Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998R2700

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2700/98 tas-17 ta' Diċembru 1998 dwar id-definizzjonijiet ta' karatteristiċi għall-istatistika strutturali dwar il-kummerċTest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 344, 18.12.1998, p. 49–80 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/04/2009; Imħassar b' 32009R0250

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/2700/oj

    31998R2700



    Official Journal L 344 , 18/12/1998 P. 0049 - 0080


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2700/98

    tas-17 ta' Diċembru 1998

    dwar id-definizzjonijiet ta' karatteristiċi għall-istatistika strutturali dwar il-kummerċ

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 ta' l-20 ta' Diċembru 1996 dwar l-istatistika strutturali dwar il-kummerċ [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 12(iii) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni ta' l-istatistika Komunitarja dwar l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u l-prestazzjoni tan-negozji fil-Komunità;

    Billi hemm bżonn li jiġi implementat sett ta' definizzjonijiet għall-karatteristiċi ta' l-istatistika strutturali dwar il-kummerċ;

    Billi l-miżuri previsti huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Programm Statistiku,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    1. Il-karatteristiċi msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97 huma definiti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    2. F'dawn id-definizzjonijiet, referenzi għall-kontijiet ta' kumpanija jużaw l-intestaturi msemmija fl-Artikolu 9 (balance sheet), l-Artikolu 23 (kont fuq il-qligħ u telf) jew l-Artikolu 43 (noti fuq il-kontabilità) tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE [2].

    L-Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet għad-data li tirrigwardja s-sena ta' referenza 1999 u s-snin ta' wara.

    2. L-Istati Membri għandhom japplikaw ukoll dawn id-definizzjonijiet għad-data li tirrigwarda s-snin ta' referenza 1995, 1996, 1997 u 1998 fejn dan jikkorrispondi mal-prattika nazzjonali eżistenti.

    L-Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara li jkun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1998.

    Għall-Kummissjoni

    Yves-Thibault de Silguy

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 14, tas-17.1.1997, p. 1.

    [2] ĠU L 222, ta' l-14.8.1978, p. 11.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    DEFINIZZJONIJIET TAL-KARATTERISTIĊI

    Kodiċi: | 11 11 0 |

    Titolu: | Numru ta' intrapriżi |

    Definizzjoni

    L-għadd tan-numru ta' intrapriżi reġistrati għall-popolazzjoni konċernata fir-reġistru tan-negozji kkoreġut mill-iżbalji, b'mod partikolari żbalji ta' reġistrazzjoni. Unitajiet inattivi huma esklużi. Din l-istatistika għandha tinkludi l-unitajiet kollha attivi ta' l-inqas f'parti mill-perjodu ta' referenza.

    Kodiċi: | 11 12 0 |

    Titolu: | Numru ta' twelid ta' intrapriżi |

    Definizzjoni

    L-għadd tan-numru ta' twelid ta' intrapriżi reġistrati għall-popolazzjoni konċernata fir-reġistru tan-negozji kkoreġut mill-iżbalji. Twelid jikkonsisti fil-ħolqien ta' kombinazzjoni ta' fatturi tal-produzzjoni bir-restrizzjoni li l-ebda intrapriża oħra ma tkun involuta f'dan il-fatt. It-twelid ma jinkludux dħul fil-popolazzjoni minħabba għaqdiet, break-ups, split-off jew ristrutturar ta' sett ta' intrapriżi. Ma jinkludix dħul fis-sotto-popolazzjoni bħala riżultat biss ta' bdil fl-attività.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti minn numru ta' intrapriżi (11 11 0).

    Kodiċi: | 11 13 0 |

    Titolu: | Numru ta' mwiet ta' intrapriżi |

    Definizzjoni

    L-għadd tan-numru ta' intrapriżi li mietu u huma reġistrati għall-popolazzjoni konċernata fir-reġistru tan-negozji kkoreġut mill-iżbalji. Mewt tikkonsisti fix-xoljiment ta' kombinazzjoni ta' fatturi tal-produzzjoni bir-restrizzjoni li l-ebda intrapriża oħra ma hi involuta f'dan il-fatt. L-imwiet ma jinkludux il-ħruġ mill-popolazzjoni minħabba għaqdiet, take-overs, break-ups jew ristrutturar ta' sett ta' intrapriżi. Ma jinkludix ħruġ minn sotto-popolazzjoni bħala riżultat biss ta' bdil fl-attività.

    Kodiċi: | 11 21 0 |

    Titolu: | Numru ta' unitajiet lokali |

    Definizzjoni

    L-għadd tan-numru ta' unitajiet lokali reġistrati għall-popolazzjoni konċernata fir-reġistru tan-negozji kkoreġut mill-iżbalji, b'mod partikolari żbalji ta' reġistrazzjoni. L-unitajiet lokali jridu jkunu inklużi anke jekk m'għandhomx impjegati imħallsa. Din l-istatistika għandha tinkludi l-unitajiet kollha li jkunu attivi ta' l-inqas għal parti mill-perjodu ta' referenza.

    Kodiċi: | 11 31 0 |

    Titolu: | Numru ta' unitajiet ta' tip ta' attività |

    Definizzjoni

    L-għadd tan-numru ta' unitajiet ta' tip ta'attività reġistrati għall-popolazzjoni konċernata fir-reġistru tan-negozji kkoreġut mill-iżbalji, b'mod partikolari żbalji ta' reġistrazzjoni, jew stima jekk din it-tip ta' unità mhix reġistrata. Din l-istatistika għandha tinkludi l-unitajiet kollha li jkunu attivi ta' l-inqas għal parti mill-perjodu ta' referenza.

    Kodiċi: | 12 11 0 |

    Titolu: | Il-valur tal-bejgħ |

    Definizzjoni

    Il-valur tal-bejgħ huwa magħmul mit-totali fatturati mill-unità ta' osservazzjoni matul il-perjodu ta' referenza, u dan jikkorrispondi mal-bejgħ fis-suq ta' l-oġġetti jew servizzi pprovduti lil terzi persuni.

    Il-valur tal-bejgħ jinkludi t-tariffi u t-taxxi kollha fuq l-oġġetti jew is-servizzi li għalihom ħarġet fattura mill-unità bl-eċċezzjoni tal-VAT li għaliha ħarġet fattura mill-unità fir-rigward tal-klijent tagħha u taxxi simili li jistgħu jiġu mnaqqsa u li huma direttament marbuta mal-valur tal-bejgħ.

    Jinkludi wkoll l-ispejjeż l-oħra kollha (trasport, imballaġġ, eċċ.) li jgħaddu fuq il-konsumatur, anke jekk dawn l-ispejjeż ikunu elenkati separatament fil-fattura. Tnaqqis fil-prezzijiet, rifużjonijiet u skontijiet kif ukoll il-valur ta' l-imballaġġ ritornat għandhom jiġu mnaqqsa.

    Id-dħul klassifikat bħala dħul operattiv ieħor, dħul finanzjarju u dħul straordinarju fil-kontijiet tal-kumpanija huma esklużi mill-valur tal-bejgħ. Is-sussidji operattivi rċevuti mingħand awtoritajiet pubbliċi jew mingħand l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea huma esklużi wkoll.

    Għan-NACE Rev. 1 klassijiet 66.01 u 66.03, it-titolu li jikkorrispondi ma' din il-karatterstika huwa "Gross premiums miktuba".

    Nota:

    it-taxxi indiretti jistgħu jinqasmu fi tliet gruppi.

    (i) L-ewwel wieħed huwa magħmul mill-VAT u taxxi oħra li jistgħu jiġu mnaqqsa li huma marbuta direttament mal-valur tal-bejgħ u li huma esklużi mill-valur tal-bejgħ. Dawn it-taxxi jiġu miġbura fi stadji mill-intrapriża u jitħallsu kompletament mill-aħħar xerrej.

    (ii) It-tieni grupp jirrigwarda t-taxxi u t-tariffi l-oħrajn kollha marbuta ma' prodotti li huma jew (1) marbuta mal-valur tal-bejgħ u ma jistgħux jiġu mnaqqsa jew (2) taxxi fuq prodotti mhux marbuta mal-valur tal-bejgħ. Hawnhekk huma inklużi t-taxxi u t-tariffi fuq prodotti impurtati u t-taxxi fuq il-produzzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ, it-trasferiment, il-kera jew il-konsenja ta' oġġetti u servizzi jew bħala riżultat ta' l-użu tagħhom għall-konsum minnhom stess jew il-formazzjoni ta' kapital proprju.

    (iii) It-tielet grupp jirrigwarda t-taxxi u t-tariffi marbuta mal-produzzjoni. Dawn huma pagamenti ta' bilfors u bla kontra-partita, fi flus jew innatura imposti mill-gvern ġenerali jew mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni u l-importazzjoni ta' oġġetti u servizzi, l-impjieg ta' ħaddiema, il-propjetà jew l-użu ta' l-art, bini jew assi oħrajn użati fil-produzzjoni irrispettivament mill-kwantità jew il-valur ta' l-oġġetti u s-servizzi prodotti jew mibjugħa.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    IL-valur tal-bejgħ kif definit hawn fuq għall-finijiet ta' l-istatistika huwa magħmul mill-intestatura tal-kontabilità "Valur tal-bejgħ nett".

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    - Il-valur tal-bejgħ jiġi użat fil-kakolazzjoni tal — Valur tal-produzzjoni (12 12 0) u totali u bilanċi oħrajn,

    - Il-valur tal-bejgħ jista' jinqasam skond l-attività: Valur tal-bejgħ mill-(i) attività prinċipali, (ii) attività industrijali, (iii) attività ta' negozju ta' xiri u bejgħ, (iv) attivitajiet intermedjarji (aġenti), (v) attività ta' servizzi oħrajn (18 11 0 sa 18 15 0),

    - Il-valur tal-bejgħ jista' jinqasam bit-tip tal-prodott: Tqassim tal-valur tal-bejgħ bit-tip ta' prodott (18 21 0),

    - Il-valur tal-bejgħ jista' jinqasam bit-tip ta' konsumatur: Parti perċentwali tal-valur tal-bejgħ għall — (i) bejjiegħa bl-imnut (25 11 1), (ii) utenti professjonali (25 11 2), (iii) konsumaturi finali (25 11 3).

    Kodiċi: | 12 12 0 |

    Titolu: | Il-valur tal-produzzjoni |

    Definizzjoni

    Il-valur tal-produzzjoni jkejjel l-ammont attwalment prodott mill-unità, bbażat fuq il-bejgħ, inklużi it-tibdiliet fil-ħażniet u l-bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti u servizzi.

    Il-valur tal-produzzjoni huwa mfisser bħala l-valur tal-bejgħ, flimkien jew mingħajr it-tibdiliet fil-ħażniet ta' prodotti lesti, xogħol li qed jinħadem u oġġetti u servizzi li nxtraw biex jerġgħu jinbiegħu, li minnu jitnaqqas ix-xiri ta' oġġetti u servizzi għall-bejgħ mill-ġdid, flimkien mal-produzzjoni kapitalizzata, flimkien ma' dħul operattiv ieħor (sussidji esklużi). Id-dħul u l-infiq klassifikati bħala finanzjarji jew straordinarji fil-kontijiet tal-kumpanija huma esklużi mill-valur tal-produzzjoni. Inklużi fix-xiri ta' oġġetti u servizzi għall-bejgħ mill-ġdid hemm ix-xiri ta' servizzi li jsir sabiex jingħataw lil terzi persuni fl-istess kondizzjoni.

    Huma meħtieġa metodi speċifiċi ta' kalkolazzjoni għan-NACE Rev. 1 klassijiet 66.01 u 66.03

    Nota:

    Il-produzzjoni kapitalizzata tinkludi l-produzzjoni għalihom stess ta' l-oġġetti kollha li l-produtturi tagħhom iżommu bħala investiment. Dan ta' l-aħħar jinkludi il-produzzjoni ta' assi tanġibbli fissi (bini eċċ.) kif ukoll assi li mhumiex tanġibbli (żvilupp ta' software eċċ.). Il-produzzjoni kapitalizzata hija produzzjoni mhux mibjugħa u hija stmata bil-kost tal-produzzjoni. Innota li dawn l-oġġetti kapitali għandhom jiġu inklużi fl-investiment.

    Nota:

    dħul operattiv ieħor huwa intestastura tal-kontabilità tal-kumpanija. Il-kontenut ta' din l-intestatura jista' jvarja bejn is-setturi u biż-żmien u għaldaqstant ma jistax jiġi definit b'mod preċiż għall-finijiet ta' statistika.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-komponenti tal-valur tal-produzzjoni huma inkluzi fl-intestasturi tal-kontabilità li ġejjin:

    - valur tal-bejgħ nett,

    - parti minn dħul operattiv ieħor - sussidji esklużi,

    - Varjazzjonijiet fil-ħażniet ta' oġġetti lesti u xogħol li qed jinħadem, parti minn materja prima u oġġetti li jiġu kkonsmati li għandhom x'jaqsmu max-xiri u t-tibdiliet tal-ħażniet ta' oġġetti għall-bejgħ mill-ġdid,

    - xogħol magħmul mill-impriża għaliha stess u kapitalizzat.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Il-valur tal-produzzjoni huwa bbażat fuq:

    Valur tal-bejgħ (12 11 0),

    +/– | Tibdiliet fil-ħażniet ta' prodotti lesti u xogħol li qed jinħadem magħmul mill-unità (13 21 3), |

    +/– | Tibdiliet fil-ħażniet ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni li ġew irċevuti (13 21 1), |

    – | Ix-xiri ta' oġġetti u servizzi għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni kif irċevuti (13 12 0), |

    + | Produzzjoni kapitalizzata, |

    + | Dħul operattiv ieħor (sussidji esklużi). |

    - Il-valur tal-produzzjoni jiġi użat fil-kalkolazzjoni tal-valur miżjud bil-kost ta' produzzjoni (12 15 0) u somom u bilanċi oħrajn.

    Kodiċi: | 12 13 0 |

    Titolu: | Il-margini gross għall-bejgħ mill-gdid |

    Definizzjoni

    Jikkorrispondi mad-dħul mill-attività ta' xiri u bejgħ mill-ġdid mingħajr l-ebda proċessar ieħor. Jiġi kkalkolat mill-valur tal-bejgħ, xiri u tibdiliet fil-ħażniet ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjonijiet kif riċevuti.

    Inklużi fil-valur tal-bejgħ, ix-xiri u t-tibdiliet fil-ħażniet ta' oġġetti u servizzi għall-bejgħ mill-ġdid, hemm il-bejgħ, ix-xiri u t-tibdiliet fil-ħażniet ta' servizzi mixtrija sabiex jiġu mogħtija lil terzi persuni fl-istess kondizzjoni.

    Imsejjaħ ukoll marġini ta' negozju gross.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Dawn il-figuri ma jistgħux jiġu iżolati fil-kontijiet tal-kumpanija. Huma parti mill-valur tal-bejgħ nett u l-materja prima u oġġetti li jiġu kkonsmati.

