti fuq kull membru ta' l-assoċjazzjoni.

    (d) Il-Kummissjoni se tirriserva d-dritt, f'ċerti każijiet, li timponi ’multa simbolika' ta' 1000 ECU, li ma tkunx tinvolvi xi kalkolazzjoni bażata fuq it-tul tal-ksur jew fuq ċirkustanzi aggravati jew li jiskużaw il-gravità. Il-ġustifikazzjoni għal imponiment ta' din il-multa għandha tingħata fit-test tad-deċiżjoni.

    [1] ĠU L 152, tal-15.06.91, p. 54.

    [2] ĠU L 343, tat-30.12.94, p. 1.

    [3] ĠU L 243, tad-19.09.94, p. 1.

    [4] ĠU L 72, tat-18.03.92, p. 1.

    [5] ĠU L 116, tas-06.05.94, p. 1.

    [6] ĠU C 207, tat-18.07.96, p. 4.

    [7] Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 6.

    --------------------------------------------------

    Top