    Rabta ma' varjabblii oħrajn

    Il-marġini gross fuq oġġetti għall-bejgħ mill-ġdid huwa bbażat fuq:

    Il-valur tal-bejgħ minn attivitajiet ta' negozju ta' xiri u bejgħ mill-ġdid (18 13 0),

    – | Ix-xiri ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjonijiet kif riċevuti (13 12 0), |

    +/– | Tibdiliet fil-ħażniet ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni kif riċevuti (13 21 1), |

    - Il-marġini gross fuq oġġetti għall-bejgħ mill-ġdid huwa parti mill-Valur tal-produzzjoni (12 12 0).

    Kodiċi: | 12 14 0 |

    Titolu: | Il-valur miżjud bil-prezzijiet bażiċi |

    Definizzjoni

    Il-valur miżjud bil-prezzijiet bażiċi huwa kkalkolat mill-valur tal-produzzjoni flimkien mas-sussidji fuq il-prodotti li minnhom jitnaqqas ix-xiri ta' oġġetti u servizzi (minbarra dawk li jinxtraw għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni) u b'żieda jew bi tnaqqis tat-tibdiliet fil-ħażniet ta' materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati u li minnhom jitnaqqsu taxxi oħrajn fuq prodotti li huma marbuta mal- valur tal-bejgħ iżda li ma jistgħux jiġu mnaqqsa. Huwa jirrappreżenta il-valur miżjud mid-dħul ta' diversi fatturi fl-attivitajiet operattivi ta' l-unitajiet konċernati.

    Id-dħul u n-nefqa kklassifikati bħala finanzjarji jew straordinarji fil-kontijiet tal-kumpanija huma esklużi mill-valur miżjud.

    Il-valur miżjud bil-prezz bażiku huwa kkalkolat "gross" għaliex l-aġġustamenti fil-valur (bħad-diprezzament) mhumiex imnaqqsa.

    Nota:

    sussidji operattivi jistgħu jiġu separati f'żewġ gruppi.

    (i) Is-sussidji fuq il-prodotti huma sussidji pagabbli kull unità ta' oġġett jew servizz. Is-sussidju jista' jkun ammont ta' flus speċifiku kull unità ta' oġġett jew servizz jew jista jkun kalkolat ad valorem bħala perċentwali speċifiku tal-prezz kull unità. Sussidju fuq prodott normalment isir pagabbli meta l-oġġett jew s-servizz jiġi prodott, mibjugħ jew importat, iżda jista' jsir pagabbli wkoll f'ċirkostanzi oħrajn bħal fil-każ ta' meta oġġett jiġi trasferit, mikri, konsenjat jew ikkunsmat minnhom stess jew għall-formazzjoni tal-kapital tagħhom stess.

    (ii) Is-sussidji marbuta mal-produzzjoni huma sussidji rċevuti minn unità li ma jkunux marbuta mal-kwantità jew il-valur ta' l-oġġetti prodotti jew mibjugħa. B'mod notevoli, dawn is-sussidji jinkludu sussidji fuq il-pagi u l-forza tax-xogħol, sussidji għall-protezzjoni ambjentali u għotjiet għal ħelsien mill-interessi.

    Is-sussidji fuq l-investiment huma esklużi. Metodi ta' kalkolazzjoni speċifiċi huma meħtieġa għan-NACE Rev. 1 klassijiet 66.01 u 66.03

    Nota:

    it-taxxi indiretti jistgħu jiġu separati fi tliet gruppi.

    (i) L-ewwel grupp huwa magħmul mill-VAT u taxxi oħrajn li jistgu jiu mnaqqsa marbuta direttament mal-valur tal-bejgħ li huma esklużi mill-valur tal-bejgħ. Dawn it-taxxi jinġabru fi stadji mill-intrapriża u jitħallsu kompletament mill-aħħar xerrej.

    (ii) It-tieni grupp jikkonċerna t-taxxi u t-tariffi l-oħrajn kollha marbuta mal-prodotti li huma jew (1) marbuta mal-valur tal-bejgħ u ma jistgħux jiġu mnaqqsa jew (2) taxxi fuq prodotti mhux marbuta mal-valur tal-bejgħ. Hawn huma inklużi t-taxxi u t-tariffi fuq l-importazzjoni u t-taxxi fuq il-produzzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ, it-trasferiment, il-kera jew il-konsenja ta' oġġetti u servizzi jew bħala riżultat ta' l-użu tagħhom għall-konsum minnhom stess jew formazzjoni ta' kapital proprju.

    (iii) It-tielet grupp jikkonċerna it-taxxi u t-tariffi marbuta mal-produzzjoni. Dawn huma pagamenti ta' bilfors u mingħajr kontra-partita, fi flus jew innatura imposti mill-gvern ġenerali, jew mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-produzzjoni u l-importazzjoni ta' oġġetti u servizzi, l-impjieg ta' ħaddiema, il-propjetà jew l-użu ta' l-art, bini jew assi oħrajn użati fil-produzzjoni irrispettivament mill-kwantità jew il-valur ta' l-oġġetti u s-servizzi prodotti jew mibjugħa.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-valur miżjud bil- prezzijiet bażiċi jista' jiġi kalkolat mill-intestaturi tal-kontabilità li ġejjin:

    - Valur tal-bejgħ nett,

    - Varjazzjonijiet fil-ħażniet ta' oġġetti lesti u xogħol li għadu qed jinħadem,

    - Xogħol magħmul mill-impriża għall-iskopijiet tagħha u kapitalizzat,

    - Materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati,

    - Piżijiet esterni oħrajn,

    - parti mill-piżijiet operattivi oħra - taxxi u tariffi marbuta mal-produzzjoni esklużi,

    - parti mid-dħul operattiv ieħor - sussidji operattivi marbuta mal-produzzjoni esklużi.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Il-valur bi prezzijiet bażiċi huwa mibni fuq:

    Il-valur tal-bejgħ (12 11 0),

    – | Xiri totali ta' oġġetti u servizzi (13 11 0), |

    +/– | Tibdiliet fil-ħażniet ta' oġġetti u servizzi (13 21 0), |

    + | Produzzjoni kapitalizzata, |

    + | Dħul operattiv ieħor (sussidji marbuta mal-produzzjoni esklużi), |

    – | Taxxi oħrajn fuq il-prodotti li huma marbuta mal-valur tal-bejgħ iżda li ma jistgħux jiġu mnaqqsa. |

    Kodiċi: | 12 15 0 |

    Titolu: | Il-valur miżjud bil-kost ta' produzzjoni |

    Definizzjoni

    Il-valur miżjud bil-kost ta' produzzjoni huwa d-dħul gross mill-attivitajiet operattivi wara l-aġġustament għas-sussidji operattivi u t-taxxi indiretti.

    Jista' jiġi kkalkulat mill-valur tal-bejgħ, flimkien mal-produzzjoni kapitalizzata, flimkien mal-qligħ operattiv ieħor, b'żieda jew tnaqqis tat-tibdiliet fil-ħażniet, u minnhom jitnaqqas ix-xiri ta' oġġetti u servizzi, jitnaqqsu t-taxxi l-oħrajn fuq prodotti li huma marbuta mal-valur tal-bejgħ iżda li ma jistgħux jiġu mnaqqsa, u jitnaqqsu t-tariffi u t-taxxi marbuta mal-produzzjoni. Jista wkoll jiġi kkalkolat mir-riżultat gross mill-ġestjoni operattiv billi jiżdied il-kost tal-persunal.

    Id-dħul u n-nefqa klassifikati bħala finanzjarji jew straordinarji fil-kontijiet tal-kumpanija huma esklużi mill-valur miżjud.

    Il-valur miżjud bil-kost ta' produzzjoni jiġi kalkolat "gross" peress li l-aġġustamenti tal-valur (bħad-deprezzament) ma jiġux imnaqqsa.

    Nota:

    it-taxxi indiretti jistgħu jiġu separati fi tliet gruppi.

    (i) L-ewwel wieħed hu magħmul mill-VAT u taxxi oħra li jistgħu jiġu mnaqqsa marbuta mal-valur tal-bejgħ u li huma esklużi mill-istess valur tal-bejgħ. Dawn it-taxxi jinġabru fi stadji mill-intrapriża u jitħallsu kompletament mill-aħħar xerrej.

    (ii) It-tieni grupp jikkonċerna t-taxxi u t-tariffi l-oħrajn kollha marbuta ma' prodotti li huma jew (1) marbuta mal-valur tal-bejgħ u li ma jistgħux jiġu mnaqqsa jew (2) taxxi fuq prodotti mhux marbuta mal-valur tal-bejgħ. Hawnhekk hawn inklużi taxxi u tariffi fuq l-importazzjoni u taxxi fuq il-produzzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ, it-trasferiment, il-kera jew il-konsenja ta' l-oġġetti u servizzi jew bħala riżultat ta' l-użu tagħhom għall-konsum minnhom stess jew il-formazzjoni ta' kapital propju.

    (iii) It-tielet grupp jikkonċerna t-taxxi u t-tariffi marbuta mal-produzzjoni. Dawn huma pagamenti ta' bilfors u mingħajr kontra-partita, fi flus jew innatura imposti mill-gvern ġenerali jew mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni u l-importazzjoni ta' oġġetti u servizzi, l-impjieg ta' ħaddiema, il-propjetà jew l-użu ta' l-art, bini jew assi oħrajn użati fil-produzzjoni irrispettivament mill-kwantità jew il-valur ta' l-oġġetti u s-servizzi prodotti jew mibjugħa.

    Huma meħtieġa metodi ta' kalkolazzjoni speċifiċi għan-NACE Rev. 1 klassijiet 66.01 u 66.03

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-valur miżjud bil-kost ta' produzzjoni jista' jiġi kkalkolat direttament mill-intestaturi tal-kontabilità li ġejjin:

    - Valur tal-bejgħ nett,

    - Varjazzjoni fil-ħażniet ta' oġġetti lesti u xogħol li qed jinħadem,

    - Xogħol magħmul mill-impriża għall-iskopijiet tagħha u kapitalizzat,

    - Materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati,

    - Piżijiet esterni oħrajn,

    - Piżijiet operattivi oħrajn,

    - Dħul operattiv ieħor.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Il-valur miżjud bil-kost ta' produzzjoni huwa mibni fuq:

    Il-valur tal-bejgħ (12 11 0),

    +/– | Tibdiliet fil-ħażniet ta' oġġetti u servizzi (13 12 0), |

    + | Il-produzzjoni kapitalizzata, |

    + | Dħul operattiv ieħor, |

    – | Xiri ta' oġġetti u servizzi (13 11 0), |

    – | Taxxi oħrajn fuq prodotti li huma marbuta mal-valur tal-bejgħ iżda li ma jistgħux jiġu mnaqqsa, |

    – | Tariffi u taxxi marbuta mal-produzzjoni, |

    - Il-valur miżjud bil-kost ta' produzzjoni jintuża fil-kalkolazzjoni tar-riżultat gross mill-ġestjoni (12 17 0) u somom u bilanċi oħrajn.

    Kodiċi: | 12 17 0 |

    Titolu: | Ir-riżultat gross mill-ġestjoni |

    Definizzjoni

    Ir-riżultat gross mill-ġestjoni huwa l-eċċess maħluq mill-attivitajiet operattivi wara li jkun ġie rikompensat il-fattur tal-xogħol. Jista' jiġi kkalkolat billi jitnaqqsu l-ispejjeż tal-ħaddiema mill-valur miżjud bil-kost tal-produzzjoni. Huwa l-bilanċ disponibbli lill-unità li jippermettilha li tikkompensa l-fornituri ta' fondi proprji u dejn, sabiex iħallsu t-taxxi u biex eventwalment jiffinanzjaw parti minn jew l-investiment kollu.

    Id-dħul u l-ispejjeż klassifikati bħala finanzjarji jew straordinarji fil-kontijiet tal-kumpanija huma esklużi miir-riżultat gross mill-ġestjoni.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Ir-riżultat gross mill-ġestjoni jista' jkun ikkalkolat mill-intestaturi tal-kontabilità li ġejjin:

    - Valur tal-bejgħ nett,

    - Varjazzjoni fil-ħażniet ta' oġġetti lesti u xogħol li qed jinħadem,

    - Xogħol magħmul mill-impriża għall-iskopijiet tagħha u kapitalizzat,

    - Materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati,

    - Piżijiet esterni oħrajn,

    - Piżijiet operattivi oħrajn,

    - Dħul operattiv ieħor,

    - Kost tal-persunal.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Ir-riżultat gross mill-ġestjoni huwa bbażat fuq:

    Il-valur miżjud bil-kost ta' produzzjoni (12 15 0)

    - Kost tal-persunal (13 31 0).

    Kodiċi: | 13 11 0 |

    Titolu: | Ix-xiri totali ta' oggetti u servizzi |

    Definizzjoni

    Ix-xiri ta' oġġetti u servizzi jinkludi il-valur ta' l-oġġetti u servizzi kollha mixtrija fil-perjodu tal- kontabilità biex jerġgħu jinbiegħu jew biex jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni, esklużi l-oġġetti kapitali li l-konsum tagħhom ikun rreġistrat bħala konsum ta' kapital fiss. L-oġġetti u s-servizzi konċernati jistgħu jew jerġgħu jinbiegħu bi jew mingħajr trasformazzjoni ulterjuri, jew jiġu użati kompletament fil-proċess tal-produzzjoni jew, finalment, jinħażnu.

    Inklużi f'dan ix-xiri huma il-materjali li jidħlu direttament fl-oġġetti prodotti (materja prima, prodotti intermedjarji, komponenti), u għodda u attrezzatura zgħira mhux kapitalizzata. Inklużi ukoll huma l-valur tal-materjali anċillari (lubrikanti, ilma, l-imballaġġ, il-materjal għall-manutenzjoni u t-tiswija, materjali ta' l-uffiċċju) kif ukoll prodotti ta' l-enerġija. Ix-xiri ta' materjali għall-produzzjoni ta' oġġetti kapitali mill-unità huwa inkluż f'dan il-varjabbli.

    Is-servizzi mħallsa fil-perjodu ta' referenza huma inklużi wkoll irrispettivament mill-fatt humiex industrijali jew le. F'din il-figura hawn il-pagamenti li saru għax-xogħol kollu li sar minn terzi persuni għan-nom ta' l-unità inklużi l-manutenzjoni u t-tiswija kurrenti, ix-xogħol ta' stallazzjoni u studji tekniċi. L-ammonti li tħallsu għall-istallazzjoni ta' l-oġġetti kapitalizzati u l-valur ta' l-oġġetti kapitalizzati huma esklużi.

    Huma wkoll inklużi l-pagamenti li jsiru għal servizzi mhux industrijali bħal spejjeż legali jew ta' kontabilità, ħlas ta' privattivi u liċenzji (fejn mhumiex kapitalizzati), premiums ta' l-assigurazzjoni, spejjeż tal-laqgħat tal-membri tal-kumpanija u korpi regolatorji, kontribuzzjonijiet lill-assoċjazzjonijiet professjonali u tal-kummerċ, spejjeż tal-posta, telefon, komunikazzjoni elettronika, telegrafu u fax, servizzi ta' trasport għall-merkanzija u l-persunal, spejjeż tar-reklamar, kummissjonijiet (fejn mhumiex inklużi fil-pagi u s-salarji), kera, spejjeż tal-bank (mhux pagamenti ta' interessi) u kull servizz kummerċjali ieħor fornut minn terzi persuni. Huma inklużi wkoll servizzi li huma trasformati u kapitalizzati mill-unità bħala produzzjoni kapitalizzata.

    In-nefqa klassifikata bħala nefqa finanzjarja jew straordinarja fil-kontijiet tal-kumpanija hija eskluża mix-xiri totali ta' oġġetti u servizzi.

    Ix-xiri ta' oġġetti u servizzi huma stmati bil-prezz tax-xiri eskluża l-VAT li titnaqqas u t-taxxi l-oħrajn li jistgħu jiġu mnaqqsa marbuta direttament mal- valur tal-bejgħ.

    It-taxxi u t-tariffi l-oħrajn kollha fuq il-prodotti għalhekk ma jiġux imnaqqsa mill-istima tax-xiri ta' oġġetti u servizzi. It-trattament ta' taxxi fuq il-produzzjoni mhux relevanti fl-istima ta' dan ix-xiri.

    Huma meħtieġa metodi speċifiċi ta' kalkolazzjoni għan-NACE Rev.1 klassijiet 66.01 u 66.03

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Ix-xiri ta' oġġetti u servizzi jistgħu jiġu kkalkolati mill-intestaturi tal-kontabilità:

    - Materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati (qabel ma jittieħdu in konsiderazzjoni it-tibdiliet fil-ħażniet ta' oġġetti u servizzi),

    - Piżijiet esterni oħrajn (qabel ma jittieħdu inkonsiderazzjoni it-tibdiliet fil-ħażniet ta' oġġetti u servizzi),

    - parti mill-Piżijiet operattivi l-oħrajn, il-parti inkluża hawnhekk tirrigwarda l-pagamenti ta' l-oġġetti u s-servizzi li mhumiex inklużi fiż-żewġ intestaturi t'hawn fuq (materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati u piżijiet esterni). Il-parti li mhix inkluża hawnhekk tirrigwarda l-pagament tat-taxxi fuq il-produzzjoni.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Ix-xiri totali ta' oġġetti u servizzi jiġi wżat fil-kalkolazzjoni tal-valur miżjud bil-kost ta' produzzjoni (12 15 0) u somom u bilanċi oħrajn.

    Ħafna artikli inklużi fit-total tax-xiri ta' oġġetti u servizzi huma identifikati separatament

    - Xiri ta' oġġetti u servizzi mixtrija biex jerġgħu jinbiegħu fl-istess kondizzjoni li jiġu riċevuti (13 12 0),

    - Spejjeż operattivi marbuta mal-bini u tagħmir (13 41 0), Kost tal-bejgħ (13 42 0), Kost operattiv ieħor (13 43 0). Innota li dawn it-tlett varjabblivarjabbli, meta kkombinati mal-varjabbli 13 12 0 t'hawn fuq joffru tqassim eżawrjenti tat-total tax-xiri ta' oġġetti u servizzi għall-intrapriżi fin-negozju bl-ingrossa u bl-imnut,

    - Pagamenti għal ħaddiema ta' aġenzija (13 13 1),

    - Pagamenti għal kirjiet fit-tul u kiri operattiv ta' oġġetti (13 41 1),

    - Xiri ta' prodotti ta' enerġija (20 11 0 u 20 21 0 sa 20 31 0),

    - Is-sehem ta' perċentwali għal xiri mingħand bejjiegħa bl-ingrossa u gruppi ta' akkwisti (25 21 1) u s-sehem ta' perċentwal ta' akkwsiti mingħand produtturi (25 21 2).

    Kodiċi: | 13 12 0 |

    Titolu: | Ix-xiri ta' oggetti u servizzi mixtrija għal bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni li huma rċevuti |

    Definizzjoni

    Ix-xiri għall-bejgħ mill-ġdid huma xirjiet ta' oġġetti għall-bejgħ mill-ġdid lil terzi persuni mingħajr proċessar ulterjuri. Dan jinkludi wkoll ix-xiri ta' servizzi minn kumpaniji ta' servizz illi joħorġu "fatturi" għalihom, ċioe dawk li l-valur tal-bejgħ tagħhom mhux magħmul biss mill-ħlasijiet ta' aġenzija mitluba fuq transazzjoni ta' servizz (bħal fil-każ ta' l-aġenti immobiljari) iżda anke mill-ammont fil-fatt involut fit-transazzjoni ta' servizz, eż. ix-xiri ta' trasport mill-aġenti ta' l-ivvjaġġar. Il-valur ta' l-oġġetti u s-servizzi li jinbiegħu lil terzi persuni fuq bażi ta' kommissjoni huma esklużi għaliex dawn l-oġġetti la huma mixtrija u lanqas mibjugħa mill-aġent li jirċievi l-kommissjoni.

    Fejn is-servizzi għall-bejgħ mill-ġdid huma msemmija hawn, is-servizzi konċernati huma r-riżultat ta' attivitajiet ta' servizzi, drittijiet ta' l-użu ta' servizzi pre-determinati, jew għajnuniet fiżiċi għas-servizzi. Ix-xiri ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni kif ġew riċevuti jiġu stmati bil-prezz li bih ġew mixtrija eskluża l-VAT li titnaqqas u t-taxxi l-oħrajn li jitnaqqsu marbuta direttament mal- valur tal-bejgħ. It-taxxi u t-tariffi l-oħrajn fuq il-prodotti għalhekk ma jitnaqqsux mill-istima tax-xiri ta' l-oġġetti u s-servizzi.

    It-trattament tat-taxxi fuq il-produzzjoni mhux relevanti fl-istima ta' dan ix-xiri.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Ix-xiri ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni kif ġew riċevuti ma jistgħux jiġu iżolati fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti mill-:

    - Materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati,

    - Piżijiet oħra esterni,

    - Piżijiet oħra operattivi.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mit-Total ta' xiri ta' oġġetti u servizzi (13 11 0)

    Ix-xiri ta' oġġetti u servizzi mixtrija biex jinbiegħu mill-ġdid fl-istess kondizzjoni kif ġew riċevuti jiġi użat fil-kalkolazzjoni tal-Marġini gross fuq l-oġġetti għall-bejgħ mill-ġdid (12 13 0), il-Valur tal-produzzjoni (12 12 0) u fis-somom u bilanċi oħrajn.

    Kodiċi: | 13 13 1 |

    Titolu: | Pagamenti għal ħaddiema ta' l-aġenziji |

    Definizzjoni

    Inkluż f'din il-figura hemm il-pagamenti lill-aġenziji ta' l-impjiegi u organizzazzjonijiet simili għall-provvista tal-persunal. Il-pagamenti biss għall-provvista tal-persunal li mhux marbut mal-provvista ta' servizz partikulari industrijali jew mhux industrijali huwa inkluż.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Pagamenti għall-ħaddiema ta' aġenzija ma jistgħux jiġu iżolati fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti minn piżijiet esterni oħrajn u piżijiet operattivi oħrajn.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Parti mit-Total tax-xiri ta' oġġetti u servizzi (13 11 0).

    Kodiċi: | 13 21 0 |

    Titolu: | Tibdiliet fil-ħażniet tal-merkanzija u s-servizzi |

    Definizzjoni

    Tibdiliet fil-ħażniet (fil-posittiv jew fin-negattiv) hija d-differenza bejn il-valur tal-ħażniet fl-aħħar u fil-bidu tal-perjodu tar-referenza. It-tibdiliet fil-ħażniet jistgħu jitkejlu billi jitnaqqas il-valur tal-ħruġ mill-ħazniet u l-valur ta' telf rikorrenti ta' oġġetti maħżuna mill-valur tad-dħul fil-ħażniet. Il-ħażniet jiġu reġistrati bil-prezz għax-xerrej mingħajr VAT jekk jiġu mixtrija minn unità oħra, inkella bil-valur tal-produzzjoni.

    Fost il-ħażniet (u t-tibdiliet fil-ħażniet), jista' jsir dan it-tqassim li ġej:

    - ħażniet ta' oġġetti lesti,

    - ħażniet ta' xogħol li qed isir,

    - ħażniet ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni kif riċevuti,

    - ħażniet ta' materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati.

    Huma inklużi il-ħażniet ta' prodotti lesti jew li qed jinħadmu, li jkunu ġew prodotti minn dik l-unità u li ma jkunux għadhom inbiegħu. Dawn il-prodotti jinkludu xogħol li għadu qed jinħadem li jappartjeni lill-unità, anke jekk il-prodotti kkonċernati ikunu fil-pussess ta' terzi persuni. Bl-istess mod, il-prodotti miżmuma mill-unità izda li jkunu jappartienu lill-terzi persuni huma esklużi.

    Huma inklużi il-ħażniet ta' oġġetti u servizzi mixtrija bl-iskop uniku li jerġgħu jinbiegħu fl-istess kondizzjoni. Huma esklużi l-ħażniet ta' l-oġġetti u servizzi li jiġu fornuti lil terzi persuni fuq bażi ta' kommissjoni. Prodotti mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid u maħżuna minn intrapriżi li jipprovdu servizzi jistgħu jinkludu oġġetti (għodda industrijali f'każ ta' kuntratti ta' "turnkey" engineering, jew bini f'każ ta' żvilupp ta' propjetà, eċċ.) kif ukoll servizzi (drittijiet biex jintuża spazju għar-reklamar, trasport, akkomodazzjoni eċċ.).

    Meta s-servizzi jiġu maħżuna s-servizzi kkonċernati huma r-riżultat ta' l-attivitajiet ta' servizzi, drittijiet biex jintużaw servizzi predeterminati, jew appoġġi fiżiċi għal servizzi.

    Huma inklużi wkoll il-ħażniet ta' materja prima u anċillari, prodotti intermedji, komponenti, enerġija, għodod żgħar mhux kapitalizzati u servizzi li jappartienu lill-unità.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Tibdiliet fil-ħażniet ta' l-oġġetti u servizzi jistgħu jiġu kkalkulati mill-intestaturi li ġejjin:

    - Varjazzjoni fil-ħażniet ta' oġġetti lesti u xogħol li qed jinħadem,

    - Parti minn materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati,

    - Parti minn piżijiet esterni oħrajn,

    - Parti minn piżijiet operattivi oħrajn.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    - Tibdiliet fil-ħażniet ta' oġġetti u servizzi jintużaw fil-kalkolazzjoni tal-Valur miżjud bil-prezzijiet tas-suq (12 14 0) u ta'somom u bilanċi oħrajn,

    - Tibdiliet fil-ħażniet ta' oġġetti u servizzi jistgħu jitqassmu skond it-tip tal-ħażniet: (i ) Tibdiliet fil-ħażniet ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni kif riċevuti (13 21 1) (ii) Tibdiliet fil-ħażniet ta' prodotti lesti u xogħol li qed jinħadem magħmul mill-unità (13 21 3) u (iii ) Tibdiliet fil-ħażniet ta' materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati.

    Kodiċi: | 13 21 1 |

    Titolu: | Tibdiliet fil-ħażniet ta' merkanzija u servizzi mixtrija għal bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni li huma riċevuti |

    Definizzjoni

    Dan il-varjabbli huwa mfisser bħala t-tibdiliet fil-ħażniet bil-prezzijiet tax-xerrej mingħajr VAT bejn l-aħħar u l-bidu tal-perjodu ta' referenza. It-tibdiliet fil-ħażniet jistgħu jiġu mkejla mill-valur tad-dħul fil-ħażniet ta' prodotti mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid li minnu jitnaqqas il-valur tal-ħażniet irtirati u l-valur tat-telf rikorrenti ta' oġġetti miżmuma fil-ħażniet.

    Huma inklużi f'dawn il-ħażniet l-oġġetti u s-servizzi mixtrija bl-iskop esklussiv li jerġgħu jinbiegħu fl-istess kondizzjoni. Huma esklużi l-ħażniet ta' oġġetti u servizzi li jiġu fornuti lil terzi persuni fuq bażi ta' kommissjoni.

    Prodotti mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid u maħżuna minn intrapriżi tas-servizzi jistgħu jinkludu oġġetti (għodda industrijali f'każ ta' kuntratti ta' "turnkey" engineering, jew bini fil-każ ta' żvilupp ta' propjetà, eċċ.) kif ukoll servizzi (drittijiet ta' użu ta' spazju għar-reklamar, trasport, akkomodazzjoni eċċ.).

    Fejn is-servizzi jiġu maħżuna is-servizzi konċernati huma r-riżultat ta' attivitajiet ta' servizzi, drittijiet ta' użu ta' servizzi predeterminati, jew appoġġ fiżiku għas-servizzi.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-bidla fil-ħażniet ta' oġġetti mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni ma tistax tiġi iżolata mill-kontijiet tal-kumpanija Huma parti minn materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati, piżijiet esterni oħra u piżijiet operattivi oħrajn.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    - It-tibdiliet fil-ħażniet ta' oġġetti mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni jiġu użati fil-kalkolazzjoni tal-marġini gross fuq l-oġġetti għall-bejgħ mill-ġdid (12 13 0), Valur tal-produzzjoni (12 12 0) u somom u bilanċi oħrajn,

    - Parti minn tibdiliet fil-ħażniet ta' l-oġġetti u s-servizzi (13 21 0).

    Kodiċi: | 13 21 3 |

    Titolu: | Tibdiliet fil-ħażniet ta' prodotti lesti jew li qed jiġu maħduma prodotti mill-unità |

    Definizzjoni

    Dan il-varjabbli huwa definit bħala l-bidla fil-valur tal-ħażniet ta' prodotti lesti jew li qed jiġu maħduma, li jkunu ġew prodotti mill-unità u li ma jkunux għadhom inbiegħu, bejn l-ewwel u l-aħħar ġranet tal-perjodu ta' referenza.

    Dawn il-prodotti jinkludu x-xogħol li qed jinħadem li jappartieni lill-unità, anke jekk il-prodotti inkwistjoni huma fil-pussess ta' terzi persuni. Bl-istess mod, prodotti mizmuma mill-unità li jappartienu lil terzi persuni huma esklużi.

    Il-ħażniet jiġu stmati bil-prezz tal-produzzjoni, u jiġu stmati qabel ma jsiru l-aġġustamenti għall-valur (bħad-deprezzament).

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    It-tibdiliet fil-ħażniet ta' oġġetti lesti u xogħol li qed jinħadem jiġu mniżżla fil-kontijiet tal-kumpanija bħala l-intestatura Varjazzjoni fil-ħażniet ta' oġġetti lesti u ta' xogħol li qed jinħadem.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    - It-tibdiliet fil-ħażniet ta' oġġetti lesti u xogħol li qed jinħadem jiġu użati fil-kalkolazzjoni tal-Valur tal-produzzjoni (12 12 0) u somom u bilanċi oħrajn,

    - Parti minn Tibdiliet fil-ħażniet ta' oġġetti u servizzi (13 21 0).

    Kodiċi: | 13 31 0 |

    Titolu: | Il-kost tal-persunal |

    Definizzjoni

    Il-kost tal-persunal huwa mfisser bħala l-paga totali, fi flus jew innatura, pagabbli minn min iħaddem lill-impjegat (impjegati regolari u temporanji kif ukoll min jagħmel ix-xogħol mid-dar) għax-xogħol magħmul minn dan ta' l-aħħar fil-perjodu ta' referenza. IL-kost tal-persunal jinkludi wkoll it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta' l-impjegati miżmuma mill-unità kif ukoll il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali minn min iħaddem kemm dawk voluntarji u kemm dawk ta' bilfors.

    Il-kost tal-persunal huwa magħmul minn:

    - pagi u salarji,

    - il-kost tas-sigurtà soċjali ta' min iħaddem.

    Ir-remunerazzjoni kollha mħallsa fil-perjodu ta' referenza hija iinkluża, irrispettivament minn jekk ġietx imħallsa abbażi tal-ħin tax-xogħol, produzzjoni jew xogħol bil-biċċa, u jekk gietx imħallsa regolarment jew le. Huma inklużi l-gratuities kollha, il-bonuses tal-post tax-xogħol u ta' performance, pagamenti ex gratia, u l-pagi tat-13-il xahar (u bonuses fissi simili), pagamenti magħmula lill-impjegati f'każ ta' tkeċċija, akkomodazzjoni, trasport, għoli tal-ħajja u sussidji għall-familja, kommissjonijiet, miżati ta' l-attendenza, sahra, xogħol bil-lejl, eċċ. kif ukoll taxxi, kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u ammonti oħra dovuti mill-impjegati u miżmuma direttament minn min iħaddem.

    Huma inklużi wkoll il-kost tas-sigurtà soċjali għal min iħaddem. Dawn jinkludu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali minn min iħaddem għall-skemi ta' pensjonijiet ta' l-irtirar, mard, maternità, disabbiltà, qagħad, inċidenti u mard fuq il-post tax-xogħol, sussidji għall-familja kif ukoll skemi oħrajn. Dawn l-ispejjeż huma inklużi rrispettivament minn jekk humiex statutorji, jaqblu dwarhom kollettivament, ta' natura kuntrattwali jew volontarja.

    Il-pagamenti għall-ħaddiema ta' aġenzija mhumiex inklużi fil-kost tal-persunal.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-kost tal-persunal jista' jiġi kkalkolat direttament mill-intestaturi tal-kontabilità li ġejjin:

    - Spejjeż tal-ħaddiema, li hija s-somma ta' l-intestaturi tal-pagi u s-salarji u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Il-kost tal-persunal huwa bbażat fuq

    Pagi u salarji (13 32 0),

    + Il-kost tas-sigurtà soċjali (13 33 0).

    Il-kost tal-persunal jintuża fil-kalkolazzjoni tar-riżultat gross mill-ġestjoni (12 17 0) u somom u bilanċi oħrajn.

    Kodiċi: | 13 32 0 |

    Titolu: | Il-pagi u s-salarji |

    Definizzjoni

    Il-pagi u s-salarji huma mfissra bħala "ir-remunerazzjoni totali, fi flus jew innatura, pagabbli lill-persuni kollha fuq il-payroll (inklużi dawk li jaħdmu d-dar), għax-xogħol magħmul fil-perjodu tal-kontabilità" irrispettivament minn jekk hux qed jitħallas fuq il-bażi tal-ħin tax-xogħol, produzzjoni jew bil-biċċa u jekk hux qed jitħallas b'mod regolari jew le.

    Il-pagi u s-salarji jinkludu l-valuri ta' kull kontribuzzjoni soċjali, taxxa fuq id-dħul, eċċ. pagabbli mill-impjegat ukoll jekk huma attwalment miżmuma minn min iħaddem u mħallsa direttament fi skemi ta' sigurtà soċjali, lill-awtoritajiet tat-taxxa, eċċ. f'isem l-impjegat. Il-pagi u s-salarji ma jinkludux kontribuzzjonijiet soċjali pagabbli minn min iħaddem.

    Il-pagi u s-salarji jinkludu: il-gratuities kollha, il-bonuses, pagamenti ex gratia, u l-pagi ta' 13-il xahar, pagamenti magħmula lill-impjegati f'każ ta' tkeċċija, akkomodazzjoni, trasport, għoli tal-ħajja u sussidji għall-familja, kommissjonijiet, miżati ta' l-attendenza, eċċ. riċevuti mill-impjegati, kif ukoll taxxi, kontribuzzjonijiet u ammonti oħrajn pagabbli mill-impjegati u miżmuma direttament minn min iħaddem. Il-pagi u s-salarji li min iħaddem ikompli jħallas f'każ ta' mard, inċident fuq il-post tax-xogħol, leave għall-maternità jew xogħol f'perjodu qasir jistgħu jiġu mniżżla hawnhekk jew taħt il-kost tas-sigurtà soċjali, skond il-prassi tal-kontabilità ta' l-entità.

    Il-pagamenti lill-ħaddiema ta' aġenzija mhumiex inklużi fil-pagi u s-salarji.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-pagi u s-salarji jiġu mniżżla fil-kontijiet tal-kumpanija bħala l-intestatura Pagi u salarji.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-pagi u s-salarji jiġu użati fil-kalkolazzjoni tal-Kost tal-persunal (13 31 0).

    Kodiċi: | 13 33 0 |

    Titolu: | Il-kost tas-sigurtà soċjali |

    Definizzjoni

    Il-kost tas-sigurtà soċjali ta' min iħaddem jikkorrispondu għal ammont ugwali għall-valur tal-kontribuzzjonijiet imħallsa minn min iħaddem sabiex jiżgura lill-impjegati tiegħu id-dritt għall-benefiċċji soċjali.

    Il-kost tas-sigurtà soċjali għal min iħaddem jinkludu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta' min iħaddem għal skemi ta' pensjonijiet ta' l-irtirar, mard, maternità, disabbiltà, qgħad, inċidenti u mard fuq il-post tax-xogħol, sussidji għall-familji kif ukoll skemi oħrajn.

    Huma inklużi l-ispejjeż ta' l-impjegati kollha inklużi l-ħaddiema fid-dar u l-apprentisti.

    L-ispejjeż huma inklużi għall-iskemi kollha, irrispettivament minn jekk humiex statutorji, maqbula kollettivament, ta' natura kuntrattwali jew volontarja. Il-pagi u s-salarji li min iħaddem ikompli jħallas f'każ ta' mard, inċident fuq il-post tax-xogħol, leave tal-maternità jew xogħol f'perjodu qasir jista' jiġi mniżżel hawn jew taħt il-pagi u s-salarji, skond il-prassi tal-kontabilità ta' l-entità.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-kost tas-sigurtà soċjali huma mniżżla fil-kontijiet tal-kumpanija bħala l-intestaura Kost tas-sigurtà soċjali.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Il-kost tas-sigurtà soċjali jiġi użat fil-kalkolazzjoni ta' Kost tal-persunal (13 31 0).

    Kodiċi: | 13 41 0 |

    Titolu: | L-ispejjeż operattivi marbuta mal-bini u l-attrezzatura |

    Definizzjoni

    L-ispejjeż operattivi marbuta mal-bini u l-attrezzatura jikkonsistu fi:

    - spejjeż marbuta mal-binjiet, inklużi:

    - kera, pagamenti għall-enerġija għar-riskaldament u l-elettriku u l-manutenzjoni u t-tiswija tal-bini,

    - pagamenti għal kirjiet operattivi,

    - l-ispejjeż ta' l-attrezzatura, inkluzi:

    - pagamenti għall-manutenzjoni u t-tiswija tal-magni kollha (inklużi l-kompjuters u l-mezzi ta' trasport) u l-ispejjeż tal-kera

    - pagamenti għall-kiri operattiv tal-magni

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Spejjeż operattivi marbuta mal-bini u l-attrezzatura ma jistgħux jiġu iżolati fil-kontijiet tal-kumpanija. Hija parti mill-materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati, piżijiet oħra esterni u piżijiet operattivi oħrajn.

    Rabta ma' varjabbili oħrajn

    Parti mix-Xiri totali ta' oġġetti u servizzi (13 11 0).

    Għall-attivitajiet ta' kummerċ ta' distribuzzjoni (It-Taqsima G tan-NACE Rev. 1), il-partijiet l-oħra tax-xiri totali ta' oġġetti u servizzi huma: Ix-xiri ta' l-oġġetti u s-servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni kif riċevuti (13 12 0), Il-kost tal-bejgħ (13 42 0) u Spejjeż operattivi oħrajn (13 43 0).

    Kodiċi: | 13 41 1 |

    Titolu: | Pagamenti għall-kiri għal żmien twil u l-kiri operazzjonali tal-merkanzija |

    Definizzjoni

    Il-pagamenti għall-kiri għal żmien twil jinkludu l-piżijiet kollha relattivi għall-kiri ta' oġġetti tanġibbli għal perjodu ta' aktar minn sena.

    Il-kirjiet operattivi huma dawk il-kirjiet li ma jittrasferux sostanzjalment ir-riskji u l-benefiċċji kollha pertinenti lill-propjetarju legali lill-inkwilin. Taħt kirja operazzjonali, l-inkwilin jakkwista d-dritt li juża oġġett li jservi għal perjodu ta' żmien li jista' jkun twil jew qasir u mhux neċessarjament iffissat min qabel. Meta l-perjodu tal-kera jispiċċa, il-lokatur jistenna li jirċievi l-oġġett tiegħu lura bejn wieħed u ieħor fl-istess stat kif kien meta krieh, apparti mid-deterjorazzjoni normali bl-użu. Għadldaqstant il-perjodu tal-kera ma jkoprix il-ħajja ekonomika kollha ta' l-oġġett jew il-maġġur parti tagħha. Il-pagamenti għall-kiri operattivi ta' l-oġġetti huma marbuta ma l-ispiża ta' l-użu ta' l-oġġetti tanġibbli għad-dispożizzjoni ta' l-unità permezz ta' dawn il-kuntratti.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-pagamenti għall-kiri fit-tul u kiri operattiv ta' oġġetti ma jistgħux jiġu iżolati fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti mill-piżijiet esterni u piżijiet operattivi oħrajn.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mix-Xiri ta' oġġetti u servizzi (13 11 0),

    Parti mill-Ispejjeż operattivi marbuta mal-bini u l-attrezzatura (13 41 0).

    Kodiċi: | 13 42 0 |

    Titolu: | Il-kost tal-bejgħ |

    Definizzjoni

    Il-kost tal-bejgħ, li tifforma parti mix-"Xiri ta' oġġetti u servizzi" jikkonsisti fl-ispejjeż tar-reklamar, trasport ta' oġġetti, spejjeż ta' l-ivvjaġġar, akkomodazzjoni f'lukandi, entertainment expenses u spejjeż oħra marbuta mal-bejgħ ta' oġġetti (inklużi l-pagamenti għall-ħaddiema ta' aġenzija).

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-kost tal-bejgħ ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Hija parti mill-Materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati, piżijiet esterni oħrajn u piżijiet operattivi oħra.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mix-Xiri totali ta' oġġetti u servizzi (13 11 0).

    Għall-attivitajiet ta' negozju distributtiv (It-Taqsima G tan-NACE Rev. 1), il-partijiet l-oħrajn tax-xiri totali ta' oġġetti u servizzi huma : Xiri ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni kif riċevuti (13 12 0), Spejjeż operattivi marbuta mal-bini u l-attrezzatura (13 41 0) u Spejjeż operattivi oħra (13 43 0).

    Kodiċi: | 13 43 0 |

    Titolu: | Spejjeż operattivi oħra |

    Definizzjoni

    Spejjeż operattivi oħra jistgħu per eżempju jikkonsistu fi spejjeż biex jinżammu l-kotba, konsulenza, stationery ta' l-uffiċċju, inġaġġ, premiums ta' l-assigurazzjoni, spejjeż tat-trasport kollettiv tal-ħaddiema, spejjeż tas-servizzi bankarji (esklużi l-pagamenti ta' l-imgħax), spejjeż postali u tat-telekomunikazzjoni (telefon, telex).

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Spejjeż operattivi oħra ma jistgħux jiġu iżolati fil-kontijiet tal-kumpanija. Huma parti mill-materja prima u l-oġġetti li jiġu kkunsmati, spejjeż esterni oħrajn u spejjeż operattivi oħra.

    Rabta ma' varjabbili oħrajn

    Parti mix-Xiri totali ta' oġġetti u servizzi (13 11 0).

    Għall-attivitajiet ta' negozju distributtiv (It-Taqsima G tan-NAĊE Rev. 1), il-partijiet l-oħrajn tat-total tax-xiri ta' oġġetti u servizzi huma: Xiri ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni kif riċevuti (13 12 0), spejjeż operattivi marbuta mal-bini u l-attrezzatura (13 41 0) u il-kost tal-bejgħ (13 42 0).

    Kodiċi: | 15 11 0 |

    Titolu: | L-investiment gross f'merkanzija tanġibbli |

    Definizzjoni

    Investiment fil-perjodu tar-referenza fl-oġġetti kollha tanġibbli. Huma inklużi oġġetti kapitali tanġibbli ġodda u eżistenti, kemm jekk mixtrija minn għand terzi persuni jew prodotti għall-użu proprju (jiġifieri produzzjoni kapitalizzata ta' oġġetti kapitali tanġibbli), li għandhom ħajja produttiva ta' aktar minn sena inkluż l-oġġetti tanġibbli li ma ġewx prodotti bħall-art. It – threshold għall-ħajja produttiva ta' oġġett li jista' jiġi kapitalizzat jista jiġi miżjud skond il-prassi tal-kontabilità tal-kumpanija fejn din il-prassi titlob, ħajja produttiva mistennija akbar mit-threshold ta' sena msemmi hawn fuq.

    L-investimenti kollha huma stmati qabel (jiġifieri gross) l-aġġustament tal-valur, u qabel it-tnaqqis tad-dħul mill-eliminazzjonijiet. Oġġetti mixtrija huma stmati bil-prezz li bih inxtraw, jiġifieri l-ispejjeż tat-trasport u l-istallazzjoni, ħlasijiet, taxxi u spejjeż oħrajn tat-trasferiment tal-propjetà huma inklużi. Oġġetti tanġibbli li ġew prodotti mill-unità stess huma stmati bil-kost tal-produzzjoni. Oġġetti akkwistati permezz tar-ristrutturar (bħal għaqdiet, take-overs, break-ups, split-off) huma esklużi. Ix-xiri ta' għodda zgħira li mhix kapitalizzata huwa inkluż taħt ix-xiri rikorrenti.

    Huma inklużi wkoll iż-żidiet, l-alterazzjonijiet, miljoramenti u l-benefikati kollha li jtawwlu l-ħajja produttiva jew iżidu l-kapaċità produttiva ta' l-oġġetti kapitali.

    L-ispejjeż tal-manutenzjoni rikorrenti huma esklużi bħal ma hu eskluż ukoll il-valur u l-ispiża rikorrenti fuq oġġetti kapitali użati taħt kuntratti ta' kiri u lokazzjoni. L-investiment fl-assi mhux tanġibbli u finanzjarji huwa eskluż.

    Dwar ir-reġistrament ta' l-investimenti fejn l-fattura, il-konsenja, il-pagament u l-ewwel użu ta' l-oġġett jista' jsir f'perjodi ta' referenza differenti, il-metodu li ġej huwa propost bħala għan:

    L-investimenti huma reġistrati meta l-propjetà tiġi trasferita lill-unità li bi ħsiebha tużahom. Il-produzzjoni kapitalizzata tiġi mniżżla meta ssir. Dwar ir-reġistrament ta' l-investimenti magħmula fi stadji identifikabbli, kull investiment parzjali għandu jitniżżel fil-perjodu ta' referenza li fih ikun sar.

    Fil-prattika dan jista' ma jkunx possibbli u r-regoli dwar il-kontijiet tal-kumpanija jistgħu ifissru li jkollhom jintużaw l-approssimazzjonijiet li ġejjin għal dan il-metodu:

    (i) l-investimenti jiġu mniżżla fil-perjodu ta' referenza li fih ġew kkonsenjati,

    (ii) l-investimenti jitniżżlu fil-perjodu ta' referenza li fih jidħlu fil-proċess tal-produzzjoni,

    (iii) l-investimenti jitniżżlu fil-perjodu ta' referenza li fih issirilhom il-fattura,

    (iv) l-investimenti jitniżżlu fil-perjodu ta' referenza li fih jitħallsu.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    L-investiment ma jitniżżilx fil-balance sheet. Madanakollu, iż-żieda, l-eliminazzjonijiet u t-trasferimenti ta' l-assi fissi kollha kif ukoll l-aġġustamenti tal-valur ta' dawn l-assi fissi jintwerew fil-balance sheet jew fin-noti għall-kontijiet.

    L-oġġetti tanġibbli huma elenkati fil-kontijiet tal-kumpanija taħt Assi fissi — assi tanġibbli.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    L-investiment gross fl-oġġetti tanġibbli huwa bbażat fuq:

    Investiment gross fl-art (15 12 0),

    + Investiment gross f'bini u strutturi eżistenti (15 13 0),

    + Investiment gross f'kostruzzjoni u alterazzjoni ta' bini (15 14 0),

    + investiment gross f'makkinarju u attrezzatura (15 15 0).

    Kodiċi: | 15 12 0 |

    Titolu: | L-investiment gross fl-art |

    Definizzjoni

    Huma inklużi taħt dan il-varjabbli, flimkien ma' l-art, depożiti ta' taħt l-art, foresti u ilmijiet interni. Fejn l-art tinxtara b'bini eżistenti u l-valur taż-żewġ komponenti ma jistax jinqasam, it-total jitniżżel taħt dan it-titolu jekk huwa stmat li l-valur ta' l-art jeċċedi l-valur tal-bini eżistenti. Jekk il-bini eżistenti huwa stmat li hu ta' valur akbar mill-art, it-total jiġi mniżżel taħt l-investiment gross f'bini u strutturi eżistenti (15 13 0). Hija inkluża hawn ukoll art li tkun ġiet imtejba sempliċement permezz ta' livellar, tpoġġija ta' kanen jew permezz tal-provvista ta' passaġġi jew toroq. Art akkwistata permezz ta' ristrutturazzjonijiet (bħal għaqda, take-overs, break-ups, split-off) hija eskluża.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    L-investiment ma jitniżżilx fil-balance sheet. Madanakollu, iż-żieda, l-eliminazzjonijiet u t-trasferimenti ta' l-assi fissi kollha kif ukoll l-aġġustamenti tal-valur ta' dawn l-assi fissi jintwerew fil-balance sheet jew fin-noti għall-kontabilità. L-art mhix iżolata fil-lista ta' assi tanġibbli inklużi fil-kontijiet tal-kumpanija taħt Assi fissi — assi tanġibbli — art u bini. Il-parti marbuta mal-bini għandha tiġi eskluża minn din. Parti mill-pagamenti akkont u assi tanġibbli li qed jinbnew għandhom jiġu inklużi sakemm għandhom x' jaqsmu ma' l-art.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mill-Investiment gross f'oġġetti tanġibbli (15 11 0).

    Kodiċi: | 15 13 0 |

    Titolu: | L-investiment gross fil-bini u l-istrutturi eżistenti |

    Definizzjoni

    L-investiment jinkludi l-kost tal-bini u l-istrutturi eżistenti li ġew akkwistati fil-perjodu ta' referenza. Fejn l-art tinxtara b'bini eżistenti u l-valur taż-żewġ komponenti ma jistax jinqasam, it-total jitniżżel taħt din l-intestatura jekk huwa stmat li l-valur tal-bini eżistenti jeċċedi l-valur ta' l-art. Jekk l-art hija stmata li hi ta' valur akbar mill-bini eżistenti, it-total jiġi mniżżel taħt l-investiment gross fl-art (15 12 0). Xiri ta' bini ġdid li qatt ma ntuża huwa eskluż. Il-bini u l-istrutturi eżistenti akkwistati permezz ta' ristrutturazzjonijiet (bħal għaqdiet, take-overs, break-ups, split-off) huma esklużi.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    L-investiment ma jitniżżilx fil-balance sheet. Madanakollu, iż-żieda, l-eliminazzjonijiet u t-trasferimenti ta' l-assi fissi kollha kif ukoll l-aġġustamenti tal-valur ta' dawn l-assi fissi jintwerew fil-balance sheet jew fin-noti għall-kontabilità.

    L-investiment gross f'bini u strutturi eżistenti ma jiġix iżolat fil-lista ta' assi tanġibbli inklużi fil-kontijiet tal-kumpanija taħt l-Assi fissi — assi tanġibbli — art u bini. Il-partijiet marbuta ma' l-art u l-kostruzzjoni u l-alterazzjoni tal-bini għandhom jiġu esklużi minn dan. Parti mill-pagamenti akkont u assi tanġibbli li qed jinbnew għandhom jiġu inklużi sakemm għandhom x'jaqsmu mal-bini u strutturi eżistenti.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mill-Investiment gross f'oġġetti tanġibbli (15 11 0).

    Kodiċi: | 15 14 0 |

    Titolu: | L-investiment gross fil-kostruzzjoni u l-alterazzjoni tal-bini |

    Definizzjoni

    Dan il-varjabbli ikopri n-nefqa fil-perjodu ta' referenza fuq il-kostruzzjoni jew il-konverżjoni ta' bini. Xiri ta' bini ġdid li qatt ma ntuża huwa inkluż. Huma inklużi wkoll iż-żidiet, l-alterazzjonijiet, miljoramenti u r-rinnovamenti kollha li jtawwlu l-ħajja produttiva jew iżidu l-kapaċità produttiva tal-bini.

    Huma inklużi l-stallazzjonijiet permanenti bħall-provvista ta' l-ilma, riskaldament, arja kondizzjonata, dawl eċċ. kif ukoll in-nefqa tal-kostruzzjoni marbuta ma bjar taż-żejt (tħaffir), minjieri operattivi, pipelines, linji ta' trasmissjoni ta' l-enerġija, kondotti tal-gass, linji tal-ferrovija, installazzjonijiet portwarji, toroq, pontijiet, vijadotti, drenaġġi u benefikati oħra fuq il-post. L-ispejjeż ta' manutenzjoni rikorrenti huma esklużi.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    L-investiment ma jitniżżilx fil-balance sheet. Madanakollu, iż-żieda, l-eliminazzjonijiet u t-trasferimenti ta' l-assi fissi kollha kif ukoll l-aġġustamenti tal-valur ta' dawn l-assi fissi jintwerew fil-balance sheet jew fin-noti għall-kontabilità.

    L-investiment gross fil-kostruzzjoni u l-alterazzjoni ta' bini ma jiġix iżolat fil-lista ta' assi tanġibbli inklużi fil-kontijiet tal-kumpanija taħt l-Assi fissi — assi tanġibbli — art u bini. Il-partijiet marbuta ma' l-art u bini u strutturi eżistenti għandhom jiġu esklużi minn dan. Parti mill-pagamenti akkont u assi tanġibbli li qed jinbnew għandhom jiġu inklużi sakemm għandhom x'jaqsmu ma kostruzzjoni u l-alterazzjoni eżistenti ta' bini.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mill-Investiment gross f'oġġetti tanġibbli (15 11 0).

    Kodiċi: | 15 15 0 |

    Titolu: | L-investiment gross fil-makkinarju u l-attrezzatura |

    Definizzjoni

    Dan il-varjabbli ikopri l-makkinarju (magni ta' l-uffiċċju eċċ.), vetturi speċjali użati fil-fond, makkinarju u attrezzatura oħra, il-vetturi u d-dgħajjes kollha użati barra mill-fond, jiġifieri karozzi, vetturi kummerċjali u vannijiet kif ukoll vetturi speċjali ta' kull tip, dgħajjes, vaguni tal-ferrovija, eċċ. akkwistati ġodda jew diġà użati fil-perjodu ta' referenza. Il-makkinarju u l-attrezzatura akkwistati permezz ta' ristrutturazzjonijiet (bħal għaqdiet, take-overs, break-ups, split-offs) huma esklużi. Huma inklużi wkoll iż-żidiet, l-alterazzjonijiet, miljoramenti u r-rinovamenti kollha li jtawwlu l-ħajja produttiva jew iżidu l-kapaċità produttiva ta' dawn l-oġġetti kapitali. L-ispejjeż ta' manutenzjoni rikorrenti huma esklużi.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    L-investiment ma jitniżżilx fil-balance sheet. Madanakollu, iż-żieda, l-eliminazzjonijiet u t-trasferimenti ta' l-assi fissi kollha kif ukoll l-aġġustamenti tal-valur ta' dawn l-assi fissi jintwerew fil-balance sheet jew fin-noti għall-kontabilità.

    L-investiment gross f'makkinarju u attrezzatura huwa inkluż fil-lista ta' assi tanġibbli inklużi fil-kontijiet tal-kumpanija taħt l-Assi fissi — assi tanġibbli — impjant u makkinarju u aċċessorji, għodda u attrezzatura. Parti mill-pagamenti akkont u assi tanġibbli li qed jinbnew għandhom jiġu inklużi sakemm għandhom x'jaqsmu mal-makkinarju u l-attrezzatura.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mill-investiment gross f'oġġetti tanġibbli (15 11 0)

    Kodiċi: | 15 21 0 |

    Titolu: | Il-bejgħ ta' merkanzija ta' investiment tanġibbli |

    Definizzjoni

    Il-bejgħ ta' oġġetti tanġibbli jinkludi l-valur ta' l-oġġetti kapitali tanġibbli eżistenti, mibjugħa lil terzi persuni. Il-bejgħ ta'oġġetti kapitali tanġibbli huwa stmat bil-prezz attwalment riċevut (VAT eskluża), u mhux bil-valur tal-kotba, wara li jitnaqqsu kull spiża ta' trasferiment imposta fuq il-bejjiegħ. L-aġġustament tal-valur u t-trasferimenti b'mod li mhux bejgħ huma esklużi.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-bejgħ ta' l-oġġetti ta' l-investiment ma jitniżżlux fil-balance sheet. Madanakollu, iż-żieda, l-eliminazzjonijiet u t-trasferimenti ta' l-assi fissi kollha kif ukoll l-aġġustamenti tal-valur ta' dawn l-assi fissi jintwerew fil-balance sheet jew fin-noti għall-kontabilità.

    Oġġetti ta' l-investiment tanġibbli jirreferu għall-assi mniżżla fil-kontijiet tal-kumpanija taħt l-Assi fissi — assi tanġibbli.

    Kodiċi: | 15 31 0 |

    Titolu: | Il-valur tal-merkanzija tanġibbli akkwistata permezz ta' kiri finanzjarju |

    Definizzjoni

    Taħt kera finanzjarja l-inkwilin jakkwista d-dritt illi juża oġġett li jservi bi tpartit għal pagamenti tal-kera fuq perjodu predeterminat u estiż. Jekk ir-riskji u l-benefiċċji kollha tal-propjetà huma de facto għalkemm mhux de jure, trasferiti mil-lokatur lill-inkwilin, il-kera hija waħda finanzjarja. Fil-kera finanzjarja, il-perjodu tal-lokazzjoni jkopri l-ħajja ekonomika ta' l-oġġett li jservi kollha, jew il-parti l-kbira tagħha. Fi tmiem il-perjodu tal-kera, ħafna drabi l-inkwilin għandu l-fakultà li jixtri l-oġġetti bi prezz nominali. Ir-rwol tal-lokatur huwa purament finanzjarju.

    Il-valur li jrid jitniżżel jikkorrispondi mal-valur tas-suq ta' l-oġġett kieku inxtara. Il-valur fil-prinċipju ikun magħruf fil-kuntratt jew ikun jista' jiġi stmat billi tingħadd il-parti tal-pagamenti li jkopru r-rimborż kapitali. Il-parti tal-pagamenti li tikkorrispondi mal-ħlas ta' l-interessi għandhom jiġu esklużi.

    Dan il-valur għandu jitniżżel meta l-oġġett jiġi konsenjat lill-inkwilin.

    Il-pagamenti annwali għal assi użati f'kera finanzjarja għandhom jiġu esklużi. Il-valur ta' oġġetti użati f'kirjiet li mhumiex finanzjarji għandhom jiġu esklużi wkoll.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Nota:

    Il-valur ta' l-oġġetti tanġibbli akkwistati permezz ta' kera finanzjara mhux imsemmi fir-raba' Direttiva. Madanakollu, xi standards nazzjonali tal-kontabilità jippermettu li dawn l-oġġetti jiġu kapitalizzati fil-balance sheet.

    Rabta ma varjabbli oħrajn

    Nota:

    Il-valur ta' l-oġġetti tanġibbli akkwistati permezz ta' kera finanzjarja mhux inkluż fl-investiment gross f'oġġetti tanġibbli (15 11 0).

    Kodiċi: | 16 11 0 |

    Titolu: | Numru ta' persuni impjegati |

    Definizzjoni

    In-numru ta' persuni impjegati huwa mfisser bħala n-numru totali ta' persuni li jaħdmu fl-unità ta' osservazzjoni (inklużi l-propjetarji li jaħdmu, is-sħab li jaħdmu regolarment fl-unità u l-ħaddiema tal-familja li ma jitħallsux), kif ukoll persuni li jaħdmu barra mill-unità li jappartienu lilha u huma mħallsa minnha (sales representatives, dawk li jqassmu, teams tat-tiswija u l-manutenzjoni). Jinkludi persuni nieqsa għal perjodu qasir (eż. sick leave, paid leave jew special leave), u wkoll dawk fuq strajk, iżda mhux dawk assenti għal perjodu indefinit. Jinkludi wkoll il-ħaddiema part-time li huma meqjusa tali taħt il-liġijiet tal-pajjiż konċernat u li huma fuq il-payroll, kif ukoll ħaddiema staġjonali, apprentisti u ħaddiema mid-dar li huma fuq il-payroll.

    In-numru tal-persuni impjegati jeskludi l-manodopera fornuta lill-unità minn intrapriżi oħrajn, persuni li jagħmlu xogħol ta' tiswija u manutenzjoni fl-unità in kwistjoni għan-nom ta' intrapriżi oħrajn, kif ukoll dawk f'servizz militari obbligatorju.

    Ħaddiema tal-familja li ma jitħallsux tirreferi għal persuni li jgħixu mas-sid ta' l-unità u li jaħdmu regolarment fl-unità, iżda li m'għandhomx kuntratt ta' servizz u ma' jirċevux somma fissa għax-xogħol li jagħmlu. Dan huwa limitat għal dawk il-persuni li mhumiex inklużi fil-payroll ta' unità oħra bħala l-okkupazzjoni prinċipali tagħhom.

    Nota:

    Sabiex tiġi verifikata l-paragunabbilità tad-data, huwa meħtieġ li jiġi indikat jekk ġewx inklużi ħaddiema voluntarji taħt din l-intestatura jew le.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    In-numru ta' persuni impjegati huwa mniżżel fin-noti dwar il-kontijiet tal-kumpanija (L-Artikolu 43(8)).

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    In-numru ta' persuni impjegati jista' jitqassam fin-numru ta' impjegati (16 13 0) u ħaddiema mhux imħallsa.

    Kodiċi: | 16 13 0 |

    Titolu: | Numru ta' impjegati |

    Definizzjoni

    In-numru ta' l-impjegati huwa mfisser bħala dawk il-persuni li jaħdmu għal min iħaddem u li għandhom kuntratt tax-xogħol u jirċievu kumpens fl-għamla ta' pagi, salarji, ħlasijiet, gratuities, paga bl-imqietgħa jew remunerazzjoni innatura.

    Teżisti relazzjoni bejn min iħaddem u l-impjegat meta jkun hemm ftehim, li jista' jkun formali jew informali, bejn intrapriża u persuna, normalment maqbul b'mod volontarju bejn iż-żewġ partijiet, fejn il-persuna taħdem għall- intrapriża għal remunerazzjoni fi flus jew innatura.

    Ħaddiem huwa kkunsidrat bħala wieħed li jaqla' l-paga jew salarju minn unità partikulari jekk hu jew hi jirċievi jew tirċievi paga jew salarju mill-unità irrispettivament minn fejn isir ix-xogħol (ġewwa jew barra l-unità tal-produzzjoni). Ħaddiem minn aġenzija ta' l-impjieg temporanju huwa kkunsidrat bħala impjegat ta' l-aġenzija ta' l-impjieg temporanju u mhux ta' l-unità (klijent) li fiha jaħdem.

    B'mod partikolari dawn li ġejjin huma kkunsidrati impjegati:

    - propjetarji li jaħdmu bi ħlas,

    - studenti li għandhom rabta formali illi jikkontribwixxu għall-proċess ta' produzzjoni ta' l- unità għal remunerazzjoni u/jew servizzi ta' edukazzjoni,

    - impjegati mqabbda biex jaħdmu taħt kuntratt imfassal speċifikament sabiex jinkoraggixxi persuni qiegħda,

    - ħaddiema mid-dar jekk hemm ftehim espliċitu li l-ħaddiem mid-dar jiġi mħallas abbażi tax-xogħol magħmul u jiġu inklużi fil-payroll.

    In-numru ta' l-impjegati jinkludi l-ħaddiema part-time, ħaddiema staġjonali, persuni fuq strajk jew fuq leave għal żmien qasir, iżda jeskludi l-persuni fuq leave għal żmien twil.

    In-numru ta' l-impjegati ma jinkludix il-ħaddiema voluntarji.

    In-numru ta' l-impjegati jiġi kkalkolat bl-istess mod bħan-numru tal-persuni impjegati, ċioe bħan-numru ta' impjiegi u jiġi mkejjel bħala medja annwali.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti min-Numru ta' persuni impjegati (16 11 0).

    Ħafna kategoriji ta' impjegati huma identifikati separatament

    - Numru ta' ħaddiema part-time (16 13 1)

    - Numru ta' apprentisti (16 13 2)

    - Numru ta' ħaddiema mid-dar (16 13 5)

    Kodiċi: | 16 13 1 |

    Titolu: | Numru ta' impjegati part-time |

    Definizzjoni

    Din hija diviżjoni tan-numru ta' impjegati kalkolata b'referenza għan-numru ta' sigħat maħduma kull ġimgħa li għalihom jiġu mħallsa; dan in-numru ta' sigħat huwa kkunsidrat f'relazzjoni mat-tul ta' dik li hija kkunsidrata bħala ġimgħa ta' xogħol full-time fl-Istat Membru jew fis-settur ta' l-unità jew fl-unità innfisha.

    Ħaddiema part-time huma persuni li s-sigħat tax-xogħol normali tagħhom huma anqas mis-sigħat tax-xogħol normali. Din id-definizzjoni tinkludi l-forom kollha ta' xogħol part-time (xogħol nofs ta' nhar, xogħol għal jum, jumejn jew tlett ijiem fil-ġimgħa, eċċ.. Dan in-numru jista' jiġi stabbilit fuq-livell nazzjonali, reġjonali, industrijali jew ta' l-unità.

    In-numru ta' l-impjegati jista' jinqasam skond in-numru ta' sigħat li jaħdmu fil-ġimgħa. Dan in-numru ta' sigħat huwa kkunsidrat f'relazzjoni mat-tul ta' dik li hija kkunsidrata bħala ġimgħa ta' xogħol full-time standard fl-Istat Membru, fir-reġjun, fl-industrija jew fl-unità.

    Għandu jiġi nnotat li filwaqt illi l-kategorija ta' "impjegat full-time" hija relattivament omoġenja, ma jistax jingħad l-istess dwar il-kategorija ta' "impjegat part-time" peress li din tista' tkopri kollox bejn l-20 % jew anke anqas u t-80 % jew iżjed tas-sigħat tax-xogħol normali ta' l-unità li qed tħaddem.

    Huwa impossibbli li ssir distinzjoni eżatta bejn xogħol part-time u xogħol full-time minħabba d-differenzi fil-prassi tax-xogħol bejn l-Istati Membri u l-industriji.

    L-impjegati part-time (ħin tax-xogħol anqas min-norma) u impjegati intermittenti/staġjonali (li jistgħu jaħdmu full-time iżda għal perjodu qasir fiss, eż. ħaddiema temporanji, l-ekwipaġġ ta' film, eċċ.) m'għandhomx jitħawdu ma' xulxin.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti min-Numru ta' impjegati (16 13 0)

    Kodiċi: | 16 13 2 |

    Titolu: | Nurmu ta' apprentisti |

    Definizzjoni

    L-impjegati kollha li ma jipparteċipawx bis-sħiħ fil-proċess tal-produzzjoni ta' l-unità għaliex qed jaħdmu taħt kuntratt ta' apprentista jew minħabba li l-fatt li qed jagħmlu taħriġ vokazzjonali għandu impatt sinifikanti fuq il-produttività tagħhom, huma inklużi f'dan il-varjabbli.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti min-Numru ta' impjegati (16 13 0)

    Kodiċi: | 16 13 5 |

    Titolu: | Nurmu ta' ħaddiema fid-dar |

    Definizzjoni

    Ħaddiema fid-dar huma sotto-diviżjoni ta' persuni impjegati ta' l-unità ta' l-osservazzjoni li jmexxu l-attività professjonali tagħhom minn darhom stess. Għandhom jiġu inklużi biss dawk il-ħaddiema fid-dar li jidhru fuq il-payroll ta' l-unità ta' l-esservazzjoni.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti min-Numru ta' impjegati (16 13 0)

    Kodiċi: | 16 14 0 |

    Titolu: | Numru ta' impjegati f'unitajiet ekwivalenti ta'full-time |

    Definizzjoni

    In-numru ta' impjegati mibdula f'ekwivalenti ta' full-time (IFT).

    Ċifri għan-numru ta' persuni li jaħdmu inqas mill-ħin tax-xogħol standard ta' impjegat full-time matul sena sħiħa, għandhom jiġu konvertiti f'ekwivalenti ta' full-time, fir-rigward tal-ħin tax-xogħol ta' impjegati full-time matul sena sħiħa fl-unità.

    Huma inklużi f'din il-kategorija l-persuni li jaħdmu inqas minn ġurnata xogħol standard, anqas min-numru tal-ġranet tax-xogħol standard fil-ġimgħa, jew anqas min-numru standard ta' ġimgħat/xhur fis-sena. Il-konverżjoni għandha ssir fuq il-bażi tan-numru ta' sigħat, ġranet, ġimgħat jew xhur maħduma.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    In-Numru ta' sigħat maħduma minn impjegati (16 15 0) jew in-Numru ta' impjegati part-time (16 13 1) jistgħu jiġu użati fil-konverżjoni tan-Numru ta' impjegati (16 13 0) f'ekwivalenti tal-full-time.

    Kodiċi: | 16 15 0 |

    Titolu: | Numru ta' sigħat maħduma mill-impjegati |

    Definizzjoni

    In-numru totali ta' sigħat maħduma minn impjegati jirrappreżenta s-somma ta' sigħat attwalment maħduma għall-produzzjoni ta' l-unità ta' l-osservazzjoni fil-perjodu ta' referenza.

    Dan il-varjabbli jeskludi s-sigħat imħallsa iżda mhux attwalment maħduma bħal fil-każ tal-leave annwali, vaganzi u sick leave. Jeskludi wkoll il-waqfien għall-ħin ta' l-ikel jew ta' l-ivjaġġar bejn id-dar u l-post tax-xogħol.

    Huma inklużi dawk is-sigħat attwalment maħduma waqt il-ħin normali tax-xogħol; sigħat maħduma bħala żieda ma' dawk; ħin mgħoddi fuq il-post tax-xogħol fuq inkarigi bħall-preparazzjoni tal-post u ħin li jikkorrispondi għal perjodi qosra ta' mistrieħ fuq il-post tax-xogħol.

    Jekk in-numru eżatt ta' sigħat attwalment maħduma ma jkunx magħruf, jista' jiġi stmat fuq il-bażi ta' numru teoretiku ta' sigħat ta' xogħol u r-rata medja ta' assenzi (mard, maternità, eċċ.).

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    In-numru ta' sigħat maħduma minn impjegati jista' jintuża fil-konverżjoni tan-Numru ta' impjegati (16 13 0) fin-Numru ta' impjegati f'unitajiet ekwivalenti għal full-time (16 14 0).

    Kodiċi: | 17 32 0 |

    Titolu: | In-numru ta' ħwienet bl-imnut |

    Definizzjoni

    Dan huwa n-numru totali ta' ħwienet bl-imnut mħaddma mill-intrapriża, jew bħala propjetarju jew fil-kera. Ħwienet huma mfissra bħala post fiss ta' bejgħ li fih jidħlu l-klienti biex jixtru. Il-ħwienet bl-imnut għandhom jiġu kklassifikati fil-gruppi 52.1-52.5 ta' NACE Rev. 1.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti min-Numru ta' unitajiet lokali (11 21 0)

    Kodiċi: | 17 33 0 |

    Titolu: | Il-kategorija ta' spazju ta' bejgħ għal ħwienet bl-imnut ingaġġati f'kummerċ bl-imnut |

    Definizzjoni

    Flimkien man-numru ta' ħwienet bl-imnut għandu jiżdied it-tqassim skond il-klassi ta' l-ispazju ta' bejgħ.

    Dawn il-klassijiet għandhom jintużaw:

    - anqas minn 120 m2

    - minn 120 sa 399 m2

    - minn 400 sa 999 m2

    - minn 1000 sa 2499 m2

    - minn 2500 sa 4999 m2

    - minn 5000 sa 9999 m2

    - 10000 m2 u iżjed

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Dan huwa tqassim tan-Numru ta' ħwienet bl-imnut (17 32 0)

    Kodiċi: | 17 33 1 |

    Titolu: | L-ispazju ta' bejgħ |

    Definizzjoni

    L-ispazju ta' bejgħ huwa mfisser bħala l-arja ta' dik il-parti tal-fond li hija ddedikata għall-bejgħ u l-espożizzjoni, jiġifieri:

    - l-ispazju totali li għalih għandhom aċċess il-klijenti, inklużi l-kmamar li fihom jiġu ppruvati l-oġġetti,

    - l-ispazju għall-bank u għal vetrini,

    - l-ispazju wara l-bankijiet użat mill-impjegati fil-ħanut.

    L-ispazju tal-bejgħ ma jinkludix uffiċċji, kmamar ta' ħażna u ta' preparazzjoni, workshops, turġien, cloakrooms u kmamar oħrajn għall-bżonnijiet.

    Kodiċi: | 17 34 0 |

    Titolu: | In-numru ta' stands fissi u/jew bankerelli fis-suq |

    Definizzjoni

    Il-karatteristika tkopri n-numru totali ta' stands tas-suq fissi u/jew posti permanenti imħaddma minn intrapriża, jew bi propjetà jew bil-kera. Bil-kontra tal-ħwienet, il-klijenti normalment ma jidħlux fil-post minfejn isir il-bejgħ fl-istands/postijiet biex jixtru. Stands/postijiet tas-suq fissi għandhom jiġu klassifikati bħala parti mill-klassi 52.62 tan-NACE Rev. 1.

    Kodiċi: | 18 10 0 |

    Titolu: | Il-valur tal-bejgħ mill-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd u l-attivitajiet industrijali |

    Definizzjoni

    Il-parti tal-valur tal-bejgħ miġjuba mill-attivitajiet klassifikati fit-Taqsimiet A sa F tan-NACE Rev. 1.

    Il-valur tal-bejgħ li jiġi mill-bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni huwa eskluż.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-valur tal-bejgħ minn attivitajiet industrijali ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti mil-valur tal-bejgħ nett.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mill-valur tal-bejgħ (12 11 0)

    Kodiċi: | 18 11 0 |

    Titolu: | Il-valur tal-bejgħ mill-attività prinċipali fil-livell ta' 4 ċifri tan-NACE Rev. 1 fil-livell ta' 4 ċifri |

    Definizzjoni

    Il-parti mill-valur tal-bejgħ miġjuba mill-attività prinċipali ta' l-unità. L-attività prinċipali ta' l-unità hija determinata skond ir-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kunsill dwar l-unitajiet statistiċi Nru 696/93 tal-15 ta' Marzu 1993 fuq l-unitajiet statistiċi għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta' produzzjoni fil-Komunità [1].

    Il-valur tal-bejgħ li jsir mill-bejgħ ta' oġġetti u servizzi li ġew soġġetti għal relazzjoni sub-kunrattwali huwa inkluż. Il-valur tal-bejgħ li jsir mill-bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti u servizzi mixtrija għal-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni huwa eskluż.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-valur tal-bejgħ mill-attività prinċipali fin-NACE Rev. 1 fil-livell ta' 4 ċifri ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti mill-valur tal-bejgħ nett.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mill-valur tal-bejgħ (12 11 0)

    Kodiċi: | 18 12 0 |

    Titolu: | Il-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet industrijali |

    Definizzjoni

    Il-parti mill-valur tal-bejgħ li jsir mill-attivitajiet klassifikati fit-Taqsimiet Ċ sa F tan-NACE Rev. 1.

    Il-valur tal-bejgħ li jsir mill-bejgħ ta' oġġetti u servizzi li kienu suġġetti għal relazzjoni sub-kontrattwali huwa inkluż. Il-valur tal-bejgħ li jsir mill-bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ fl-istess kondizzjoni huwa eskluż.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-valur tal-bejgħ minn attivitajiet industrijali ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti mill-valur tal-bejgħ nett.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mill-valur tal-bejgħ (12 11 0)

    Parti mill-valur tal-bejgħ mill-agrikoltura, il-forestrija, sajd u attivitajiet industrijali (18 10 0)

    Kodiċi: | 18 12 1 |

    Titolu: | Il-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet industrijali bl-esklużjoni tal-kostruzzjoni |

    Definizzjoni

    Il-parti mill-valur tal-bejgħ li jsir mill-attivitajiet klassifikati fit-Taqsimiet Ċ sa E tan-NACE Rev. 1.

    Il-valur tal-bejgħ li jsir mill-bejgħ ta' oġġetti u servizzi li kienu suġġetti għal relazzjoni sub-kuntrattwali huwa inkluż.

    Il-valur tal-bejgħ li jsir mill-bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni huwa eskluż.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanijaIl-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet industrijali eskluża l-kostruzzjoni ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti mill-valur tal-bejgħ nett.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mill-valur tal-bejgħ (12 11 0)

    Parti mill- valur tal-bejgħ mill-agrikultura, il-forestrija, sajd u attivitajiet industrijali (18 10 0)

    Parti mill-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet industrijali (18 12 0)

    Kodiċi: | 18 12 2 |

    Titolu: | Il-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet tal-kostruzzjoni |

    Definizzjoni

    Il-parti mill-valur tal-bejgħ li jsir mill-attivitajiet klassifikati fis-Sezzjoni F tan-NACE Rev. 1.

    Il-valur tal-bejgħ li jsir mill-bejgħ ta' oġġetti u servizzi li kienu suġġetti għal relazzjoni sub-kuntrattwali huwa inkluż. Il-valur tal-bejgħ li jsir mill-bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni huwa eskluż.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet tal-kostruzzjoni ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti mill-valur tal-bejgħ nett.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mill-valur tal-bejgħ (12 11 0)

    Parti mill-valur tal-bejgħ mill-agrikultura, il-forestrija, sajd u attivitajiet industrijali (18 10 0)

    Parti mill-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet industrijali (18 12 0)

    Kodiċi: | 18 13 0 |

    Titolu: | Il-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet kummerċjali tax-xiri u l-bejgħ mill-ġdid |

    Definizzjoni

    Il-parti tal-valur tal-bejgħ li jsir mill-attivitajiet kummerċjali ta' xiri u bejgħ mill-ġdid ta' l-unità. Din tikkorrispondi mal-bejgħ ta' oġġetti mixtrija mill-unità f'isimha u għaliha stess u mibjugħa mill-ġdid fl-istess kondizzjoni li fiha jkunu nxtraw, jew wara li t-twaħħil ta' tikketti, l-imballaġġ u t-tgeżwir kif inhi l-prassi tas-soltu ta' l-intrapriżi ta' kummerċ distributtiv.

    Il-bejgħ mill-ġdid ta' dan it-tip jistgħu jitqassmu f':

    - Bejgħ mill-ġdid lil negozjanti oħra, utenti professjonali, eċċ. (bejgħ bl-ingrossa),

    - bejgħ mill-ġdid lid-djar jew utenti żgħar (bejgħ bl-imnut).

    Dawn l-attivitajiet huma klassifikati fit-taqsima G tan-NACE Rev. 1 (ħlief il-manutenzjoni, tiswija u ħlasijiet jew gruppi bl-ingrossa bbażati fuq kuntratt 50.2, 50.4, 51.1 and 52.7).

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-valur tal-bejgħ minn attivitajiet ta' kummerċ ta' xiri u bejgħ mill-ġdid ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti mill-valur tal-bejgħ nett.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mill-valur tal-bejgħ (12 11 0)

    Kodiċi: | 18 14 0 |

    Titolu: | Il-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet intermedjarji (aġenti) |

    Definizzjoni

    Il-parti mill-valur tal-bejgħ li jsir mill-attività intermedjarja ta' l-unità. Dan jikkorrispondi ma' kull kummissjoni fuq xiri u bejgħ magħmula f'isem u għal terzi persuni, u attivitajiet simili.

    Dawn l-attivitajiet huma klassifikati fil-grupp 51.1 tan-NACE Rev. 1.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet intermedjarji ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti mill-valur tal-bejgħ nett.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mill-valur tal-bejgħ (12 11 0)

    Kodiċi: | 18 15 0 |

    Titolu: | Il-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet ta' servizz |

    Definizzjoni

    Id-dħul mis-servizzi kollha provduti (servizzi bankarji u ta' l-assigurazzjoni, servizzi personali u tan-negozju).

    Dan il-varjabbli jikkomprendi l-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet ta' servizzi li jirriżultaw minn attività prinċipali jew sekondarja; ċerti attivitajiet ta' servizz jistgħu isiru minn unitajiet industrijali. Dawn l-attivitajiet huma klassifikati fit-Taqsimiet H sa K u M sa O kif ukoll fil-gruppi ta' manutenzjoni u tiswija 50.2, 50.4 u 52.7 tat-Taqsima G tan-NACE Rev. 1.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet ta' servizz ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti mill-valur tal-bejgħ nett.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mill-valur tal-bejgħ (12 11 0)

    Kodiċi: | 18 16 0 |

    Titolu: | Il-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet intermedjarji u tal-kummerċ |

    Definizzjoni

    Il-parti mill-valur tal-bejgħ li jsir mill-attivitajiet kummerċjali ta' xiri u bejgħ mill-ġdid ta l-unità u l-attività intermedjarja ta l-unità. Din tikkorrispondi mal-bejgħ ta' oġġetti mixtrija mill-unità f'isimha stess u għaliha stess u mibjugħa mill-ġdid fl-istess kondizzjoni li fiha kienu mixtrija, jew wara t-twaħħil ta' tikketti, l-imballaġġ u t-tgeżwir kif inhi l-prassi tas-soltu ta' intrapriżi ta' kummerċ distributtiv kif ukoll ma' kull kummissjoni fuq il-bejgħ u x-xiri magħmul f'isem u għal terzi persuni, u attivitajiet simili.

    Il-bejgħ mill-ġdid jista' jinqasam f:

    - bejgħ mill-ġdid lil negozjanti oħrajn, utenti professjonali, eċċ. (bejgħ bl-ingrossa),

    - bejgħ mill-ġdid lid-djar jew utenti żgħar (bejgħ bl-imnut).

    Dawn l-attivitajiet huma klassifikati fit-Taqsima G tan-NACE Rev. 1 (ħlief il-gruppi ta' manutenzjoni u t-tiswija 50.2, 50.4 and 52.7).

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-valur tal-bejgħ minn kummerċ u attivitajiet intermedjarji ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti mill-valur tal-bejgħ nett.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mill-valur tal-bejgħ (12 11 0)

    Kodiċi: | 18 31 0 |

    Titolu: | Il-valur tal-bejgħ mill-bini |

    Definizzjoni

    Il-parti tal-valur tal-bejgħ miġjuba mill-attivitajiet klassifikati fit-Taqsima F tan-NACE Rev. 1 u li tirrigwarda l-kostruzzjonijiet klassifikati bħala bini fil-klassifikazzjoni tat-tipi ta' kostruzzjonijiet (CC).

    Il-valur tal-bejgħ li jsir mill-bejgħ ta' oġġetti u servizzi li kienu suġġetti għal relazzjoni sub-kuntrattwali huwa inkluż. Il-valur tal-bejgħ li jsir mill-bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni huwa eskluż.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-valur tal-bejgħ mill-bini ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti mill-valur tal-bejgħ nett.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Part mill-valur tal-bejgħ (12 11 0)

    Parti mill-valur tal-bejgħ mill-agrikoltura, il-forestrija, sajd u attività industrijali (18 10 0)

    Parti mill-valur tal-bejgħ mill-attività industrijali (18 12 0)

    Parti mill-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet ta' kostruzzjoni (18 12 2)

    Kodiċi: | 18 32 0 |

    Titolu: | Il-valur tal-bejgħ mill-inginerija ċivili |

    Definizzjoni

    Il-parti mill-valur tal-bejgħ li jsir mill-attivitajiet klassifikati fit-Taqsima F tan-NACE Rev. 1 u li tirrigwarda l-kostruzzjonijiet klassifikati bħala xogħolijiet ta' inġenerija ċivili fil-klassifikazzjoni tat-tipi ta' kostruzzjonijiet (CC).

    Il-valur tal-bejgħ li jsir mill-bejgħ ta' oġġetti u servizzi li kienu suġġett ta' relazzjoni sub-kuntrattwali huwa inkluż. Il-valur tal-bejgħ li jsir mill-bejgħ mill-ġdid ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni huwa eskluż.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-valur tal-bejgħ li jsir mill-inġenerija ċivili ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti mill-valur tal-bejgħ nett.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mill-valur tal-bejgħ (12 11 0)

    Parti mill-valur tal-bejgħ mill-agrikoltura, il-forestrija, sajd u attivitajiet industrijali (18 10 0)

    Parti mill-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet industrijali (18 12 0)

    Parti mill-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet ta' kostruzzjoni (18 12 2)

    Kodiċi: | 20 11 0 |

    Titolu: | Xiri ta' prodotti ta' l-enerġija (f'valur) |

    Definizzjoni

    Ix-xiri tal-prodotti kollha ta' l-enerġija fil-perjodu ta' referenza għandhom jiġu nklużi biss f'dan il-varjabbli jekk jinxtraw sabiex jintużaw bħala karburanti. Il-prodotti ta' l-enerġija mixtrija bħala materja prima jew għall-bejgħ mill-ġdid mingħajr trasformazzjoni għandhom jiġu esklużi. Din il-figura għadha tingħata bħala valur biss.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Ix-xiri ta' prodotti ta' l-enerġija ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti mill-Materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mix-xiri totali ta' oġġetti u servizzi (13 11 0)

    Kodiċi: | 20 21 0 sa 20 31 0 |

    Titolu: | Xiri ta' enerġija skond il-prodott |

    - Xiri ta' faħam iebes

    - Xiri ta' coke

    - Xiri ta' agglomerati ta' karburanti

    - Xiri ta' gasoil

    - Xiri ta' żejt karburanti oħxon

    - Xiri ta' prodotti petroliferi oħrajn

    - Xiri ta' gass naturali

    - Xiri ta' gass derivat

    - Xiri ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli

    - Xiri ta' sħana

    - Xiri ta' elettriku.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Ix-xiri ta' prodotti individwali ta' enerġija ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Huma parti mill-materja prima u l-oġġetti li jiġu kkunsmati.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mix-xiri ta' prodotti ta' enerġija (20 11 0)

    Kodiċi: | 21 11 0 |

    Titolu: | L-investiment fl-attrezzatura u l-impjant għall-kontroll tat-tniġġis u aċċessorji speċjali kontra t-tniġġis (l-iktar l-attrezzattura "end-of-pipe") |

    Definizzjoni

    L-ispiża fl-investiment li tirriżulta mill-azzjonijiet u l-attivitajiet li għandhom bħala l-għan ewlieni tagħhom il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-eliminazzjoni ta' l-inkwinament u kull degradazzjoni oħra ta' l-ambjent.

    Azzjonijiet u attivitajiet li għandhom impatt favorevoli fuq l-ambjent iżda li ma jidħlux taħt il-protezzjoni ambjentali huma esklużi. Għaldaqstant, huma esklużi minn dan il-qasam l-attivitajiet li, filwaqt li huma ta' benefiċċju ambjentali, primarjament jissodisfaw l-esiġenzi tekniċi jew ir-rekwiżiti interni ta' saħħa u sigurtà ta' l-intrapriża. Din ir-restrizzjoni tapplika fil-maġġjor parti tal-każijiet lill-attivitajiet ta' riċiklaġġ taħt in-NACE 37.00 (riċiklaġġ). Id-"data" miġbura għal din l-industrija ma għandhiex tingħadd ma' intestaturi oħra tan-NACE (ara l-klassifikazzjoni ta' l-attivitajiet ta' protezzjoni ambjentali UNECE/Eurostat DOC/CES/822).

    L-attrezzatura end-of-pipe tikkonċerna stallazzjonijiet tekniċi addizzjonali għall-użu fil-kuntest tal-kontroll ambjentali. Dawn l-istallazzjonijiet jaħdmu indipendentement minn jew huma partijiet identifikabbli miżjuda mal-faċilitajiet tal-produzzjoni, jittrattaw l-inkwinament li nħoloq, jipprevienu l-emissjoni jew it-tixrid tas-sustanzi inkwinanti jew ikejlu l-livell ta' l-inkwinament (monitoraġġ). L-investiment jiġi kkalkolat bil-prezz tax-xiri jew il-kost ta' l-istallazjoni, inklużi d-disinn u l-ispejjeż ta' l-istallazzjoni. Ix-xiri ta' l-art meħtieġa għall-istallazzjoni huwa inkluż ukoll. In-nefqa magħmula prinċipalment għall-finijiet tas-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol għandha tiġi eskluża.

    Dawn l-investimenti jsiru fl-attivitajiet bħar-riduzzjoni, il-prevenzjoni u t-trattament ta' l-iskart u l-ilma mormi, il-prevenzjoni u l-eliminazzjoni jew ir-riduzzjoni ta' l-emissjonijiet fl-arja, it-trattament u l-eliminazzjoni ta' ħamrija mniġġsa u ta' ilma ta' taħt l-art, il-prevenzjoni jew ir-riduzzjoni tal-livelli ta' ħsejjes jew vibrazzjoni, il-preservazzjoni ta' l-entitajiet ekologiċi u tal-pajsaġġ kif ukoll is-sorveljanza tal-kwalità tal-mezzi ambjentali u l-iskart.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    L-investiment ma jitniżżilx fil-balance sheet. Madanakollu, iż-żiediet, l-eliminazzjonijiet u t-trasferimenti ta' l-assi fissi kollha kif ukoll l-aġġustamenti fil-valur ta' dawn l-assi fissi jidhru fil-balance sheet jew fin-noti tal-kontabilità. L-investiment fl-attrezzatura u fl-impjant għall-kontroll tat-tniġġis u aċċessorji speċjali kontra t-tniġġis huwa inkluż, iżda mhux iżolat fil-lista ta' l-assi tanġibbli inkluża fil-kontijiet tal-kumpanija taħt Assi fissi — assi tangibbli. Il-Forum ta' Parir dwar il-Kontabilità ippropona li din l-informazzjoni għandha tkun svelata.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mill-investiment gross f'oġġetti tanġibbli (15 11 0).

    Kodiċi: | 22 11 0 |

    Titolu: | L-infiq totali intra-murali R & D |

    Definizzjoni

    Ir-riċerka u l-iżvilupp sperimentali jikkomprendu x-xogħol kreattiv li sar fuq bażi sistematika sabiex jiżdied l-ammont ta' għarfien, inkluż l-għarfien dwar il-bniedem, il-kultura u s-soċjetà, u l-użu ta' dan l-ammont ta' għarfien sabiex jinħolqu applikazzjonijiet ġodda.

    Infiq intra-murali huma dawk in-nefqiet kollha għall-R & D (Riċerka u Żvilupp) magħmula ġo l-unità stess, irrispettivament minn fejn ġejjin il-fondi.

    R & D għandhom jiġu distinti mill-ispejjeż għal medda vasta ta' attivitajiet marbuta magħhom. Dawn li ġejjin allura huma esklużi min-nefqa fuq R & D:

    - infiq fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ,

    - infiq fuq attivitajiet xjentifiċi u teknologiċi oħrajn (eż. servizzi ta' informazzjoni, testijiet u standardizzazzjoni, studji dwar il-fattibbiltà, eċċ.),

    - infiq fuq attivitajiet industrijali oħra (eż. innovazzjonijiet industrijali n.e.s.),

    - infiq fuq attivitajiet purament finanzjarji (attivitajiet ta' amministrazzjoni oħra u ta' appoġġ indirett oħra huma inklużi).

    L-infiq intra-murali huwa stmati bil-kost tal-produzzjoni u jinkludi l-ispejjeż operattivi kollha iinkluż l-ispejjeż tal-ħaddiema u l-ispiża kapitali.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    In-nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp tista', skond il-liġijiet nazzjonali, titniżżel f'wieħed minn tliet postijiet, ċaqliq fl-assi intanġibbli, ċaqliq fl-assi tanġibbli jew infiq operattiv.

    Jekk taħt il-liġi nazzjonali tista' tiġi parzjalment jew kollha kemm hi kapitalizzata, in-nefqa tiġi inkluza fiċ-ċaqliq ta' l-assi intanġibbli inkluż fil-kontijiet tal-kumpanija taħt l-assi fissi — assi intanġibbli — spejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp.

    Jekk taħt il-liġi nazzjonali hija biss parzjalment kapitalizzata jew kompletament mhux kapitalizzata, in-nefqa kurrenti hija parti mill-Materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati, tariffi oħrajn esterni, spejjeż tal-ħaddiema u spejjeż operattivi u n-nefqa kapitali tiġi inkluża fiċ-ċaqliq ta' l-assi tanġibbli imsemmi fil-kontijiet tal-kumpanija taħt l-Assi Fissi — assi tanġibbli.

    Kodiċi: | 22 12 0 |

    Titolu: | In-numru totali ta' persunal R & D |

    Definizzjoni

    Ir-riċerka u l-iżvilupp sperimentali jikkomprendu xogħol kreattiv magħmul fuq bażi sistematika sabiex jiżdied l-ammont ta' għarfien, inkluż l-għarfien dwar il-bniedem, il-kultura u s-soċjetà, u l-użu ta' dan l-ammont ta' għarfien sabiex jinħolqu applikazzjonijiet ġodda.

    Il-persuni kollha impjegati direttament fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp (R & D) għandhom jiġu magħduda, kif ukoll dawk illi jipprovdu servizzi diretti bħal managers tar-R & D, amministraturi u skrivana. Dawk il-persuni li jipprovdu servizz indirett, bħall-ħaddiema tal-canteen jew tas-sigurtà, għandhom jiġu esklużi, anke jekk il-pagi u s-salarji tagħhom huma inklużi bħala spejjeż ġenerali fil-kalkolazzjoni tan-nefqa.

    Il-ħaddiema tar-R & D għandhom jiġu distinti mill-ħaddiema f'medda vasta ta' attivitajiet marbuta magħhom. Dawn li ġejjin għaldaqstant mhumiex persunal tar-R u Ż:

    - persunal impjegati fl-edukazzjoni u t-taħriġ,

    - persunal impjegati fuq attivitajiet xjentifiċi u teknologiċi oħra (eż. servizzi ta' informazzjoni, testijiet u standardizzazzjoni, studji dwar il-fattibbiltà, eċċ.),

    - persunal impjegati fuq attivitajiet industrijali oħra(eż. innovazzjonijiet industrijali n.e.s.),

    - persunal impjegati fl-amministrazzjoni u attivitajiet oħrajn ta' appoġġ indiretti.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    In-numru totali ta' persunal fir-riċerka u l-iżvilupp ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti min-numru ta' persuni impjegati li jitniżżel fin-noti fuq il-kontijiet tal-kumpanija (L-Artikolu 43(8)).

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti min-numru ta' persuni impjegati (16 11 0)

    Kodiċi: | 23 11 0 |

    Titolu: | Pagamenti lis-sub-kuntratturi |

    Definizzjoni (għall-industrija — it-Taqsimiet Ċ sa E tan-NACE Rev. 1)

    Pagamenti lis-sub-kuntratturi huma pagamenti magħmula mill-unità lil terzi persuni għall-oġġetti industrijali u servizzi fornuti bħala parti mir-relazzjoni sub-kontrattwali mfissra kif gej:

    Żewġ intrapriżi huma marbuta b'relazzjoni sub-kuntrattwali kull meta A u B jiltaqgħu:

    A. l-intrapriża klijenta, magħrufa wkoll bħala l-kuntrattur prinċipali, tipparteċipa fit-tnissil tal-prodott billi tforni, anke parzjalment, speċifikazzjonijiet tekniċi lill-intrapriża fornitriċi, magħrufa wholl bħala sub-kuntrattur, u/jew tforniha bil-materjali li jridu jiġu pproċessati;

    B. l-intrapriża klijenta tbigħ il-prodott sub-kuntrattat, jew bħala tali jew bħala parti minn prodott aktar kumplikat, u tassumi r-responsabbiltà għall-prodott wara l-bejgħ.

    Nota:

    Is-sempliċi stipulazzjoni ta' kulur, daqs jew numru fil-katalogu ma tiffurmax speċifikazzjoni teknika fiha nnfisha. Il-fabbrikazzjoni ta' prodott magħmul apposta ma tfissirx fiha nnfisha li teżisti xi relazzjoni sub-kuntrattwali.

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Il-pagamenti lis-sub-kuntratturi mhux bilfors jiġu trattati għalihom fil-kontijiet tal-kumpanija. Jistgħu jiġu inklużi f'piżijiet esterni oħrajn u spejjeż operattivi oħra.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mix-xiri totali ta' oġġetti u servizzi (13 11 0).

    Kodiċi: | 25 11 1 |

    Titolu: | Is-sehem tal-valur tal-bejgħ perċentwali lill-bejjiegħa bl-imnut |

    Definizzjoni

    Is-sehem mill-valur tal-bejgħ l-intrapriża bl-ingrossa (Diviżjoni 51 tan-NACE Rev. 1) ikkunsidrat mill-bejjiegħa bl-imnut. Dan is-sehem jikkorrispondi ma' l-iskema tradizzjonali tal-fabbrikant → grossist → bejjiegħ bl-imnut → konsumatur. Innota li s-sehem jiġi kalkolat fuq il-bażi tal-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet kummerċjali ta' xiri u bejgħ mill-ġdid (18 13 0).

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Sehem perċentwali mill-valur tal-bejgħ għall-bejjiegħa bl-imnut jista' jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti mill-valur tal-bejgħ nett.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mill-valur tal-bejgħ (12 11 0)

    Parti mill-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet kummerċjali ta' xiri u bejgħ mill-ġdid (18 13 0)

    Nota:

    Dan il-varjabbli jifforma flimkien ma' (25 11 2), utenti professjonali u (25 11 3) konsumaturi finali tqassim eżawrjenti tal-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet kummerċjali ta' xiri u bejgħ mill-ġdid (18 13 0).

    Kodiċi: | 25 11 2 |

    Titolu: | Is-sehem tal-valur tal-bejgħ perċentwali lill-utenti professjonali (il-bejjiegħa bl-ingrossa, oħrajn) |

    Definizzjoni

    Is-sehem tal-valur tal-bejgħ ta' l-intrpriżi bl-ingrossa (Diviżjoni 51 tan-NACE Rev. 1) ikkunsidrat mill-utenti professjonali (negozji, istituzzjonijiet, entitajiet governattivi, eċċ.) u bejjiegħa bl-ingrossa. Il-bejgħ lill-bejjiegħa bl-imnut u lill-konsumaturi finali huwa eskluż. Il-bejjiegħa bl-ingrossa jistgħu jiffurmaw network ta' distribuzzjoni kumpless li jinvolvi għadd ta' bejjiegħa bl-ingrossa qabel l-utenti finali.

    Innota li s-sehem tal-valur tal-bejgħ għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-valur tal-bejgħ minn attivitajiet kummerċjali ta' xiri u bejgħ mill-ġdid (18 13 0).

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Sehem perċentwali tal-valur tal-bejgħ għall-utenti professjonali ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti mill-valur tal-bejgħ nett.

    Rata ma' varjabbli oħrajn

    Parti mill-valur tal-bejgħ (12 11 0)

    Parti mill-valur tal-bejgħ minn attivitajiet kummerċjali ta' xiri u bejgħ mill-ġdid (18 13 0)

    Nota:

    Dan il-varjabbli jifforma flimkien ma' (25 11 1), bejjiegħa bl-imnut u (25 11 3) konsumaturi finali tqassim eżawrjenti tal-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet kummerċjali ta' xiri u bejgħ mill-ġdid (18 13 0).

    Kodiċi: | 25 11 3 |

    Titolu: | Is-sehem perċentwali tal-valur tal-bejgħ għall-konsumaturi finali |

    Definizzjoni

    Is-sehem mill-valur tal-bejgħ ta' l-intrapriżi bl-ingrossa (Diviżjoni 51 tan-NACE Rev. 1) kunsidrat mill-konsumaturi finali. Dan jikkorrispondi ma' l-attività sekondarja tal-bejjiegħa bl-ingrossa, li jaġixxu bħala bejjiegħa bl-imnut.

    Innota li s-sehem tal-valur tal-bejgħ għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta' valur tal-bejgħ minn attivitajiet kummerċjali ta' xiri u bejgħ mill-ġdid (18 13 0).

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Sehem perċentwali tal-valur tal-bejgħ lill-konsumaturi finali ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti mill-valur tal-bejgħ nett.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    parti mill-valur tal-bejgħ (12 11 0)

    Parti mill-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet kummerċjali ta' xiri u bejgħ mill-ġdid (18 13 0)

    Nota:

    Dan il-varjabbli jifforma flimkien ma' (25 11 1), bejjiegħa bl-imnut u (25 11 2) utenti professjonali tqassim eżawrjenti tal-valur tal-bejgħ mill-attivitajiet kummerċjali ta' xiri u bejgħ mill-ġdid (18 13 0).

    Kodiċi: | 25 21 1 |

    Titolu: | Is-sehem perċentwali minn bejjiegħa bl-ingrossa u gruppi li jixtru |

    Definizzjoni

    Din il-karatteristika, filwaqt illi tiddeskrivi in-network ta' provvista tal-kummerċ bl-imnut, hija approssimazzjoni magħmula mill-bejjiegħ bl-imnut biex tivvaluta s-sehem tax-xiri dirett mingħand bejjiegħa bl-ingrossa u mingħand gruppi ta' xiri.

    Innota li s-sehem ta' xiri għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tax-xiri ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni kif riċevuti (13 12 0).

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Sehem perċentwali mix-xiri mingħand bejjiegħa bl-ingrossa u gruppi ta' xiri ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti mill-materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati, piżijiet oħra esterni u spejjeż operattivi oħrajn.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mix-xiri totali ta' oġġetti u servizzi (13 11 0).

    Parti mix-xiri ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni kif riċevuti (13 12 0).

    Innota li l-ishma tax-xiri mingħand il-bejjiegħa bl-ingrossa u gruppi tax-xiri (25 21 1) u mingħand il-produtturi (25 21 2) jistgħu ma jikkorrispondux max-xiri totali għall-bejgħ mill-ġdid (13 12 0). L-ewwel żewġ varjabbli ma jinkludux eż. ix-xiri mingħand il-bejjiegħa bl-imnut u x-xiri ta' oġġetti użati mingħand utenti professjonali/privati.

    Kodiċi: | 25 21 2 |

    Titolu: | Is-sehem perċentwali tax-xiri mill-produtturi |

    Definizzjoni

    Din il-karatteristika, kif ukoll 25 21 1, tiddeskrivi n-network ta' provvista tal-kummerċ bl-imnut. Hija approssimazzjoni magħmula mill-bejjiegħ bl-imnut biex jivvaluta s-sehem tax-xiri dirett mingħand il-fabbrikant.

    Innota li s-sehem tax-xiri għandu jiġi kalkolat fuq il-bażi tax-xiri ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni kif riċevuti (13 12 0).

    Rabta mal-kontijiet tal-kumpanija

    Sehem perċentwali mix-xiri mingħand il-fornituri ma jistax jiġi iżolat fil-kontijiet tal-kumpanija. Huwa parti mill-materja prima u oġġetti li jiġu kkunsmati, piżijiet esterni oħra u spejjeż operattivi oħrajn.

    Rabta ma' varjabbli oħrajn

    Parti mix-xiri totali ta' oġġetti u servizzi (13 11 0).

    Parti mix-xiri ta' oġġetti u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kondizzjoni kif riċevuti (13 12 0).

    Innota li l-ishma ta' xiri mingħand bejjiegħa bl-ingrossa u gruppi ta' xiri (25 21 1) u mingħand il-fabbrikanti (25 21 2) jistgħu ma jikkorrispondux max-xiri totali għall-bejgħ mill-ġdid (13 12 0). L-ewwel żewġ varjabbli ma jinkludux eż. xiri mingħand bejjigħa bl-imnut u xiri ta' oġġetti użati mingħand utenti professjonali/privati.

    [1] ĠU L 76, tat-30.3.1993, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top